+44. Dwar l-istrateġija tal-bafers tal-likwidità u tal-ġestjoni tal-kollateral, l-awtoritajiet …

44. Dwar l-istrateġija tal-bafers tal-likwidità u tal-ġestjoni tal-kollateral, l-awtoritajiet …

Dwar l-istrateġija tal-bafers tal-likwidità u tal-ġestjoni tal-kollateral, l-awtoritajiet kompetenti għandhom jiżguraw li mill-istituzzjonijiet jirċievu dan li ġej:

  • a. il-metodoloġija tagħhom biex jiddeterminaw id-daqs minimu intern tal-bafer tal-likwidità, inkluż id-definizzjoni tal-istituzzjonijiet tal-assi likwidi, il-kriterji li japplikaw għad-determinazzjoni tal-valur tal-likwidità tal-assi likwidi u r-restrizzjonijiet li għandhom x'jaqsmu mal-konċentrazzjoni u karatteristiċi tar-riskju oħrajn tal-assi likwidi;
  • b. dokument tal-politika dwar il-ġestjoni tal-kollateral, inkluż prinċipji li għandhom x'jaqsmu mal-post u t-trasferibbiltà tal-kollateral, kif ukoll ir-rwol tagħhom biex jissodisfaw ir-rekwiżiti prudenzjali minimi;
  • c. dokument tal-politika dwar il-gravami tal-assi, inkluż prinċipji għall-kejl u l-monitoraġġ kemm tal-assi gravati u dawk mhux gravati u jorbtu l-qafas tal-limitu u l-kontroll dwar il-gravami tal-assi mal-aptit għar-riskju (likwidità u finanzjament) tal-istituzzjoni;
  • d. prinċipji għall-ittestjar tas-suppożizzjonijiet li għandhom x'jaqsmu mal-valur tal-likwidità u ż-żmien għall-bejgħ jew repo, assi inklużi fil-bafer tal-assi likwidi;
  • e. dokument tal-politika dwar ir-riskju tal-konċentrazzjoni tal-likwidità fil-bafer tal-likwidità, inkluż prinċipji għall-kejl u l-monitoraġġ ta' kwalunkwe telf potenzjali tal-likwidità disponibbli minħabba din il-konċentrazzjoni. 7.3.2 Dokumentazzjoni operazzjonali

1. Ħarsa ġenerali

,
Titlu Regolamentazzjoni

1.1 Referenzi

1.2 Rekwiżiti identifikati

1.3 Standards relatati

2. Rekwiżiti identifikati

Rekwiżiti
Sors Rekwiżit

3. Standards relatati

Standards
Sors Rekwiżit
  • EBA - Published by the European Banking Authority at https://www.eba.europa.eu/