+3. Il-pożizzjoni tal-likwidità
---+23. B’konformità mal-Artikolu 32(4)(a) u (c) tad-Direttiva 2014/59/UE, istituzzjoni għandha titqies …
---+24. Id-determinazzjoni ta’ jekk huwiex probabbli li l-istituzzjoni ma tkunx tista’ tissodisfa …
---+25. Elementi addizzjonali li għandhom jiġu kkunsidrati, fejn rilevanti għall-karatteristiċi …

3. Il-pożizzjoni tal-likwidità

3. Il-pożizzjoni tal-likwidità

1. Ħarsa ġenerali

,
Titlu Regolamentazzjoni
23. B’konformità mal-Artikolu 32(4)(a) u (c) tad-Direttiva 2014/59/UE, istituzzjoni għandha titqies …

B’konformità mal-Artikolu 32(4)(a) u (c) tad-Direttiva 2014/59/UE, istituzzjoni għandha titqies bħala li qiegħda tfalli jew li x’aktarx tfalli jekk ikun hemm elementi oġġettivi li jappoġġjaw determinazzjoni li fil-futur qrib hija ser:

  • - tikser ir-rekwiżiti regolatorji tal-likwidità, inklużi r-rekwiżiti imposti skont l-Artikolu 105 tad-Direttiva 2013/36/UE, għat-tkomplija tal-awtorizzazzjoni b’mod li jiġġustifika l-irtirar tal-awtorizzazzjoni tagħha mill-awtorità kompetenti; jew
  • - ma tkunx tista’ tħallas id-djun u l-obbligazzjonijiet hekk kif isiru dovuti.
24. Id-determinazzjoni ta’ jekk huwiex probabbli li l-istituzzjoni ma tkunx tista’ tissodisfa …

Id-determinazzjoni ta’ jekk huwiex probabbli li l-istituzzjoni ma tkunx tista’ tissodisfa r-rekwiżiti regolatorji għal-likwidità jew tħallas id-djun u l-obbligazzjonijiet tagħha hekk kif isiru dovuti għandha tkun ibbażata fuq elementi oġġettivi li, fost l-oħrajn, jinkludu:

  • a. l-iżviluppi avversi sinifikanti li jaffettwaw l-evoluzzjoni tal-pożizzjoni tal-likwidità tal-istituzzjoni u s-sostenibbiltà tal-profil tal-finanzjament tagħha, u l-konformità tagħha mar-rekwiżiti minimi għal-likwidità kif stipulat fir-Regolament (UE) Nru 575/2013 u mar-rekwiżiti addizzjonali imposti skont l-Artikolu 105 ta’ dak ir-Regolament jew skont kwalunkwe rekwiżiti minimi nazzjonali għal-likwidità;
  • b. l-evoluzzjoni avversa mhux temporanja sinifikanti tal-bafer tal-likwidità tal-istituzzjoni u l-kapaċità tal-kontrobilanċjar tagħha. Il-valutazzjoni tad-dinamika tal-kapaċità tal-kontrobilanċjar għandha tikkunsidra, fejn rilevanti:
  • - influssi ta’ likwidità probabbli ħafna, inklużi l-linji tal-likwidità u tal-krediti impenjati riċevuti;
  • - kwalunkwe influss kuntrattwali mbassar;
  • - il-kapaċità li l-finanzjament jiġi mġedded (inklużi l-maturità u t-tip ta’ strumenti tal-finanzjament il-ġdid);
  • - l-aċċess għal finanzjament fit-tul;
  • - tnaqqis kbir u straordinarju jew terminazzjoni tal-linji tal-likwidità minn kontropartijiet;
  • c. żieda mhux temporanja fl-ispejjeż tal-finanzjament tal-istituzzjoni għal livell insostenibbli, kif rifless b’mod partikolari minn żieda fl-ispejjeż (pereżempju, kif rifless fil-firxiet) tal-finanzjament garantit u mhux garantit fir-rigward tal-istituzzjonijiet komparabbli;
  • d. evoluzzjoni avversa sinifikanti tal-obbligi attwali u futuri tal-istituzzjoni. Il-valutazzjoni tal-evoluzzjoni tal-obbligi tal-istituzzjoni għandha tikkunsidra, fejn rilevanti:
  • - il-ħruġ mistenni u eċċezzjonali tal-likwidità, inklużi t-talbiet mill-kontropartijiet tal-istituzzjoni għal appelli għall-marġini u/jew amortizzazzjoni bikrija tal-obbligazzjonijiet u s-sinjali emerġenti ta’ assalti bankarji potenzjali;
  • - ir-rekwiżit tal-kollateral mistenni u eċċezzjonali, kif ukoll l-evoluzzjoni tat-telf impost fuq il-kollateral mill-kontropartijiet ċentrali u minn kontropartijiet oħrajn;
  • - kwalunkwe obbligu kontinġenti, inklużi dawk li jirriżultaw mil-linji tal-kreditu u tal-likwidità mogħtija;
  • e. il-pożizzjoni tal-istituzzjoni fis-sistemi tal-ħlas, tal-ikklerjar u tas-saldu u kwalunkwe indikazzjoni li l-istituzzjoni qiegħda tesperjenza diffikultajiet sabiex tissodisfa l-obbligi tagħha, inkluż sabiex tesegwixxi l-pagamenti fis-sistemi tal-ħlas, tal-ikklerjar u tas-saldu; jew
  • f. l-iżviluppi li x’aktarx idgħajfu severament ir-reputazzjoni tal-istituzzjoni, b’mod partikolari t-tnaqqis fil-grad tal-klassifikazzjoni minn aġenzija tal-klassifikazzjoni waħda jew aktar jekk dawn iwasslu għal ħruġ sostanzjali jew in-nuqqas ta’ abbiltà li jġeddu l-finanzjament jew għall-attivazzjoni tal-iskattaturi kuntrattwali abbażi tal-klassifikazzjonijiet esterni.
25. Elementi addizzjonali li għandhom jiġu kkunsidrati, fejn rilevanti għall-karatteristiċi …

Elementi addizzjonali li għandhom jiġu kkunsidrati, fejn rilevanti għall-karatteristiċi tal-istituzzjoni, jinkludu:

  • a. l-iżviluppi avversi sinifikanti fl-ambjent makro-ekonomiku li jistgħu jkunu ta’ theddida għall-pożizzjoni finanzjarja u l-vijabbiltà tal-istituzzjoni, inklużi l-iżviluppi fir-rati tal-imgħax, il-valuri tal-proprjetà immobbli jew it-tkabbir ekonomiku. Tali żviluppi għandhom jaffettwaw, direttament jew indirettament, il-pożizzjoni tal-likwidità tal-istituzzjoni b’mod avvers sinifikanti; jew
  • b. deterjorament sinifikanti fil-perċezzjoni tas-suq ta’ istituzzjoni kif rifless permezz ta’ sinjali ta’ deterjorament mhux temporanju fl-evoluzzjoni assoluta u relattiva tal-indikaturi tas-suq, inkluż, fejn disponibbli, l-indikaturi bbażati fuq l-ekwità (pereżempju l-prezz tal-ishma u l-proporzjon tal-ekwità book-to-market), jew l-indikaturi bbażati fuq id-dejn (pereżempju swaps ta’ inadempjenza tal-kreditu u firxiet ta’ dejn subordinat), li jindikaw li istituzzjoni x’aktarx li ġġarrab telf jew tiffaċċja problemi ta’ likwidità li jistgħu jkunu ta’ theddida għall-vijabbiltà tagħha.

1.1 Referenzi

1.2 Rekwiżiti identifikati

1.3 Standards relatati

2. Rekwiżiti identifikati

Rekwiżiti
Sors Rekwiżit

3. Standards relatati

Standards
Sors Rekwiżit
  • EBA - Published by the European Banking Authority at https://www.eba.europa.eu/