+Artikolu 479 Rikonoxximent fil-kapital konsolidat tal-istrumenti ta' Ekwità Komuni ta' Grad 1 u elementi li ma jikkwalifikawx bħala interessi minoritarji
---+Artikolu 479 1.
---+Artikolu 479 2.
---+Artikolu 479 3.
---+Artikolu 479 4.
|
Artikolu 479 Rikonoxximent fil-kapital konsolidat tal-istrumenti ta' Ekwità Komuni ta' Grad 1 u elementi li ma jikkwalifikawx bħala interessi minoritarji
-
1. Ħarsa ġenerali
| Titlu |
Regolamentazzjoni |
|
Artikolu 479 1.
|
Permezz ta’ deroga mit-Titolu II tal-Parti Tnejn, matul il-perijodu 1 ta’ Jannar 2014 sal-31 ta’ Diċembru 2017, ir-rikonoxximent fil-fondi proprji konsolidati tal-elementi li jkunu jikkwalifikaw bħala riżervi konsolidati skont il-miżuri ta’ traspożizzjoni nazzjonali għall-Artikolu 65 tad-Direttiva 2006/48/KE li ma jikkwalifikawx bħala kapital konsolidat ta' Ekwità Komuni ta' Grad 1 għal kwalunkwe mir-raġunijiet li ġejjin għandu jiġi ddeterminat mill-awtoritajiet kompetenti skont il-paragrafi 2 u 3 ta' dan l-Artikolu:
(a)
l-istrument ma jikkwalifikax bħala strument ta' Ekwità Komuni ta' Grad 1, u konsegwentement, id-dħul relatat miżmum u l-kontijiet tal-primjum tal-ishma ma jikkwalifikawx bħala elementi konsolidati ta' Ekwità Komuni ta' Grad 1;
(b)
l-elementi ma jikkwalifikawx bħala riżultat tal-Artikolu 81(2);
(c)
l-elementi ma jikkwalifikawx għax sussidjarja mhijiex istituzzjoni jew entità li hija soġġetta għar-rekwiżiti ta’ dan ir-Regolament u din id-Direttiva 2013/36/UE minħabba l-liġi nazzjonali applikabbli;
(d)
l-elementi ma jikkwalifikawx għax is-sussidjarja mhijiex inkluża bis-sħiħ fil-konsolidazzjoni skont il-Kapitolu 2 tat-Titolu II tal-Parti Wieħed.
|
|
Artikolu 479 2.
|
Il-perċentwal applikabbli tal-elementi msemmija fil-paragrafu 1 li jkunu jikkwalifikaw bħala riżervi konsolidati skont il-miżuri ta’ traspożizzjoni nazzjonali għall-Artikolu 65 tad-Direttiva 2006/48/KE għandu jikkwalifika bħala kapital konsolidat ta' Ekwità Komuni ta' Grad 1.
|
|
Artikolu 479 3.
|
Għall-finijiet tal-paragrafu 2, il-perċentwali applikabbli għandhom jaqgħu fil-meded li ġejjin:
(a)
0 % sa 80 % għall-perijodu minn 1 ta’ Jannar 2014 sal-31 ta’ Diċembru 2014;
(b)
0 % sa 60 % għall-perijodu mill-1 ta’ Jannar 2015 sal-31 ta’ Diċembru 2015;
(c)
0 % sa 40 % għall-perijodu mill-1 ta’ Jannar 2016 sal-31 ta’ Diċembru 2016;
(d)
0 % sa 20 % għall-perijodu mill-1 ta’ Jannar 2017 u sal-31 ta’ Diċembru 2017.
|
|
Artikolu 479 4.
|
L-awtoritajiet kompetenti għandhomjiddeterminaw u jippubblikaw il-perċentwal applikabbli fil-meded speċifikati fil-paragrafu 3.
|
,
1.1 Referenzi
1.2 Rekwiżiti identifikati
1.3 Standards relatati
2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
|