+Artikolu 456 1.

Artikolu 456 1.

Il-Kummissjoni għandha tingħata s-setgħa sabiex tadotta atti ddelegati skont l-Artikolu 462, dwar il-kwistjonijiet li ġejjin:

(a) 

jiġu ċċarati d-definizzjonijiet stabbiliti fl-Artikoli 4, 5, 142, 153, 192, 242, 272, 300, 381 u 411 sabiex tiġi żgurata applikazzjoni uniformi ta’ dan ir-Regolament;

(b) 

jiġu ċċarati d-definizzjonijiet stabbiliti fl-Artikoli 4, 5, 142, 153, 192, 242, 272, 300, 381 u 411sabiex jitqiesu, fl-applikazzjoni ta’ dan ir-Regolament, l-iżviluppi fis-swieq finanzjarji;

(c) 

emenda fil-lista tal-klassijiet ta’ skopertura fl-Artikoli 112 u 147 sabiex jitqiesu l-iżviluppi fis-swieq finanzjarji;

▼M17

(d) 

l-ammont speċifikat fl-Artikolu 123(1), il-punt (b), l-Artikolu 147(5), il-punt (a), l-Artikolu 153(4) u l-Artikolu 162(4), biex jitqiesu l-effetti tal-inflazzjoni;

▼B

(e) 

il-lista u klassifikazzjoni tal-punti barra l-karta tal-bilanċ fl-Annessi I u II, sabiex jittieħed kont tal-iżviluppi fis-swieq finanzjarji;

▼M9 —————

▼B

(h) 

emendar tar-rekwiżiti ta’ fondi proprji kif stipulat fl-Artikoli 301 sa 311 ta' dan ir-Regolament u l-Artikoli 50a sa 50d tar-Regolament (UE) Nru 648/2012 biex jittieħed kont ta’ żviluppi jew emendi għall-istandards internazzjonali għall-iskoperturi għal kontroparti ċentrali;

(i) 

kjarifika tat-termini msemmija fir-rinunzji li jinsabu fl-Artikolu 400;

(j) 

emendar tal-kalkolu kapitali u l-kalkolu tal-iskopertura totali tal-proporzjon ta’ lieva finanzjarja msemmija fl-Artikolu 429(2) sabiex jiġi kkoreġut kwalunkwe nuqqas misjub fuq il-bażi ta’ rappurtar imsemmi fl-Artikolu 430(1) qabel ma l-proporzjon ta’ lieva finanzjarja jkun irid jiġi ppubblikat mill-istituzzjonijiet kif stabbilit fl-Artikolu 451(1)(a);

▼M8

(k) 

l-emendi għar-rekwiżiti ta' divulgazzjoni stabbiliti fit-Titoli II u III tal-Parti Tmienja biex jittieħed kont ta' żviluppi jew emendi tal-istandards internazzjonali dwar id-divulgazzjoni.

▼B

1. Ħarsa ġenerali

,
Titlu Regolamentazzjoni

1.1 Referenzi

1.2 Rekwiżiti identifikati

1.3 Standards relatati

2. Rekwiżiti identifikati

Rekwiżiti
Sors Rekwiżit

3. Standards relatati

Standards
Sors Rekwiżit