+Artikolu 473a Introduzzjoni tal-IFRS 9
---+Artikolu 473a 1.
---+Artikolu 473a 2.
---+Artikolu 473a 3.
---+Artikolu 473a 4.
---+Artikolu 473a 5.
---+Artikolu 473a 6.
---+Artikolu 473a 6a.
---+Artikolu 473a 7.
---+Artikolu 473a 7a.
---+Artikolu 473a 8.
---+Artikolu 473a 9.
---+Artikolu 473a 10.
|
Artikolu 473a Introduzzjoni tal-IFRS 9
-
1. Ħarsa ġenerali
| Titlu |
Regolamentazzjoni |
|
Artikolu 473a 1.
|
B’deroga mill-Artikolu 50 u sa tmiem il-perijodi tranżitorji stabbiliti fil-paragrafu 6 u 6a ta’ dan l-Artikolu, is-segwenti jistgħu jinkludu fil-kapital tagħhom tal-Grad 1 ta’ Ekwità Komuni l-ammont ikkalkolat f’konformità ma’ dan il-paragrafu:
▼M4
(a)
l-istituzzjonijiet li jħejju l-kontijiet tagħhom f’konformità mal-istandards internazzjonali tal-kontabbiltà adottati f’konformità mal-proċedura stipulata fl-Artikolu 6(2) tar-Regolament (KE) Nru 1606/2002;
(b)
l-istituzzjonijiet li, skont l-Artikolu 24(2) ta’ dan ir-Regolament, iwettqu l-valutazzjoni tal-assi u l-entrati li ma jidhrux fil-karta bilanċjali u d-determinazzjoni tal-fondi proprji f’konformità mal-istandards internazzjonali tal-kontabbiltà adottati f’konformità mal-proċedura stipulata fl-Artikolu 6(2) tar-Regolament (KE) Nru 1606/2002;
(c)
l-istituzzjonijiet li jwettqu l-valutazzjoni tal-assi u l-entrati li ma jidhrux fil-karta bilanċjali f’konformità mal-istandards tal-kontabbiltà skont id-Direttiva 86/635/KEE u li jużaw mudell tat-telf ta’ kreditu mistenni li huwa l-istess bħal dak li jintuża fl-istandards internazzjonali tal-kontabbiltà adottati f’konformità mal-proċedura stipulata fl-Artikolu 6(2) tar-Regolament (KE) Nru 1606/2002.
L-ammont imsemmi fl-ewwel subparagrafu għandu jiġi kkalkulat bħala s-somma ta’ dan li ġej:
(a)
għal skoperturi li huma soġġetti għall-ponderazzjoni tar-riskju f’konformità mal-Kapitolu 2 tat-Titolu II tal-Parti Tlieta, l-ammont (ABSA) ikkalkulat f’konformità mal-formula li ġejja:
fejn:
|
A2,SA
|
=
|
l-ammont ikkalkulat f’konformità mal-paragrafu 2;
|
|
A4,SA
|
=
|
l-ammont ikkalkulat f’konformità mal-paragrafu 4 abbażi tal-ammonti kkalkulati f’konformità mal-paragrafu 3;
|
|
|
=
|
is-somma tat-telf ta’ kreditu mistenni fi 12-il xahar iddeterminata f’konformità mal-paragrafu 5.5.5 tal-Anness dwar l-IFRS 9 u l-ammont tal-kopertura għal telf ta’ kreditu mistenni tul il-ħajja ddeterminata f’konformità mal-paragrafu 5.5.3 tal-Anness dwar l-IFRS 9, għajr il-kopertura għal telf ta’ kreditu mistenni tul il-ħajja għal assi finanzjarji b’indeboliment fil-kreditu kif definit fl-Appendiċi A għall-Anness dwar l-IFRS 9, fl-1 ta’ Jannar 2020;
|
|
|
=
|
is-somma tat-telf ta’ kreditu mistenni fi 12-il xahar iddeterminata f’konformità mal-paragrafu 5.5.5 tal-Anness dwar l-IFRS 9 u l-ammont tal-kopertura għal telf ta’ kreditu mistenni tul il-ħajja ddeterminata f’konformità mal-paragrafu 5.5.3 tal-Anness dwar l-IFRS 9, għajr il-kopertura għal telf ta’ kreditu mistenni tul il-ħajja għal assi finanzjarji b’indeboliment fil-kreditu kif definit fl-Appendiċi A għall-Anness dwar l-IFRS 9, fl-1 ta’ Jannar 2018 jew fid-data tal-ewwel applikazzjoni tal-IFRS 9, skont liema minnhom tiġi l-aktar tard;
|
|
f1
|
=
|
il-fattur applikabbli stipulat fil-paragrafu 6;
|
|
f2
|
=
|
il-fattur applikabbli stipulat fil-paragrafu 6a;
|
|
t1
|
=
|
iż-żieda fil-kapital tal-Grad 1 ta’ Ekwità Komuni minħabba t-tnaqqis mit-taxxa tal-ammont A2,SA;
|
|
t2
|
=
|
iż-żieda fil-kapital tal-Grad 1 ta’ Ekwità Komuni minħabba t-tnaqqis mit-taxxa tal-ammont A4,SA;
|
|
t3
|
=
|
iż-żieda fil-kapital tal-Grad 1 ta’ Ekwità Komuni minħabba t-tnaqqis mit-taxxa tal-ammont ;
|
(b)
għal skoperturi li huma soġġetti għall-ponderazzjoni tar-riskju f’konformità mal-Kapitolu 3 tat-Titolu II tal-Parti Tlieta, l-ammont (ABIRB) ikkalkulat f’konformità mal-formula li ġejja:
fejn:
|
A2,IRB
|
=
|
l-ammont ikkalkulat f’konformità mal-paragrafu 2 li huwa aġġustat f’konformità mal-punt (a) tal-paragrafu 5;
|
|
A4,IRB
|
=
|
l-ammont ikkalkulat f’konformità mal-paragrafu 4 fuq il-bażi tal-ammonti kkalkulati f’konformità mal-paragrafu 3 li huma aġġustati f’konformità mal-punti (b) u (c) tal-paragrafu 5;
|
|
|
=
|
is-somma tat-telf ta’ kreditu mistenni fi 12-il xahar iddeterminata f’konformità mal-paragrafu 5.5.5 tal-Anness dwar l-IFRS 9 u l-ammont tal-kopertura għal telf ta’ kreditu mistenni tul il-ħajja ddeterminata f’konformità mal-paragrafu 5.5.3 tal-Anness dwar l-IFRS 9, għajr il-kopertura għal telf ta’ kreditu mistenni tul il-ħajja għal assi finanzjarji b’indeboliment fil-kreditu, kif definit fl-Appendiċi A għall-Anness dwar l-IFRS 9, imnaqqsa bis-somma tal-ammonti relatati ta’ telf mistenni għall-istess skoperturi kkalkulati f’konformità mal-Artikolu 158(5), (6) u (10) ta’ dan ir-Regolament, fl-1 ta’ Jannar 2020. Fejn il-kalkolu jirriżulta f’ċifra negattiva, l-istituzzjoni għandha tistabbilixxi l-valur ta’ għal żero;
|
|
|
=
|
is-somma tat-telf ta’ kreditu mistenni fi 12-il xahar iddeterminata f’konformità mal-paragrafu 5.5.5 tal-Anness dwar l-IFRS 9 u l-ammont tal-kopertura għal telf ta’ kreditu mistenni tul il-ħajja ddeterminat f’konformità mal-paragrafu 5.5.3 tal-Anness dwar l-IFRS 9, għajr il-kopertura għal telf ta’ kreditu mistenni tul il-ħajja għal assi finanzjarji b’indeboliment fil-kreditu, kif definit fl-Appendiċi A għall-Anness dwar l-IFRS 9, fl-1 ta’ Jannar 2018 jew fid-data tal-ewwel applikazzjoni tal-IFRS 9, skont liema minnhom tiġi l-aktar tard, imnaqqsa bis-somma tal-ammonti relatati ta’ telf mistenni għall-istess skoperturi kkalkulati f’konformità mal-Artikolu 158(5), (6) u (10) ta’ dan ir-Regolament. Fejn il-kalkolu jirriżulta f’ċifra negattiva, l-istituzzjoni għandha tistabbilixxi l-valur ta’ għal żero;
|
|
f1
|
=
|
il-fattur applikabbli stipulat fil-paragrafu 6;
|
|
f2
|
=
|
il-fattur applikabbli stipulat fil-paragrafu 6a;
|
|
t1
|
=
|
iż-żieda fil-kapital tal-Grad 1 ta’ Ekwità Komuni minħabba t-tnaqqis mit-taxxa tal-ammont A2,IRB;
|
|
t2
|
=
|
żieda fil-kapital tal-Grad 1 ta’ Ekwità Komuni minħabba t-tnaqqis mit-taxxa tal-ammont A4,IRB;
|
|
t3
|
=
|
iż-żieda fil-kapital tal-Grad 1 ta’ Ekwità Komuni minħabba t-tnaqqis mit-taxxa tal-ammont .
|
|
|
Artikolu 473a 2.
|
L-istituzzjonijiet għandhom jikkalkulaw l-ammonti A2,SA u A2,IRB imsemmija, rispettivament, fil-punti (a) u (b) tat-tieni subparagrafu tal-paragrafu 1 bħala l-ikbar ammont mill-ammonti fil-punti (a) u (b) ta’ dan il-paragrafu separament għall-iskoperturi tagħhom li huma soġġetti għall-ponderazzjoni tar-riskju f’konformità mal-Kapitolu 2 tat-Titolu II tal-Parti Tlieta u għall-iskoperturi tagħhom li huma soġġetti għall-ponderazzjoni tar-riskju f’konformità mal-Kapitolu 3 tat-Titolu II tal-Parti Tlieta:
(b)
l-ammont ikkalkulat skont il-punt (i) imnaqqas bl-ammont ikkalkulat skont il-punt (ii):
(i)
is-somma tat-telf ta’ kreditu mistenni fi 12-il xahar iddeterminata f’konformità mal-paragrafu 5.5.5 tal-IFRS 9 kif stipulat fl-Anness għar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1126/2008 (“l-Anness dwar l-IFRS 9”)u l-ammont tal-kopertura għal telf ta’ kreditu mistenni tul il-ħajja ddeterminat f’konformità mal-paragrafu 5.5.3 tal-Anness dwar l-IFRS 9 mill-1 ta’ Jannar 2018 jew fid-data tal-ewwel applikazzjoni tal-IFRS 9;
(ii)
l-ammont totali ta’ telf minn indeboliment fuq assi finanzjarji klassifikati bħala selfiet u riċevibbli, investimenti miżmuma sal-maturità u assi finanzjarji disponibbli għall-bejgħ, kif definit fil-paragrafu 9 tal-IAS 39, għajr strumenti ta’ ekwità u unitajiet jew ishma f’intrapriżi għal investiment kollettiv, iddeterminat f’konformità mal-paragrafi 63, 64, 65, 67, 68 u 70 tal-IAS 39 kif stipulat fl-Anness tar-Regolament (KE) Nru 1126/2008 mill-31 ta’ Diċembru 2017 jew il-jum ta’ qabel id-data tal-ewwel applikazzjoni tal-IFRS 9.
|
|
Artikolu 473a 3.
|
L-istituzzjonijiet għandhom jikkalkulaw l-ammont li bih l-ammont imsemmi fil-punt (a) jaqbeż l-ammont imsemmi fil-punt (b) separatament għall-iskoperturi tagħhom li huma soġġetti għall-ponderazzjoni tar-riskju f’konformità mal-Kapitolu 2 tat-Titolu II tal-Parti Tlieta u għall-iskoperturi tagħhom li huma soġġetti għall-ponderazzjoni tar-riskju f’konformità mal-Kapitolu 3 tat-Titolu II tal-Parti Tlieta:
▼M11
(a)
is-somma tat-telf ta’ kreditu mistenni fi 12-il xahar iddeterminata f’konformità mal-paragrafu 5.5.5 tal-Anness dwar l-IFRS 9 u l-ammont tal-kopertura għal telf ta’ kreditu mistenni tul il-ħajja ddeterminata f’konformità mal-paragrafu 5.5.3 tal-Anness dwar l-IFRS 9, għajr il-kopertura għal telf ta’ kreditu mistenni tul il-ħajja għal assi finanzjarji b’indeboliment fil-kreditu kif definit fl-Appendiċi A għall-Anness dwar l-IFRS 9, fid-data ta’ rapportar u, fejn ikun japplika l-Artikolu 468 ta’ dan ir-Regolament, għajr it-telf ta’ kreditu mistenni ddeterminat għal skoperturi mkejla b’valur ġust permezz ta’ dħul komprensiv ieħor f’konformità mal-paragrafu 4.1.2 A tal-Anness dwar l-IFRS 9;
(b)
is-somma tat-telf ta’ kreditu mistenni fi 12-il xahar iddeterminata f’konformità mal-paragrafu 5.5.5 tal-Anness dwar l-IFRS 9 u l-ammont tal-kopertura għal telf ta’ kreditu mistenni tul il-ħajja ddeterminata f’konformità mal-paragrafu 5.5.3 tal-Anness dwar l-IFRS 9, għajr il-kopertura għal telf ta’ kreditu mistenni tul il-ħajja għal assi finanzjarji b’indeboliment fil-kreditu kif definit fl-Appendiċi A għall-Anness dwar l-IFRS 9 u, fejn ikun japplika l-Artikolu 468 ta’ dan ir-Regolament, għajr it-telf ta’ kreditu mistenni ddeterminat għal skoperturi mkejla b’valur ġust permezz ta’ dħul komprensiv ieħor f’konformità mal-paragrafu 4.1.2 A tal-Anness dwar l-IFRS 9, fl-1 ta’ Jannar 2020 jew fid-data tal-ewwel applikazzjoni tal-IFRS 9, skont liema minnhom tiġi l-aktar tard.
▼M4
|
|
Artikolu 473a 4.
|
Għall-iskoperturi li huma soġġetti għall-ponderazzjoni tar-riskju f’konformità mal-Kapitolu 2 tat-Titolu II tal-Parti Tlieta, meta l-ammont speċifikat f’konformità mal-punt (a) tal-paragrafu 3 jaqbeż l-ammont speċifikat fil-punt (b) tal-paragrafu 3, l-istituzzjonijiet għandhom jistabbilixxu A4,SA bħala ugwali għad-differenza bejn dawk l-ammonti, inkella dawn għandhom jistabbilixxu A4,SA għal żero. Għall-iskoperturi li huma soġġetti għall-ponderazzjoni tar-riskju f’konformità mal-Kapitolu 3 tat-Titolu II tal-Parti Tlieta, meta l-ammont speċifikat f’konformità mal-punt (a) tal-paragrafu 3, wara l-applikazzjoni tal-punt (b) tal-paragrafu 5, jaqbeż l-ammont għal dawn l-iskoperturi kif speċifikat fil-punt (b) tal-paragrafu 3, wara l-applikazzjoni tal-punt (c) tal-paragrafu 5, l-istituzzjonijiet għandhom jistabbilixxu A4,IRB bħala ugwali għad-differenza bejn dawk l-ammonti, inkella dawn għandhom jistabbilixxu A4,IRB għal żero.
|
|
Artikolu 473a 5.
|
Għall-iskoperturi li huma soġġetti għall-ponderazzjoni tar-riskju f’konformità mal-Kapitolu 3 tat-Titolu II tal-Parti Tlieta, l-istituzzjonijiet għandhom japplikaw il-paragrafi 2 sa 4 kif ġej:
(a)
għall-kalkolu ta’ A2,IRB l-istituzzjonijiet għandhom inaqqsu kull wieħed mill-ammonti kkalkulati f’konformità mal-punti (b) (i) u (ii) tal-paragrafu 2 ta’ dan l-Artikolu bis-somma tal-ammonti ta’ telf mistennija kkalkolati skont l-Artikolu 158(5), (6) u (10) mill-31 ta’ Diċembru 2017 jew il-jum ta’ qabel id-data tal-ewwel applikazzjoni tal-IFRS 9. Fejn għall-ammont imsemmi fil-punt (b)(i) tal-paragrafu 2 ta’ dan l-Artikolu l-kalkolu jirriżulta f’numru negattiv, l-istituzzjoni għandha tistabbilixxi l-valur ta’ dak l-ammont għal żero. Fejn għall-ammont imsemmi fil-punt (b)(ii) tal-paragrafu 2 ta’ dan l-Artikolu l-kalkolu jirriżulta f’numru negattiv, l-istituzzjoni għandha tistabbilixxi l-valur ta’ dak l-ammont għal żero;
▼M11
(b)
l-istituzzjonijiet għandhom jissostitwixxu l-ammont ikkalkulat f’konformità mal-punt (a) tal-paragrafu 3 ta’ dan l-Artikolu bis-somma tat-telf ta’ kreditu mistenni fi 12-il xahar iddeterminata f’konformità mal-paragrafu 5.5.5 tal-Anness dwar l-IFRS 9 u l-ammont tal-kopertura għal telf ta’ kreditu mistenni tul il-ħajja ddeterminat f’konformità mal-paragrafu 5.5.3 tal-Anness dwar l-IFRS 9, għajr il-kopertura għal telf ta’ kreditu mistenni tul il-ħajja għal assi finanzjarji b’indeboliment fil-kreditu, kif definit fl-Appendiċi A għall-Anness dwar l-IFRS 9, u, fejn ikun japplika l-Artikolu 468 ta’ dan ir-Regolament, għajr it-telf ta’ kreditu mistenni ddeterminat għal skoperturi mkejla b’valur ġust permezz ta’ dħul komprensiv ieħor f’konformità mal-paragrafu 4.1.2 A tal-Anness dwar l-IFRS 9, imnaqqsa bis-somma tal-ammonti relatati ta’ telf mistenni għall-istess skoperturi kkalkulati f’konformità mal-Artikolu 158(5), (6) u (10) ta’ dan ir-Regolament fid-data ta’ rapportar. Fejn il-kalkolu jirriżulta f’ċifra negattiva, l-istituzzjoni għandha tistabbilixxi l-valur tal-ammont imsemmi fil-punt (a) tal-paragrafu 3 ta’ dan l-Artikolu għal żero;
(c)
l-istituzzjonijiet għandhom jissostitwixxu l-ammont ikkalkulat f’konformità mal-punt (b) tal-paragrafu 3 ta’ dan l-Artikolu bis-somma tat-telf ta’ kreditu mistenni fi 12-il xahar iddeterminata f’konformità mal-paragrafu 5.5.5 tal-Anness dwar l-IFRS 9 u l-ammont tal-kopertura għal telf ta’ kreditu mistenni tul il-ħajja ddeterminat f’konformità mal-paragrafu 5.5.3 tal-Anness dwar l-IFRS 9, għajr il-kopertura għal telf ta’ kreditu mistenni tul il-ħajja għal assi finanzjarji b’indeboliment fil-kreditu, kif definit fl-Appendiċi A għall-Anness dwar l-IFRS 9, u, fejn ikun japplika l-Artikolu 468 ta’ dan ir-Regolament, għajr it-telf ta’ kreditu mistenni ddeterminat għal skoperturi mkejla b’valur ġust permezz ta’ dħul komprensiv ieħor f’konformità mal-paragrafu 4.1.2 A tal-Anness dwar l-IFRS 9, fl-1 ta’ Jannar 2020 jew fid-data tal-ewwel applikazzjoni tal-IFRS 9, skont liema minnhom tiġi l-aktar tard, imnaqqsa bis-somma tal-ammonti relatati ta’ telf mistenni għall-istess skoperturi kkalkulati f’konformità mal-Artikolu 158(5), (6) u (10) ta’ dan ir-Regolament fl-1 ta’ Jannar 2020 jew fid-data tal-ewwel applikazzjoni tal-IFRS 9, skont liema minnhom tiġi l-aktar tard. Fejn il-kalkolu jirriżulta f’ċifra negattiva, l-istituzzjoni għandha tistabbilixxi l-valur tal-ammont imsemmi fil-punt (b) tal-paragrafu 3 ta’ dan l-Artikolu għal żero.
|
|
Artikolu 473a 6.
|
L-istituzzjonijiet għandhom japplikaw il-fatturi li ġejjin f1 biex jikkalkulaw l-ammonti ABSA u ABIRB imsemmija fil-punti (a) u (b) tat-tieni subparagrafu tal-paragrafu 1 rispettivament:
(a)
0,7 matul il-perijodu mill-1 ta’ Jannar 2020 sal-31 ta’ Diċembru 2020;
(b)
0,5 matul il-perijodu mill-1 ta’ Jannar 2021 sal-31 ta’ Diċembru 2021;
(c)
0,25 matul il-perijodu mill-1 ta’ Jannar 2022 sal-31 ta’ Diċembru 2022;
(d)
0 matul il-perijodu mill-1 ta’ Jannar 2023 sal-31 ta’ Diċembru 2024.
L-istituzzjonijiet li s-sena finanzjarja tagħhom tibda wara l-1 ta’ Jannar 2020 iżda qabel l-1 ta’ Jannar 2021 għandhom jaġġustaw id-dati fil-punti minn (a) sa (d) tal-ewwel subparagrafu sabiex dawn jikkorrispondu għas-sena finanzjarja tagħhom, għandhom jirrapportaw id-dati aġġustati lill-awtorità kompetenti tagħhom u għandhom jiżvelawhom pubblikament.
L-istituzzjonijiet li jibdew japplikaw standards tal-kontabbiltà kif imsemmi fil-paragrafu 1 fl-1 ta’ Jannar 2021 jew wara din id-data, għandhom japplikaw il-fatturi rilevanti f’konformità mal-punti minn (b) sa (d) tal-ewwel subparagrafu b’bidu mill-fattur li jikkorrispondi għas-sena tal-ewwel applikazzjoni ta’ dawk l-istandards tal-kontabbiltà.
|
|
Artikolu 473a 6a.
|
L-istituzzjonijiet għandhom japplikaw il-fatturi li ġejjin f2 biex jikkalkulaw l-ammonti ABSA u ABIRB imsemmija fil-punti (a) u (b) tat-tieni subparagrafu tal-paragrafu 1 rispettivament:
(a)
1 matul il-perijodu mill-1 ta’ Jannar 2020 sal-31 ta’ Diċembru 2020;
(b)
1 matul il-perijodu mill-1 ta’ Jannar 2021 sal-31 ta’ Diċembru 2021;
(c)
0,75 matul il-perijodu mill-1 ta’ Jannar 2022 sal-31 ta’ Diċembru 2022;
(d)
0,5 matul il-perijodu mill-1 ta’ Jannar 2023 sal-31 ta’ Diċembru 2023;
(e)
0,25 matul il-perijodu mill-1 ta’ Jannar 2024 sal-31 ta’ Diċembru 2024.
L-istituzzjonijiet li s-sena finanzjarja tagħhom tibda wara l-1 ta’ Jannar 2020 iżda qabel l-1 ta’ Jannar 2021 għandhom jaġġustaw id-dati fil-punti minn (a) sa (e) tal-ewwel subparagrafu sabiex dawn jikkorrispondu għas-sena finanzjarja tagħhom, għandhom jirrapportaw id-dati aġġustati lill-awtorità kompetenti tagħhom u għandhom jiddivulgawhom pubblikament.
L-istituzzjonijiet li jibdew japplikaw standards tal-kontabbiltà kif imsemmi fil-paragrafu 1 fl-1 ta’ Jannar 2021 jew wara din id-data, għandhom japplikaw il-fatturi rilevanti f’konformità mal-punti minn (b) sa (e) tal-ewwel subparagrafu b’bidu mill-fattur li jikkorrispondi għas-sena tal-ewwel applikazzjoni ta’ dawk l-istandards tal-kontabbiltà.
|
|
Artikolu 473a 7.
|
Fejn istituzzjoni tinkludi fil-kapital tal-Grad 1 ta’ Ekwità Komuni tagħha ammont f’konformità mal-paragrafu 1 ta’ dan l-Artikolu, din għandha tikkalkula mill-ġdid ir-rekwiżiti kollha stipulati f’dan ir-Regolament u fid-Direttiva 2013/36/UE li jużaw xi waħda minn dawn l-entrati li ġejjin billi ma tiħux kont tal-effetti li l-provvedimenti għat-telf ta’ kreditu mistenni, li inkludiet fil-kapital tal-Grad 1 ta’ Ekwità Komuni tagħha, ikollhom fuq dawn l-entrati:
(a)
l-ammont ta’ assi ta’ taxxa differita li jitnaqqas mill-kapital tal-Grad 1 ta’ Ekwità Komuni f’konformità mal-punt (c) tal-Artikolu 36(1) jew ponderat skont ir-riskju f’konformità mal-Artikolu 48(4);
(b)
il-valur tal-iskopertura kif iddeterminat f’konformità mal-Artikolu 111(1) fejn l-aġġustamenti speċifiċi għar-riskju ta’ kreditu li bihom għandu jitnaqqas il-valur tal-iskopertura għandhom jiġu multiplikati bil-fattur ta’ skalar (sf) li ġej:
fejn:
ABSA = l-ammont ikkalkulat f’konformità mal-punt (a) tat-tieni subparagrafu tal-paragrafu 1;
RASA = l-ammont totali tal-aġġustamenti speċifiċi għar-riskju ta’ kreditu;
(c)
l-ammont ta’ entrati tal-Grad 2 ikkalkulat f’konformità mal-punt (d) tal-Artikolu 62.
|
|
Artikolu 473a 7a.
|
B’deroga mill-punt (b) tal-paragrafu 7 ta’ dan l-Artikolu, meta jiġu kkalkulati mill-ġdid ir-rekwiżiti stabbiliti f’dan ir-Regolament u fid-Direttiva 2013/36/UE, l-istituzzjonijiet jistgħu jassenjaw piż tar-riskju ta’ 100 % għall-ammont ABSA imsemmi fil-punt (a) tat-tieni subparagrafu tal-paragrafu 1 ta’ dan l-Artikolu. Għall-finijiet tal-kalkolu tal-kejl tal-iskopertura totali msemmi fl-Artikolu 429(4) ta’ dan ir-Regolament, l-istituzzjonijiet għandhom iżidu l-ammonti ABSA u ABIRB imsemmija fil-punti (a) u (b) tat-tieni subparagrafu tal-paragrafu 1 ta’ dan l-Artikolu mal-miżura tal-iskopertura totali. L-istituzzjonijiet jistgħu jagħżlu darba biss jekk jużawx il-kalkolu stipulat fil-punt (b) tal-paragrafu 7 jew il-kalkolu stipulat fl-ewwel subparagrafu ta’ dan il-paragrafu. L-istituzzjonijiet għandhom jiżvelaw id-deċiżjoni tagħhom.
|
|
Artikolu 473a 8.
|
Matul il-perijodi stipulati fil-paragrafu 6 u 6a ta’ dan l-Artikolu, minbarra li jiżvelaw l-informazzjoni meħtieġa fil-Parti Tmienja, l-istituzzjonijiet li ddeċidew li japplikaw l-arranġamenti tranżizzjonali stipulati f’dan l-Artikolu għandhom jirrapportaw lill-awtoritajiet kompetenti u għandhom jiżvelaw l-ammonti ta’ fondi proprji, il-kapital tal-Grad 1 ta’ Ekwità Komuni u l-kapital ta’ Grad 1, il-proporzjon tal-kapital tal-Grad 1 ta’ Ekwità Komuni, il-proporzjon tal-kapital ta’ Grad 1, il-proporzjon totali tal-kapital u l-proporzjon ta’ lieva finanzjarja li jkollhom f’każ li ma japplikawx dan l-Artikolu.
|
|
Artikolu 473a 9.
|
Istituzzjoni għandha tiddeċiedi jekk tapplikax l-arranġamenti stipulati f’dan l-Artikolu matul il-perijodu tranżizzjonali u għandha tinforma lill-awtorità kompetenti bid-deċiżjoni tagħha sal-1 ta’ Frar 2018. Fejn istituzzjoni tkun irċeviet il-permess minn qabel tal-awtorità kompetenti, hija tista’ tbiddel id-deċiżjoni tagħha matul il-perijodu tranżizzjonali. L-istituzzjonijiet għandhom jiżvelaw pubblikament kwalunkwe deċiżjoni meħuda f’konformità ma’ dan is-subparagrafu. Istituzzjoni li tkun iddeċidiet li tapplika l-arranġamenti tranżizzjonali stipulati f’dan l-Artikolu tista’ tiddeċiedi li ma tapplikax il-paragrafu 4, f’liema każ għandha tinforma lill-awtorità kompetenti bid-deċiżjoni tagħha sal-1 ta’ Frar 2018. F’tali każ, l-istituzzjoni għandha tistabbilixxi A4,SA, A4,IRB, , , t2 u t3 imsemmija fil-paragrafu 1 għal żero. Fejn istituzzjoni tkun irċeviet il-permess minn qabel tal-awtorità kompetenti, hija tista’ tbiddel id-deċiżjoni tagħha matul il-perijodu tranżizzjonali. L-istituzzjonijiet għandhom jiżvelaw pubblikament kwalunkwe deċiżjoni meħuda f’konformità ma’ dan is-subparagrafu Istituzzjoni li tkun iddeċidiet li tapplika l-arranġamenti tranżizzjonali stipulati f’dan l-Artikolu tista’ tiddeċiedi li ma tapplikax il-paragrafu 2, f’liema każ għandha tinforma lill-awtorità kompetenti bid-deċiżjoni tagħha mingħajr dewmien. F’tali każ, l-istituzzjoni għandha tistabbilixxi A2,SA, A2,IRB u t1 imsemmija fil-paragrafu 1 għal żero. Istituzzjoni tista’ tirrevoka d-deċiżjoni tagħha matul il-perijodu tranżizzjonali sakemm tkun irċeviet il-permess minn qabel tal-awtorità kompetenti. L-awtoritajiet kompetenti għandhom jinnotifikaw lill-EBA tal-inqas kull sena dwar l-applikazzjoni ta’ dan l-Artikolu mill-istituzzjonijiet taħt is-superviżjoni tagħhom.
|
|
Artikolu 473a 10.
|
F’konformità mal-Artikolu 16 tar-Regolament (UE) Nru 1093/2010, l-EBA għandha toħroġ linji gwida sat-30 ta’ Ġunju 2018 dwar ir-rekwiżiti ta’ żvelar stipulati f’dan l-Artikolu.
|
,
1.1 Referenzi
1.2 Rekwiżiti identifikati
1.3 Standards relatati
2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
|