+8. Jekk jogħġbok innota li inti mitlub/a tindika l-prattiki tas-suq l-aktar komuni għal kull …

8. Jekk jogħġbok innota li inti mitlub/a tindika l-prattiki tas-suq l-aktar komuni għal kull …

Jekk jogħġbok innota li inti mitlub/a tindika l-prattiki tas-suq l-aktar komuni għal kull servizz, u m'intix mitlub/a tindika l-ammonti ta' tariffi.

Spjegazzjonijiet għall-intestaturi tal-kolonni użati fil-mudell

Servizzi ta' kont tal-pagamenti (Ingliż ) – Jekk jogħġbok ipprovdi l-isem tas-servizz bl-Ingliż.

Isem tas-servizzi bil-lingwa/lingwi uffiċjali tal-Istat Membru – Jekk ikun hemm aktar minn isem wieħed, jekk jogħġbok indika l-aktar isem użat fil-ġurisdizzjoni nazzjonali tiegħek. Dan għandu jinkludi kwalunkwe terminu rilevanti, skont l-Artikolu 3(1) tad-Direttiva.

Deskrizzjoni tas-servizz bil-lingwa/lingwi uffiċjali tal-Istat Membru – Jekk jogħġbok ipprovdi deskrizzjoni tas-servizz. Din għandha tinkludi kwalunkwe definizzjoni formali li teżisti, skont l-Artikolu 3(1) tad-Direttiva.

Deskrizzjoni tas-servizz (bl-Ingliż ) – Jekk jogħġbok ipprovdi deskrizzjoni tas-servizz bl-Ingliż.

Deskrizzjoni tal-istruttura tal-aktar tariffi komuni, l-aktar perjodiċità applikata b'mod komuni għas-servizz, u jekk jiġux applikati eżenzjonijiet – Fejn ikun applikabbli, jekk jogħġbok qis l-aktar struttura ta' tariffi komuni fil-pajjiż tiegħek. F'din iċ-ċellola, tista' tiddeskrivi kwalunkwe differenzjazzjoni addizzjonali ta' tariffi li hija mifruxa f'livell nazzjonali, bħal meta jintużaw kriterji differenti għat-tariffi ta' żamma: bilanċ totali ta' kontijiet relatati mal-fornitur tas-servizz; il-bilanċ tal-kont; jew servizzi oħra sottoskritti, fost l-oħrajn. Jekk jogħġbok innota li ma għandekx bżonn tindika l-ammonti tat-tariffi. Din m'hemmx għalfejn tkun deskrizzjoni eżawrjenti ta' kull struttura.

Jekk jogħġbok indika jekk it-tariffi huma differenzjati għal mezzi differenti – Jekk jogħġbok uża din il-kolonna u l-għażliet ippreżentati jekk hija prattika tas-suq komuni li fl-Istat Membru tiegħek il-prezzijiet ikunu differenzjati skont il-mezzi ta' użu. Jekk jogħġbok ipprovdi spjegazzjoni jekk hemm taħlita tal-prattiki fis-suq nazzjonali.

Kodiċi tal-ID – Jekk dan is-servizz huwa inkluż fit-tabella tal-eżempji ta' hawn taħt, jekk jogħġbok indika l-kodiċi tal-ID korrispondenti. Tip 1 - Ġestjoni / żamma tal-kont u servizzi relatati

1. Ħarsa ġenerali

,
Titlu Regolamentazzjoni

1.1 Referenzi

1.2 Rekwiżiti identifikati

1.3 Standards relatati

2. Rekwiżiti identifikati

Rekwiżiti
Sors Rekwiżit

3. Standards relatati

Standards
Sors Rekwiżit
  • EBA - Published by the European Banking Authority at https://www.eba.europa.eu/