+Artikolu 493 Dispożizzjonijiet tranżitorji għal skoperturi kbar
---+Artikolu 493 1.
---+Artikolu 493 3.
---+Artikolu 493 4.
---+Artikolu 493 5.
---+Artikolu 493 6.
---+Artikolu 493 7.
|
Artikolu 493 Dispożizzjonijiet tranżitorji għal skoperturi kbar
-
1. Ħarsa ġenerali
| Titlu |
Regolamentazzjoni |
|
Artikolu 493 1.
|
Sas-26 ta’ Ġunju 2021, id-dispożizzjonijiet fuq skoperturi kbar kif stabbiliti fl-Artikoli 387 sa 403) ta' dan ir-Regolament ma għandhomx japplikaw għal ditti tal-investimenti li n-negozju ewlieni tagħhom jikkonsisti b’mod esklussiv fil-forniment ta’ servizzi tal-investimenti jew f’attivitajiet relatati mal-istrumenti finanzjarji stabbiliti fil-punti (5), (6), (7), (9), (10) u (11) tat-Taqsima C tal-Anness I għad-Direttiva 2014/65/UE u li għalihom, fil-31 ta’ Diċembru 2006, ma kinitx tapplika d-Direttiva 2004/39/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (
42
).
|
|
Artikolu 493 3.
|
Permezz ta’ deroga mill-Artikolu 400 (2) u (3),
►C1
l-Istati Membri jistgħu, għal perijodu transizzjonali sad-dħul fis-seħħ ta’ kwalunkwe att legali wara l-analiżi f’konformità mal-Artikolu 507, iżda mhux wara l-31 ta' Diċembru 2028 jeżentaw kompletament jew parzjalment l-iskoperturi li ġejjin ◄ mill-applikazzjoni tal-Artikolu 395(1):
▼M17
(a)
bonds koperti kif imsemmi fl-Artikolu 129;
▼B
(b)
elementi ta’ assi li jikkostitwixxu pretensjonijiet fuq il-gvernijiet reġjonali jew l-awtoritajiet lokali tal-Istati Membri fejn dawk il-pretensjonijiet jingħataw piż ta’ riskju ta’ 20 % taħt il-Parti Tlieta, it-Titolu II, il-Kapitolu 2 u skoperturi oħra għal jew garantiti minn dawn il-gvernijiet reġjonali jew l-awtoritajiet lokali, pretensjonijiet li fuqhom jingħata piż ta’ riskju ta’ 20 % taħt il-Parti Tlieta, it-Titolu II, il-Kapitolu 2;
▼M8
(c)
skoperturi, inkluż parteċipazzjonijiet jew tipi oħra ta' holdings, imġarrba minn istituzzjoni għall-impriża prinċipali tagħha, għal sussidjarji oħra ta' dik l-impriża prinċipali jew għas-sussidjarji tagħha stess u holdings kwalifikanti, sakemm dawk l-impriżi ma jkunux koperti mis-superviżjoni fuq bażi konsolidata li għaliha tkun soġġetta l-istituzzjoni stess, f'konformità ma' dan ir-Regolament, id-Direttiva 2002/87/KE jew mal-istandards ekwivalenti fis-seħħ f'pajjiż terz.; skoperturi li ma jissodisfawx dawk il-kriterji, kemm jekk ikunu eżentati kif ukoll jekk ma jkunux eżentati mill-Artikolu 395(1) ta' dan ir-Regolament, għandhom jiġu ttrattati bħala skoperturi għal parti terza;
▼B
(d)
elementi ta' assi li jikkostitwixxu pretensjonijiet fuq u skoperturi oħra, inklużi l-parteċipazzjonijiet jew tipi oħra ta’ holdings, għal istituzzjonijiet reġjonali jew ċentrali ta’ kreditu fejn l-istituzzjoni ta’ kreditu tappartjeni lil ’netwerk skont id-dispożizzjonijiet ġuridiċi jew statutorji u li jkunu responsabbli, skont dawn id-dispożizzjonijiet, għall-operazzjonijiet ta’ kklerjar ta’ flus fi ħdan in-netwerk;
(e)
elementi ta' assi li jikkostitwixxu pretensjonijiet fuq u skoperturi oħra għal istituzzjonijiet ta’ kreditu mġarrba minn istituzzjonijiet ta’ kreditu, li minnhom waħda topera fuq bażi mhux kompetittiva u li tipprovdi jew tiggarantixxi għoti ta' self skont programmi leġislattivi jew l-istatuti tagħha, biex tippromwovi oqsma speċifiċi tal-ekonomija taħt xi forma ta’ sorveljanza governattiva u restrizzjonijiet fuq l-użu tas-self, bil-kondizzjoni li l-iskoperturi rispettivi joriġinaw minn tali self li jkun mgħoddi lill-benefiċjarji permezz ta’ istituzzjonijiet ta’ kreditu jew mill-garanziji fuq dan is-self;
(f)
elementi ta’ assi li jikkostitwixxu pretensjonijiet fuq istituzzjonijiet, u espożizzjonijiet oħra għal istituzzjonijiet, dejjem jekk dawk l-espożizzjonijiet ma jikkostitwixxux il-fondi proprji ta’ istituzzjonijiet bħal dawn u ma jdumux aktar mill-jum tax-xogħol ta’ wara u li mhumiex denominati f’munita kummerċjali ewlenija;
(g)
elementi ta' assi li jikkostitwixxu pretensjonijiet fuq banek ċentrali fil-forma ta’ riżervi minimi meħtieġa miżmuma minn dawk il-banek ċentrali li jkunu denominati fil-muniti nazzjonali tagħhom;
(h)
elementi ta' assi li jikkostitwixxu pretensjonijiet fuq gvernijiet ċentrali fil-forma ta’ rekwiżiti statutorji ta’ likwidità miżmuma f’titoli tal-gvern li huma denominati u ffinanzjati fil-muniti nazzjonali bil-kondizzjoni li, fid-diskrezzjoni tal-awtorità kompetenti, il-valutazzjoni tal-kreditu ta’ dawk il-gvernijiet ċentrali assenjati minn ECAI nominata tkun grad ta’ investiment;
▼M17
(i)
50 % tad-dokumenti ta' kreditu tal-bucket 4 li ma jidhrux fil-karta tal-bilanċ u tal-faċilitajiet ta' kreditu mhux miġbuda tal-bucket 3 li ma jidhrux fil-karta tal-bilanċ imsemmija fl-Anness I b'maturità oriġinali li twassal sa u tinkludi sena u soġġett għall-qbil tal-awtoritajiet kompetenti, 80 % tal-garanziji li mhumiex garanziji fuq self li jkollhom bażi ġuridika jew regolatorja u jingħataw għall-membri tagħhom bi skemi ta' garanzija reċiproka li jkollhom l-istatus ta' istituzzjonijiet ta' kreditu;
▼B
(j)
il-garanziji legalment meħtieġa li jintużaw meta self b'ipoteka ffinanzjat permezz tal-ħruġ ta' bonds ta’ ipoteki jitħallas lill-mutwatarju tal-ipoteka qabel ir-reġistrazzjoni finali tal-ipoteka fir-reġistru tal-artijiet, bil-kondizzjoni li l-garanzija ma tintużax biex tnaqqas ir-riskju fil-kalkolu tal-ammonti ta’ skoperturi ppeżati skont ir-riskju;
(k)
elementi ta’ assi li jikkostitwixxu pretensjonijiet fuq u skoperturi oħra għal boroż rikonoxxuti.
|
|
Artikolu 493 4.
|
B’deroga mill-Artikolu 395(1), l-awtoritajiet kompetenti jistgħu jippermettu li l-istituzzjonijiet iġarrbu kwalunkwe skopertura mill-iskoperturi previsti fil-paragrafu 5 ta’ dan l-Artikolu li tissodisfa l-kondizzjonijiet stabbiliti fil-paragrafu 6 ta’ dan l-Artikolu, sal-limiti li ġejjin:
(a)
100 % tal-kapital ta’ Grad 1 tal-istituzzjoni sal-31 ta’ Diċembru 2018;
(b)
75 % tal-kapital ta’ Grad 1 tal-istituzzjoni sal-31 ta’ Diċembru 2019;
(c)
50 % tal-kapital ta’ Grad 1 tal-istituzzjoni sal-31 ta’ Diċembru 2020.
Il-limiti msemmija fil-punti (a), (b) u (c) tal-ewwel subparagrafu għandhom japplikaw għall-valuri tal-iskopertura wara li jittieħed kont tal-effett tal-mitigazzjoni tar-riskju ta’ kreditu f’konformità mal-Artikoli 399 sa 403.
|
|
Artikolu 493 5.
|
L-arranġamenti transizzjonali stabbiliti fil-paragrafu 4 għandhom japplikaw għall-iskoperturi li ġejjin:
(a)
entrati ta’ assi li jikkostitwixxu pretensjonijiet fuq gvernijiet ċentrali, banek ċentrali, jew entitajiet tas-settur pubbliku tal-Istati Membri;
(b)
entrati ta’ assi li jikkostitwixxu pretensjonijiet iggarantiti espliċitament minn gvernijiet ċentrali, banek ċentrali, jew entitajiet tas-settur pubbliku tal-Istati Membri;
(c)
skoperturi oħra għal gvernijiet ċentrali, banek ċentrali jew entitajiet tas-settur pubbliku tal-Istati Membri, jew iggarantiti minnhom;
(d)
entrati ta’ assi li jikkostitwixxu pretensjonijiet fuq gvernijiet reġjonali jew awtoritajiet lokali tal-Istati Membri trattati bħala skoperturi għall-gvern ċentrali f’konformità mal-Artikolu 115(2);
(e)
skoperturi oħra għal gvernijiet reġjonali jew awtoritajiet lokali tal-Istati Membri, jew iggarantiti minnhom trattati bħala skoperturi għall-gvern ċentrali f’konformità mal-Artikolu 115(2).
Għall-finijiet tal-punti (a), (b) u (c) tal-ewwel subparagrafu, l-arranġamenti transizzjonali stabbiliti fil-paragrafu 4 ta’ dan l-Artikolu għandhom japplikaw biss għal entrati ta’ assi u skoperturi oħra għal entitajiet tas-settur pubbliku, jew iggarantiti minnhom, li jkunu ttrattati bħala skoperturi għal gvern ċentrali, gvern reġjonali jew awtorità lokali f’konformità mal-Artikolu 116(4). Fejn l-entrati ta’ assi u skoperturi oħra għall-entitajiet tas-settur pubbliku, jew iggarantiti minnhom, ikunu ttrattati bħala skoperturi għal gvern reġjonali jew awtorità lokali f’konformità mal-Artikolu 116(4), l-arranġamenti transizzjonali stabbiliti fil-paragrafu 4 ta’ dan l-Artikolu għandhom japplikaw biss fejn l-iskoperturi għal dak il-gvern reġjonali jew awtorità lokali jkunu ttrattati bħala skoperturi għall-gvern ċentrali f’konformità mal-Artikolu 115(2).
|
|
Artikolu 493 6.
|
L-arranġamenti transizzjonali stabbiliti fil-paragrafu 4 ta’ dan l-Artikolu għandhom japplikaw biss fejn skopertura msemmija fil-paragrafu 5 ta’ dan l-Artikolu tissodisfa l-kondizzjonijiet kollha li ġejjin:
(a)
l-iskopertura tiġi allokata ponderazzjoni tar-riskju ta’ 0 % skont il-verżjoni tal-Artikolu 495(2) fis-seħħ fil-31 ta’ Diċembru 2017;
(b)
l-iskopertura tkun iġġarrbet fi jew wara t-12 ta’ Diċembru 2017.
|
|
Artikolu 493 7.
|
Skopertura kif imsemmija fil-paragrafu 5 ta’ dan l-Artikolu li tkun iġġarrbet qabel it-12 ta’ Diċembru 2017 u li fil-31 ta’ Diċembru 2017 ġiet assenjata ponderazzjoni tar-riskju ta’ 0 % f’konformità mal-Artikolu 495(2) għandha tiġi eżentata mill-applikazzjoni tal-Artikolu 395(1).
|
,
1.1 Referenzi
1.2 Rekwiżiti identifikati
1.3 Standards relatati
2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
|