+27. Jekk l- istrateġija tal -ICT tal- istituzzjoni teħtieġ l - implimentazzjoni ta’ bidliet tal - …

27. Jekk l- istrateġija tal -ICT tal- istituzzjoni teħtieġ l - implimentazzjoni ta’ bidliet tal - …

Jekk l- istrateġija tal -ICT tal- istituzzjoni teħtieġ l - implimentazzjoni ta’ bidliet tal - ICT importanti u kumplessi, jew bidliet b’implikazzjonijiet materjali għall - mudell tan - negozju tal - istituzzjoni, l - awtoritajiet kompetenti għandhom jivvalutaw jekk l -istituz zjoni għandhiex qafas ta’ kontroll fis - seħħ, xieraq għad - daqs tagħha, l - attivitajiet tal - ICT tagħha kif ukoll il - livell tal - attivitajiet ta’ bidla, biex tiġi appoġġjata l - implimentazzjoni effettiva tal - istrateġija tal -ICT tal- istituzzjoni. Fit - twettiq ta’ din il- valutazzjoni, l - awtoritajiet kompetenti għandhom jikkunsidraw jekk il - qafas ta’ kontroll:

  • a. jinkludix proċessi ta’ governanza (eż. monitoraġġ u rappurtar tal - progress u tal - baġit) u korpi rilevanti (eż. uffiċċju tal - ġestjoni tal - proġetti (PMO), grupp ta’ tmexxija tal - ICT jew ekwivalenti) biex l - implimentazzjoni tal - programmi strateġiċi tal - ICT tiġi appoġġjata b’mod effettiv;
  • b. ikunx iddefinixxa u alloka r -rwoli u r- responsabbiltajiet għall - implimentazzjoni ta’ programmi strateġiċi tal - ICT, fejn tingħata attenzjoni partikolari għall - esperjenza ta’ partijiet ikkonċernati ewlenin fl - organizzazzjoni, it - tmexxija u l - monitoraġġ ta’ bidliet importanti u kumplessi tal - ICT u l- ġestjoni tal - impatti organizzattivi u tal - bnedmin usa’ (eż. il - ġestjoni tar - reżistenza għall - bidla, it - taħriġ u l - komunikazzjoni).
  • c. jinvolvix il - kontroll indipendenti u uffiċċji tal - awditjar interni biex tingħata l -assigurazzjoni li r-riskji assoċjati mal - implimentazzjoni tal - istrateġija tal - ICT ġew identifikati, ivvalutati u mtaffija b’mod effettiv u li l - qafas ta’ governanza fis - seħħ biex tiġi implimentata l - istrateġija tal -ICH jkun effettiv; u
  • d. jkunx fih ippjanar u proċess ta’ reviżjoni ta’ ppjanar li jagħti l - flessibbiltà li tingħata risposta għal kwistjonijiet importanti identifikati (eż. problemi jew dewmien fl - implimentazzjoni li nqalgħu) jew żviluppi esterni (eż. bidliet importanti fl - ambjent tan - negozju, fi kwistjonijiet teknoloġiċi jew f’innovazzjonijiet) biex jiġi żgurat adattament f’waqtu tal - pjan strateġiku ta’ implimentazzjoni.

1. Ħarsa ġenerali

,
Titlu Regolamentazzjoni

1.1 Referenzi

1.2 Rekwiżiti identifikati

1.3 Standards relatati

2. Rekwiżiti identifikati

Rekwiżiti
Sors Rekwiżit

3. Standards relatati

Standards
Sors Rekwiżit
  • EBA - Published by the European Banking Authority at https://www.eba.europa.eu/