+Artikolu 473a 1.

Artikolu 473a 1.

B’deroga mill-Artikolu 50 u sa tmiem il-perijodi tranżitorji stabbiliti fil-paragrafu 6 u 6a ta’ dan l-Artikolu, is-segwenti jistgħu jinkludu fil-kapital tagħhom tal-Grad 1 ta’ Ekwità Komuni l-ammont ikkalkolat f’konformità ma’ dan il-paragrafu:

▼M4

(a) 

l-istituzzjonijiet li jħejju l-kontijiet tagħhom f’konformità mal-istandards internazzjonali tal-kontabbiltà adottati f’konformità mal-proċedura stipulata fl-Artikolu 6(2) tar-Regolament (KE) Nru 1606/2002;

(b) 

l-istituzzjonijiet li, skont l-Artikolu 24(2) ta’ dan ir-Regolament, iwettqu l-valutazzjoni tal-assi u l-entrati li ma jidhrux fil-karta bilanċjali u d-determinazzjoni tal-fondi proprji f’konformità mal-istandards internazzjonali tal-kontabbiltà adottati f’konformità mal-proċedura stipulata fl-Artikolu 6(2) tar-Regolament (KE) Nru 1606/2002;

(c) 

l-istituzzjonijiet li jwettqu l-valutazzjoni tal-assi u l-entrati li ma jidhrux fil-karta bilanċjali f’konformità mal-istandards tal-kontabbiltà skont id-Direttiva 86/635/KEE u li jużaw mudell tat-telf ta’ kreditu mistenni li huwa l-istess bħal dak li jintuża fl-istandards internazzjonali tal-kontabbiltà adottati f’konformità mal-proċedura stipulata fl-Artikolu 6(2) tar-Regolament (KE) Nru 1606/2002.

L-ammont imsemmi fl-ewwel subparagrafu għandu jiġi kkalkulat bħala s-somma ta’ dan li ġej:

(a) 

għal skoperturi li huma soġġetti għall-ponderazzjoni tar-riskju f’konformità mal-Kapitolu 2 tat-Titolu II tal-Parti Tlieta, l-ammont (ABSA) ikkalkulat f’konformità mal-formula li ġejja:

fejn:

A2,SA

=

l-ammont ikkalkulat f’konformità mal-paragrafu 2;

A4,SA

=

l-ammont ikkalkulat f’konformità mal-paragrafu 4 abbażi tal-ammonti kkalkulati f’konformità mal-paragrafu 3;

image

=

is-somma tat-telf ta’ kreditu mistenni fi 12-il xahar iddeterminata f’konformità mal-paragrafu 5.5.5 tal-Anness dwar l-IFRS 9 u l-ammont tal-kopertura għal telf ta’ kreditu mistenni tul il-ħajja ddeterminata f’konformità mal-paragrafu 5.5.3 tal-Anness dwar l-IFRS 9, għajr il-kopertura għal telf ta’ kreditu mistenni tul il-ħajja għal assi finanzjarji b’indeboliment fil-kreditu kif definit fl-Appendiċi A għall-Anness dwar l-IFRS 9, fl-1 ta’ Jannar 2020;

image

=

is-somma tat-telf ta’ kreditu mistenni fi 12-il xahar iddeterminata f’konformità mal-paragrafu 5.5.5 tal-Anness dwar l-IFRS 9 u l-ammont tal-kopertura għal telf ta’ kreditu mistenni tul il-ħajja ddeterminata f’konformità mal-paragrafu 5.5.3 tal-Anness dwar l-IFRS 9, għajr il-kopertura għal telf ta’ kreditu mistenni tul il-ħajja għal assi finanzjarji b’indeboliment fil-kreditu kif definit fl-Appendiċi A għall-Anness dwar l-IFRS 9, fl-1 ta’ Jannar 2018 jew fid-data tal-ewwel applikazzjoni tal-IFRS 9, skont liema minnhom tiġi l-aktar tard;

f1

=

il-fattur applikabbli stipulat fil-paragrafu 6;

f2

=

il-fattur applikabbli stipulat fil-paragrafu 6a;

t1

=

iż-żieda fil-kapital tal-Grad 1 ta’ Ekwità Komuni minħabba t-tnaqqis mit-taxxa tal-ammont A2,SA;

t2

=

iż-żieda fil-kapital tal-Grad 1 ta’ Ekwità Komuni minħabba t-tnaqqis mit-taxxa tal-ammont A4,SA;

t3

=

iż-żieda fil-kapital tal-Grad 1 ta’ Ekwità Komuni minħabba t-tnaqqis mit-taxxa tal-ammontimage;

(b) 

għal skoperturi li huma soġġetti għall-ponderazzjoni tar-riskju f’konformità mal-Kapitolu 3 tat-Titolu II tal-Parti Tlieta, l-ammont (ABIRB) ikkalkulat f’konformità mal-formula li ġejja:

fejn:

A2,IRB

=

l-ammont ikkalkulat f’konformità mal-paragrafu 2 li huwa aġġustat f’konformità mal-punt (a) tal-paragrafu 5;

A4,IRB

=

l-ammont ikkalkulat f’konformità mal-paragrafu 4 fuq il-bażi tal-ammonti kkalkulati f’konformità mal-paragrafu 3 li huma aġġustati f’konformità mal-punti (b) u (c) tal-paragrafu 5;

image

=

is-somma tat-telf ta’ kreditu mistenni fi 12-il xahar iddeterminata f’konformità mal-paragrafu 5.5.5 tal-Anness dwar l-IFRS 9 u l-ammont tal-kopertura għal telf ta’ kreditu mistenni tul il-ħajja ddeterminata f’konformità mal-paragrafu 5.5.3 tal-Anness dwar l-IFRS 9, għajr il-kopertura għal telf ta’ kreditu mistenni tul il-ħajja għal assi finanzjarji b’indeboliment fil-kreditu, kif definit fl-Appendiċi A għall-Anness dwar l-IFRS 9, imnaqqsa bis-somma tal-ammonti relatati ta’ telf mistenni għall-istess skoperturi kkalkulati f’konformità mal-Artikolu 158(5), (6) u (10) ta’ dan ir-Regolament, fl-1 ta’ Jannar 2020. Fejn il-kalkolu jirriżulta f’ċifra negattiva, l-istituzzjoni għandha tistabbilixxi l-valur ta’ image għal żero;

image

=

is-somma tat-telf ta’ kreditu mistenni fi 12-il xahar iddeterminata f’konformità mal-paragrafu 5.5.5 tal-Anness dwar l-IFRS 9 u l-ammont tal-kopertura għal telf ta’ kreditu mistenni tul il-ħajja ddeterminat f’konformità mal-paragrafu 5.5.3 tal-Anness dwar l-IFRS 9, għajr il-kopertura għal telf ta’ kreditu mistenni tul il-ħajja għal assi finanzjarji b’indeboliment fil-kreditu, kif definit fl-Appendiċi A għall-Anness dwar l-IFRS 9, fl-1 ta’ Jannar 2018 jew fid-data tal-ewwel applikazzjoni tal-IFRS 9, skont liema minnhom tiġi l-aktar tard, imnaqqsa bis-somma tal-ammonti relatati ta’ telf mistenni għall-istess skoperturi kkalkulati f’konformità mal-Artikolu 158(5), (6) u (10) ta’ dan ir-Regolament. Fejn il-kalkolu jirriżulta f’ċifra negattiva, l-istituzzjoni għandha tistabbilixxi l-valur ta’ image għal żero;

f1

=

il-fattur applikabbli stipulat fil-paragrafu 6;

f2

=

il-fattur applikabbli stipulat fil-paragrafu 6a;

t1

=

iż-żieda fil-kapital tal-Grad 1 ta’ Ekwità Komuni minħabba t-tnaqqis mit-taxxa tal-ammont A2,IRB;

t2

=

żieda fil-kapital tal-Grad 1 ta’ Ekwità Komuni minħabba t-tnaqqis mit-taxxa tal-ammont A4,IRB;

t3

=

iż-żieda fil-kapital tal-Grad 1 ta’ Ekwità Komuni minħabba t-tnaqqis mit-taxxa tal-ammontimage.

1. Ħarsa ġenerali

,
Titlu Regolamentazzjoni

1.1 Referenzi

1.2 Rekwiżiti identifikati

1.3 Standards relatati

2. Rekwiżiti identifikati

Rekwiżiti
Sors Rekwiżit

3. Standards relatati

Standards
Sors Rekwiżit