|
+Artikolu 478 3. |
Artikolu 478 3.L-awtoritajiet kompetenti għandhomjiddeterminaw u jippubblikaw perċentwal applikabbli fil-meded speċifikati fil-paragrafi 1 u 2 għal kull tnaqqis li ġej:
(a)
it-tnaqqis individwali meħtieġ skont il-punti (a) sa (h) tal-Artikolu 36(1), għajr l-assi tat-taxxa differita li jistrieħu fuq il-profitabbiltà fil-ġejjieni u li jirriżultaw minn differenzi temporanji;
(b)
l-ammont aggregat tal-assi tat-taxxa differita li jistrieħu fuq il-profitabbiltà fil-ġejjieni u li jirriżultaw minn differenzi temporanji u l-elementi msemmija fil-punt (i) tal-Artikolu 36(1) li għandu jitnaqqas skont l-Artikolu 48;
(c)
kull tnaqqis li għandu jsir skont il-punti (b) sa (d) tal-Artikolu 56;
(d)
kull tnaqqis li għandu jsir skont il-punti (b) sa (d) tal-Artikolu 66. 1. Ħarsa ġenerali
1.1 Referenzi1.2 Rekwiżiti identifikati1.3 Standards relatati2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
|