|
+Artikolu 513 1. |
Artikolu 513 1.Sat-30 ta' Ġunju 2022, u kull ħames snin wara, il-Kummissjoni għandha, wara konsultazzjoni tal-BERS u l-ABE, tanalizza jekk ir-regoli makroprudenzjali f'dan ir-Regolament u fid-Direttiva 2013/36/UE humiex suffiċjenti biex jittaffew ir-riskji sistemiċi fis-setturi, ir-reġjuni u l-Istati Membri inkluż il-valutazzjoni ta':
(a)
jekk l-għodod makroprudenzjali attwali f'dan ir-Regolament u fid-Direttiva 2013/36/UE humiex effettivi, effiċjenti u trasparenti;
(b)
jekk il-kopertura u l-gradi possibbli ta' koinċidenza bejn l-għodod makroprudenzjali differenti biex jiġu mmirati riskji simili f'dan ir-Regolament u fid-Direttiva 2013/36/UE humiex adegwati u, jekk adatt, tipproponi regoli makroprudenzjali ġodda;
(c)
kif l-istandards internazzjonalment maqbula għal istituzzjonijiet sistemiċi jinteraġixxu mad-dispożizzjonijiet f'dan ir-Regolament u fid-Direttiva 2013/36/UE u, jekk adatt, tipproponi regoli ġodda filwaqt li tieħu kont ta' dawk l-istandards internazzjonalment maqbula;
(d)
jekk għandhomx jiżdiedu tipi oħra ta' strumenti, bħal strumenti bbażati fuq min jissellef, mal-għodod makroprudenzjali previsti f'dan ir-Regolament u fid-Direttiva 2013/36/UE biex jikkomplementaw strumenti bbażati fuq il-kapital u biex jippermettu l-użu armonizzat tal-istrumenti fis-suq intern; b'kunsiderazzjoni ta' jekk hemmx prerekwiżit ta' definizzjonijiet armonizzati ta' dawk l-istrumenti u tar-rappurtar tad-data rispettiva fil-livell tal-Unjoni għall-introduzzjoni ta' strumenti bħal dawn;
(e)
jekk ir-rekwiżit ta' riżerva għall-proporzjon ta' lieva finanzjarja kif imsemmi fl-Artikolu 92(1a), għandux jiġi estiż għal istituzzjonijiet sistemikament importanti li mhumiex G-SIIs, jekk il-kalibrazzjoni tiegħu għandhiex tkun differenti mill-kalibrazzjoni għall-G-SIIs, u jekk il-kalibrazzjoni tiegħu għandhiex tkun skont il-livell ta' importanza sistemika tal-istituzzjoni;
(f)
jekk ir-reċiproċità volontarja attwali tal-miżuri makroprudenzjali għandhiex tinbidel għal reċiproċità obbligatorja u jekk il-qafas attwali tal-BERS għar-reċiproċità volontarja hux bażi adatta għal dan;
(g)
kif l-awtoritajiet makroprudenzjali rilevanti tal-Unjoni u nazzjonali jistgħu jingħataw mandat b'għodod biex jindirizzaw riskji sistemiċi emerġenti ġodda li jirriżultaw minn skoperturi tal-istituzzjonijiet ta' kreditu għas-settur mhux bankarju, b'mod partikolari minn swieq tad-derivattivi u ta' tranżazzjonijiet ta' finanzjament tat-titoli, is-settur tal-ġestjoni tal-assi u s-settur tal-assigurazzjoni. 1. Ħarsa ġenerali
1.1 Referenzi1.2 Rekwiżiti identifikati1.3 Standards relatati2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
|