+Artikolu 445 Divulgazzjoni ta' skoperturi għar-riskju tas-suq skont l-approċċ standardizzat
---+Artikolu 445 1.
---+Artikolu 445 2.
|
Artikolu 445 Divulgazzjoni ta' skoperturi għar-riskju tas-suq skont l-approċċ standardizzat
-
1. Ħarsa ġenerali
| Titlu |
Regolamentazzjoni |
|
Artikolu 445 1.
|
Istituzzjonijiet li ma jkunux ingħataw permess mill-awtoritajiet kompetenti biex jużaw l-approċċ alternattiv ibbażat fuq mudell intern kif stabbilit fl-Artikolu 325az, u li jużaw l-approċċ standardizzat simplifikat f'konformità mal-Artikolu 325a jew l-approċċ standardizzat alternattiv f'konformità mal-Parti Tlieta, it-Titolu IV, il-Kapitolu 1a, għandhom jiddivulgaw stampa ġenerali tal-pożizzjonijiet fil-portafoll tan-negozjar tagħhom.
|
|
Artikolu 445 2.
|
L-istituzzjonijiet li jikkalkulaw ir-rekwiżiti ta' fondi proprji tagħhom f'konformità mal-Parti Tlieta, Titolu IV, Kapitolu 1a, għandhom jiddivulgaw ir-rekwiżiti ta' fondi proprji totali tagħhom, ir-rekwiżiti ta' fondi proprji għall-metodu bbażat fuq is-sensittivitajiet, it-tariffa tar-riskju ta' inadempjenza u r-rekwiżiti ta' fondi proprji għar-riskji residwi. Id-divulgazzjoni tar-rekwiżiti ta' fondi proprji għall-miżuri tal-metodu bbażat fuq is-sensittivitajiet u għar-riskju ta' inadempjenza għandha tiġi diżaggregata fl-istrumenti li ġejjin:
(a)
strumenti finanzjarji li mhumiex strumenti ta' titolizzazzjoni miżmuma fil-portafoll tan-negozjar, b'diżaggregazzjoni skont il-klassi tar-riskju, u identifikazzjoni separata tar-rekwiżiti ta' fondi proprji għar-riskju ta' inadempjenza;
(b)
strumenti ta' titolizzazzjoni mhux miżmuma fl-ACTP, b'identifikazzjoni separata tar-rekwiżiti ta' fondi proprji għar-riskju tal-firxiet tal-kreditu u tar-rekwiżiti ta' fondi proprji għar-riskju ta' inadempjenza;
(c)
strumenti ta' titolizzazzjoni miżmuma fl-ACTP, b'identifikazzjoni separata tar-rekwiżiti ta' fondi proprji għar-riskju tal-firxiet tal-kreditu u tar-rekwiżiti ta' fondi proprji għar-riskju ta' inadempjenza.
|
,
1.1 Referenzi
1.2 Rekwiżiti identifikati
1.3 Standards relatati
2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
|