+11. L-Arranġament ta’ Impenn ta’ Pagament għandu talinqas jinkludi l-elementi li ġejjin: a) …
|
11. L-Arranġament ta’ Impenn ta’ Pagament għandu talinqas jinkludi l-elementi li ġejjin: a) …
L-Arranġament ta’ Impenn ta’ Pagament għandu talinqas jinkludi l-elementi li ġejjin: - a) l-ammont tal-impenn ta’ pagament;
- b) l-obbligu irrevokabbli għall-istituzzjoni tal-kreditu sabiex il-ħlas tal-pagament fi flus imwiegħed tal-impenn ta’ pagament, isir fil-ħin wara li ssir talba mill-SGD, mingħajr dewmien mhux dovut u fi kwalunkwe każ mhux aktar tard minn jumejn xogħol mill-wasla tal-avviż li jkun sar skont l-ittra (c) hawn taħt. L-SGD għandha talinqas titlob parti mill-impenji ta’ pagament irrevokabbli jew l-impenji kollha meta, minħabba l-użu ta’ mezzi finanzjarji disponibbli, is-sehem ta’ impenji ta’ pagament irrevokabbli fil-limiti tal-mezzi finanzjarji disponibbli, jaqbeż il-limitu massimu stabbilit mill-iskema skont id-Direttiva 2014/49/UE u b’konformità mal-paragrafu 8 ta’ dawn il-linji gwida. Il-perjodu ta’ pagament għandu jitnaqqas għal ġurnata ta’ xogħol waħda jekk intervent bikri jew miżuri ta’ mmaniġġjar tal-kriżi jiġu applikati għall-istituzzjoni tal-kreditu mill-awtorità kompetenti jew mill-awtorità ta’ riżoluzzjoni. L-arranġament għandu jipprekludi kwalunkwe tnaqqis fl-ammont tal-impenn ta’ pagament, jew kwalunkwe terminazzjoni tal-arranġament ta’ impenn ta’ pagament, mingħajr il-kunsens tal-SGD;
- c) L-għoti ta’ avviż mill-SGD lill-istituzzjoni tal-kreditu permezz ta’ kwalunkwe mezz effettiv ta’ komunikazzjoni li jiżgura riċeviment, kull darba li l-SGD titlob il-pagament fi flus tal-ammont tal-impenn ta’ pagament;
- d) L-obbligu għall-istituzzjoni ta’ kreditu li tinforma immedjatament lill-SGD dwar kwalunkwe avveniment li jaffettwa l-kapaċità tal-istitizzjoni li tonora l-obbligi tagħha, jew il-kapaċità tal-SGD li tinforza d-drittijiet tagħha, skont l-arranġament tal-impenn ta’ pagament jew l-arranġament tal-kollateral finanzjarju, inkluża d-deklassifikazzjoni tal-istituzzjoni minn aġenziji esterni tal-klassifikazzjoni tal-kreditu u kwalunkwe materjal prudenzjali jew bidliet tan-negozju jew kwalunkwe deterjorazzjoni fil-valur tal-assi b’riskju baxx ipprovduti bħala kollateral;
- e) Il-konklużjoni ta’ arranġament ta’ sigurtà ta’ kollateral finanzjarju jew titolu ta’ arranġament ta’ trasferiment ta’ kollateral finanzjarju bejn l-SGD u l-istituzzjoni tal-kreditu li tassigura l-obbligi li jkunu saru mill-istituzzjoni tal-kreditu fl-arranġament ta’ impenn ta’ pagament, permezz tal-provvediment mill-istituzzjoni ta’ kreditu lill-SGD ta’ kollateral ta’ assi b’riskju baxx, li mhumiex aggravati minn kwalunkwe dritt ta’ parti terza u li jitpoġġew għad-dispożizzjoni tal-SGD.
1. Ħarsa ġenerali
| Titlu |
Regolamentazzjoni |
,
1.1 Referenzi
1.2 Rekwiżiti identifikati
1.3 Standards relatati
2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
- EBA - Published by the European Banking Authority at https://www.eba.europa.eu/
|