+Artikolu 505 Rieżami tal-finanzjament agrikolu
---+Artikolu 505 1.
---+Artikolu 505 2.
---+Artikolu 505 3.
|
Artikolu 505 Rieżami tal-finanzjament agrikolu
-
1. Ħarsa ġenerali
| Titlu |
Regolamentazzjoni |
|
Artikolu 505 1.
|
Sal-31 ta' Diċembru 2030, l-EBA għandha tħejji rapport dwar l-impatt tar-rekwiżiti ta' dan ir-Regolament fuq il-finanzjament agrikolu, inkluż dwar:
(a)
l-adegwatezza ta' piż tar-riskju ddedikat għar-rekwiżiti ta' fondi proprji għar-riskju ta' kreditu kkalkulat f'konformità mal-Parti Tlieta, it-Titolu II, għall-iskoperturi għal intrapriża agrikola;
(b)
fejn ikun applikabbli, kriterji prudenzjalment ġustifikati għall-applikazzjoni ta' tali piż tar-riskju ddedikat, inkluż prattiki agrikoli, kif ukoll l-inklużjoni ta' skoperturi fil-korporattivi, fil-livell tal-konsumatur jew iggarantiti permezz ta' ipoteki fuq il-klassijiet tal-iskoperturi tal-proprjetà immobbli;
(c)
l-allinjament mal-istrateġija “mill-għalqa sal-platt” stabbilita fil-komunikazzjoni tal-Kummissjoni tal-20 ta' Mejju 2020 intitolata “Strateġija ‘Mill-Għalqa sal-Platt’ għal sistema tal-ikel ġusta, tajba għas-saħħa u favur l-ambjent” u l-impatt ambjentali rispettiv skont it-tifsira tar-Regolament (UE) 2020/852, b'mod partikolari mal-indikaturi kif miġbura fin-Network ta' Informazzjoni tal-Kontabilità Agrikola, li juru l-punteġġi tal-kontribuzzjoni fir-rigward ta':
(i)
l-emissjonijiet netti ta' gassijiet serra għal kull ettaru;
(ii)
l-użu tal-pestiċidi u l-fertilizzanti għal kull ettaru;
(iii)
il-proporzjonijiet tal-effiċjenza tal-minerali tal-ħamrija, inkluż il-karbonju, l-ammonijaka, il-fosfat u n-nitroġenu għal kull ettaru;
(iv)
l-effiċjenza fl-użu tal-ilma;
(v)
konferma tal-impatt pożittiv fuq l-indikaturi msemmija fil-punti (i) sa (iv) ta' dan il-punt b'logo tal-produzzjoni organika tal-Unjoni Ewropea msemmi fir-Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (UE) 2018/848 (
43
).
|
|
Artikolu 505 2.
|
Filwaqt li tqis ir-rapport tal-EBA msemmi fil-paragrafu 1, il-Kummissjoni għandha tippreżenta r-rapport lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill. Fejn xieraq, dak ir-rapport għandu jkun akkumpanjat minn proposta leġiżlattiva biex jiġi emendat dan ir-Regolament sabiex jittaffew l-effetti negattivi tiegħu fuq il-finanzjament agrikolu.
|
|
Artikolu 505 3.
|
L-EBA għandha tħejji wkoll rapport intermedju dwar l-impatt tar-rekwiżiti ta' dan ir-Regolament fuq il-finanzjament agrikolu sal-31 ta' Diċembru 2027.
|
,
1.1 Referenzi
1.2 Rekwiżiti identifikati
1.3 Standards relatati
2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
|