+Artikolu 473 Introduzzjoni tal-emendi għall-IAS 19
---+Artikolu 473 1.
---+Artikolu 473 2.
---+Artikolu 473 3.
---+Artikolu 473 4.
---+Artikolu 473 5.

Artikolu 473 Introduzzjoni tal-emendi għall-IAS 19

-

1. Ħarsa ġenerali

,
Titlu Regolamentazzjoni
Artikolu 473 1.
Permezz ta' deroga mill-Artikolu 481, matul il-perijodu minn 1 ta’ Jannar 2014 sal-31 ta’ Diċembru 2018, l-awtoritajiet kompetenti jistgħu jippermettu li l-istituzzjonijiet li jħejju l-kontijiet tagħhom f'konformità mal-istandards internazzjonali tal-kontabbiltà adottati skont il-proċedura stabbilita fl-Artikolu 6(2) tar-Regolament (KE) Nru 1606/2002 iżidu mal-kapital ta' Ekwità Komuni ta’ Grad 1 tagħhom l-ammont applikabbli skont il-paragrafu 2 jew 3 ta' dan l-Artikolu, kif applikabbli, multiplikat bil-fattur applikat skont il-paragrafu 4.
Artikolu 473 2.

L-ammont applikabbli għandu jiġi kkalkulat billi jitnaqqas mit-total derivat skont punt (a) is-somma derivata skont il-punt (b):

(a) 

l-istituzzjonijiet għandhom jiddeterminaw il-valur tal-assi tal-fondi jew pjanijiet ta' pensjonijiet b’benefiċċju definit tagħhom, kif applikabbli f'konformità mar-Regolament (KE) Nru 1126/2008 ( 40 ) kif emendat bir-Regolament (UE) Nru 1205/2011 ( 41 ). L-istituzzjonijiet imbagħad għandhom inaqqsu mill-valuri ta' dawn l-assi l-valuri tal-obbligi taħt l-istess fondi jew pjanijiet determinati skont l-istess regoli ta' kontabbiltà;

(b) 

l-istituzzjonijiet għandhom jiddeterminaw il-valuri tal-assi tal-fondi jew pjanijiet ta' pensjonijiet b’benefiċċju definit tagħhom, kif applikabbli, skont ir-regoli stabbiliti fir-Regolament (KE) Nru 1126/2008. L-istituzzjonijiet imbagħad għandhom inaqqsu mill-valuri ta' dawk l-assi, il-valuri tal-obbligazzjonijiet taħt l-istess fondi jew pjanijiet determinati skont l-istess regoli ta' kontabbiltà.

Artikolu 473 3.
L-ammont determinat skont il-paragrafu 2 għandu jkun limitat għall-ammont mhux meħtieġ li jitnaqqas mill-fondi proprji, qabel 1 ta’ Jannar 2014 skont il-miżuri ta' traspożizzjoni nazzjonali tad-Direttiva 2006/48/KE, dment li dawk il-miżuri ta' traspożizzjoni nazzjonali jkunu eliġibbli għat-trattament stipulat fl-Artikolu 481 ta' dan ir-Regolament fl-Istat Membru kkonċernat.
Artikolu 473 4.

Għandhom japplikaw il-fatturi li ġejjin:

(a) 

1 fil-perijodu minn 1 ta’ Jannar 2014 sal-31 ta’ Diċembru 2014;

(b) 

0,8 fil-perijodu mill-1 ta’ Jannar 2015 sal-31 ta’ Diċembru 2015;

(c) 

0,6 fil-perijodu mill-1 ta’ Jannar 2016 sal-31 ta’ Diċembru 2016;

(d) 

0,4 fil-perijodu mill-1 ta’ Jannar 2017 sal-31 ta’ Diċembru 2017;

(e) 

0,2 fil-perijodu mill-1 ta’ Jannar 2018 sal-31 ta’ Diċembru 2018.

Artikolu 473 5.
L-istituzzjonijiet għandhom jiddivulgaw il-valuri tal-assi u l-obbligazzjonijiet skont il-paragrafu 2 fid-dikjarazzjonijiet finanzjarji ppubblikati tagħhom.

1.1 Referenzi

1.2 Rekwiżiti identifikati

1.3 Standards relatati

2. Rekwiżiti identifikati

Rekwiżiti
Sors Rekwiżit

3. Standards relatati

Standards
Sors Rekwiżit