+Artikolu 455 1.

Artikolu 455 1.

Istituzzjoni li tuża l-mudelli interni msemmija fl-Artikolu 325az għall-kalkolu tar-rekwiżiti ta' fondi proprji għar-riskju tas-suq għandha tiddivulga:

(a) 

l-objettivi tagħha fit-twettiq ta' attivitajiet ta' negozjar u l-proċessi implimentati biex jiġu identifikat, jitkejjel, jiġi mmonitorjat u kkontrollat ir-riskju tas-suq;

(b) 

il-politiki msemmija fl-Artikolu 104(1) biex jiġi ddeterminat liema pożizzjoni għandha tiġi inkluża fil-portafoll tan-negozjar;

(c) 

deskrizzjoni ġenerali tal-istruttura tal-postijiet tan-negozjar koperti mill-mudelli interni inkluż, għal kull post, deskrizzjoni wiesgħa tal-istrateġija tan-negozju tal-post, l-istrumenti permessi fih u t-tipi ewlenin ta' riskju marbuta ma' dak il-post;

(d) 

stampa ġenerali tal-pożizzjonijiet fil-portafoll tan-negozjar mhux koperti mill-mudelli interni, inkluż deskrizzjoni ġenerali tal-istruttura tal-post u tat-tipi ta' strumenti inklużi fil-postijiet jew fil-kategoriji ta' postijiet f'konformità mal-Artikolu 104b;

(e) 

l-istruttura u l-organizzazzjoni tal-funzjoni u l-governanza għall-ġestjoni tar-riskju tas-suq;

(f) 

il-kamp ta' applikazzjoni, il-karatteristiċi ewlenin u l-għażliet ewlenin tal-immudellar tal-mudelli interni differenti użati biex jiġu kkalkulati l-ammonti tal-iskopertura għar-riskju għall-mudelli ewlenin użati fil-livell konsolidat, u deskrizzjoni tal-punt sa fejn dawk il-mudelli interni jirrappreżentaw il-mudelli li jintużaw fil-livell konsolidat, inkluż, fejn ikun applikabbli, deskrizzjoni wiesa' ta' dan li ġej:

(i) 

l-approċċ ta' mmudellar użat biex jiġi kkalkulat in-nuqqas mistenni msemmi fl-Artikolu 325ba(1), il-punt (a), inkluż il-frekwenza tal-aġġornament tad-data;

(ii) 

il-metodoloġija użata biex jiġi kkalkulat il-kejl tar-riskju tax-xenarju ta' stress imsemmi fl-Artikolu 325ba(1), il-punt (b), għajr l-ispeċifikazzjonijiet previsti fl-Artikolu 325bk(3);

(iii) 

l-approċċ ta' mmudellar użat biex tiġi kkalkulata t-tariffa tar-riskju ta' inadempjenza msemmija fl-Artikolu 325ba(2), inkluż il-frekwenza tal-aġġornament tad-data.

1. Ħarsa ġenerali

,
Titlu Regolamentazzjoni

1.1 Referenzi

1.2 Rekwiżiti identifikati

1.3 Standards relatati

2. Rekwiżiti identifikati

Rekwiżiti
Sors Rekwiżit

3. Standards relatati

Standards
Sors Rekwiżit