+14. L- istituzzjonijiet għandhom: a. Jidentifikaw l- espożizzjonijiet individwali tagħhom għall …
|
14. L- istituzzjonijiet għandhom: a. Jidentifikaw l- espożizzjonijiet individwali tagħhom għall …
L- istituzzjonijiet għandhom: - a. Jidentifikaw l- espożizzjonijiet individwali tagħhom għall -entitajiet mhux bankarji, ir- riskji potenzjali kollha għall - istituzzjoni li jirriżultaw minn dawk l - espożizzjonijiet, kif ukoll l- impatt potenzjali ta’ dawk ir -riskji.
- b. J istabbilixxu qafas intern għall - identifikazzjoni, il - ġestjoni, il -kontroll u l-mitigazzjoni tar -riskji deskritti fil-punt a). Dan il- qafas għandu jinkludi l - analiżi definita b’mod ċar li għandha titwettaq mill - uffiċjali tar - riskji rigward in - negozju ta’ entità mhux bankarja li għaliha tinħoloq espożizzjoni, ir - riskji potenzjali għall - istituzzjoni u l - probabbiltà li jinħoloq kontaġju minn dawn ir - riskji għall - entità. Din l- analiżi għandha ssir taħt is - superviżjoni tal -kumitat dwar ir- riskju ta’ kreditu, li għandu jkun debitament informat bir - riżultati.
- c. Jiżguraw li r -riskji deskritti fl- ittra a) jiġu kkunsidrati b’mod adegwat fi ħdan il - Proċess ta’ Valutazzjoni Interna dwar l - Adegwatezza tal - Kapital (ICAAP) tal - istituzzjoni u l -ippjanar tal-kapital.
- d. Abbażi tal - valutazzjoni mwettqa skont l -ittra a), jiffissaw it- tolleranza tar - riskju/predispożizzjoni għar -riskju tal- istituzzjoni għall - espożizzjonijiet għall - entitajiet mhux bankarji.
- e. Jimplimentaw proċess robust sabiex tiġi ddeterminata l - interkonnettività bejn l - entitajiet mhux bankarji u bejn l-entitajiet mhux bankarji u l- istituzzjoni. B’mod partikolari, dan il- proċess għandu jindirizza s - sitwazzjonijiet fejn l - interkonnettività ma tkunx tista’ tiġi ddeterminata u għandu jistabbilixxi tekniki ta’ mitigazzjoni xierqa sabiex jiġu indirizzati r - riskji potenzjali li jirriżultaw minn din l- inċertezza.
- f. Ikollhom proċeduri u proċessi ta’ rapportaġġ effettivi għall - korp maniġerjali rigward l - espożizzjonijiet għall - entitajiet mhux bankarji fi ħdan il -qafas tal- ġestjoni tar- riskji globali tal - istituzzjoni.
- g. Jimplimentaw pjanijiet ta’ azzjoni xierqa f’każ ta’ ksur tal -limiti stabbiliti mill-istituzzjoni b’konformità mat -Taqsima 5.
1. Ħarsa ġenerali
| Titlu |
Regolamentazzjoni |
,
1.1 Referenzi
1.2 Rekwiżiti identifikati
1.3 Standards relatati
2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
- EBA - Published by the European Banking Authority at https://www.eba.europa.eu/
|