+24. Id-determinazzjoni ta’ jekk huwiex probabbli li l-istituzzjoni ma tkunx tista’ tissodisfa …
|
24. Id-determinazzjoni ta’ jekk huwiex probabbli li l-istituzzjoni ma tkunx tista’ tissodisfa …
Id-determinazzjoni ta’ jekk huwiex probabbli li l-istituzzjoni ma tkunx tista’ tissodisfa r-rekwiżiti regolatorji għal-likwidità jew tħallas id-djun u l-obbligazzjonijiet tagħha hekk kif isiru dovuti għandha tkun ibbażata fuq elementi oġġettivi li, fost l-oħrajn, jinkludu: - a. l-iżviluppi avversi sinifikanti li jaffettwaw l-evoluzzjoni tal-pożizzjoni tal-likwidità tal-istituzzjoni u s-sostenibbiltà tal-profil tal-finanzjament tagħha, u l-konformità tagħha mar-rekwiżiti minimi għal-likwidità kif stipulat fir-Regolament (UE) Nru 575/2013 u mar-rekwiżiti addizzjonali imposti skont l-Artikolu 105 ta’ dak ir-Regolament jew skont kwalunkwe rekwiżiti minimi nazzjonali għal-likwidità;
- b. l-evoluzzjoni avversa mhux temporanja sinifikanti tal-bafer tal-likwidità tal-istituzzjoni u l-kapaċità tal-kontrobilanċjar tagħha. Il-valutazzjoni tad-dinamika tal-kapaċità tal-kontrobilanċjar għandha tikkunsidra, fejn rilevanti:
- - influssi ta’ likwidità probabbli ħafna, inklużi l-linji tal-likwidità u tal-krediti impenjati riċevuti;
- - kwalunkwe influss kuntrattwali mbassar;
- - il-kapaċità li l-finanzjament jiġi mġedded (inklużi l-maturità u t-tip ta’ strumenti tal-finanzjament il-ġdid);
- - l-aċċess għal finanzjament fit-tul;
- - tnaqqis kbir u straordinarju jew terminazzjoni tal-linji tal-likwidità minn kontropartijiet;
- c. żieda mhux temporanja fl-ispejjeż tal-finanzjament tal-istituzzjoni għal livell insostenibbli, kif rifless b’mod partikolari minn żieda fl-ispejjeż (pereżempju, kif rifless fil-firxiet) tal-finanzjament garantit u mhux garantit fir-rigward tal-istituzzjonijiet komparabbli;
- d. evoluzzjoni avversa sinifikanti tal-obbligi attwali u futuri tal-istituzzjoni. Il-valutazzjoni tal-evoluzzjoni tal-obbligi tal-istituzzjoni għandha tikkunsidra, fejn rilevanti:
- - il-ħruġ mistenni u eċċezzjonali tal-likwidità, inklużi t-talbiet mill-kontropartijiet tal-istituzzjoni għal appelli għall-marġini u/jew amortizzazzjoni bikrija tal-obbligazzjonijiet u s-sinjali emerġenti ta’ assalti bankarji potenzjali;
- - ir-rekwiżit tal-kollateral mistenni u eċċezzjonali, kif ukoll l-evoluzzjoni tat-telf impost fuq il-kollateral mill-kontropartijiet ċentrali u minn kontropartijiet oħrajn;
- - kwalunkwe obbligu kontinġenti, inklużi dawk li jirriżultaw mil-linji tal-kreditu u tal-likwidità mogħtija;
- e. il-pożizzjoni tal-istituzzjoni fis-sistemi tal-ħlas, tal-ikklerjar u tas-saldu u kwalunkwe indikazzjoni li l-istituzzjoni qiegħda tesperjenza diffikultajiet sabiex tissodisfa l-obbligi tagħha, inkluż sabiex tesegwixxi l-pagamenti fis-sistemi tal-ħlas, tal-ikklerjar u tas-saldu; jew
- f. l-iżviluppi li x’aktarx idgħajfu severament ir-reputazzjoni tal-istituzzjoni, b’mod partikolari t-tnaqqis fil-grad tal-klassifikazzjoni minn aġenzija tal-klassifikazzjoni waħda jew aktar jekk dawn iwasslu għal ħruġ sostanzjali jew in-nuqqas ta’ abbiltà li jġeddu l-finanzjament jew għall-attivazzjoni tal-iskattaturi kuntrattwali abbażi tal-klassifikazzjonijiet esterni.
1. Ħarsa ġenerali
| Titlu |
Regolamentazzjoni |
,
1.1 Referenzi
1.2 Rekwiżiti identifikati
1.3 Standards relatati
2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
- EBA - Published by the European Banking Authority at https://www.eba.europa.eu/
|