+Artikolu 461 Reviżjoni tal-introduzzjoni gradwali tar-rekwiżit ta’ kopertura tal-likwidità
---+Artikolu 461 1.
---+Artikolu 461 2.

Artikolu 461 Reviżjoni tal-introduzzjoni gradwali tar-rekwiżit ta’ kopertura tal-likwidità

-

1. Ħarsa ġenerali

,
Titlu Regolamentazzjoni
Artikolu 461 1.
L-ABE għandha, wara li tikkonsulta lill-BERS, tirrapporta lill-Kummissjoni sat-30 ta’ Ġunju 2016 dwar jekk l-introduzzjoni gradwali tar-rekwiżit ta’ kopertura tal-likwidità speċifikata fl-Artikolu 460(2) għandhiex tiġi emendata. Din l-analiżi għandha tieħu kont dovut tal-iżviluppi regolatorji tas-suq u dawk internazzjonli kif ukoll tal-ispeċifiċatijiet tal-Unjoni.

Fir-rapport tagħha, l-ABE għandha tivvaluta b'mod partikolari introduzzjoni diferita tal-istandard mimimu vinkolanti ta' 100 %, sal-1 ta’ Jannar 2019. Ir-rapport għandu jieħu kont tar-rapporti annwali msemmijin fl-Artikolu 509(1), id-data dwar is-suq rilevanti u r-rakkomandazzjonijiet tal-awtoritajiet kompetenti kollha.

Artikolu 461 2.
Fejn meħtieġ biex jiġu indirizzati l-iżviluppi fis-swieq u żviluppi oħrajn, il-Kummissjoni għandha tingħata s-setgħa li tadotta att iddelegat f'konformità mal-Artikolu 462 sabiex tibdel l-introduzzjoni gradwali speċifikata fl-Artikolu 460 u tiddiferixxi sal-2019 l-introduzzjoni ta' standard mimimu vinkolanti ta' 100 % għar-rekwiżit ta' kopertura għal-likwidità stabbilit fl-Artikolu 412(1) u biex fl-2008 tapplika standard mimimu vinkolanti ta' 90 % għar-rekwiżit tal-kopertura tal-likwidità.

Għall-għanijiet ta' valutazzjoni tal-ħtieġa ta' diferiment il-Kummissjoni għandha tieħ kont tar-rapport u l-valutazzjoni msemmija fil-paragrafu 1.

Att iddelegat adottat f'konformità ma' dan l-Artikolu m'għandux japplika qabel l-1 ta’ Jannar 2018 u għandu jidħol fis-seħħ sat-30 ta’ Ġunju 2017.

1.1 Referenzi

1.2 Rekwiżiti identifikati

1.3 Standards relatati

2. Rekwiżiti identifikati

Rekwiżiti
Sors Rekwiżit

3. Standards relatati

Standards
Sors Rekwiżit