+2.2 Strateġija tal -ICT
---+25. Taħt din it - taqsima l - awtoritajiet kompetenti għandhom jivvalutaw jekk l - istituzzjoni …
---+26. L- awtoritajiet kompetenti għandhom jivvalutaw jekk l - istituzzjoni għandhiex qafas fis - …
---+27. Jekk l- istrateġija tal -ICT tal- istituzzjoni teħtieġ l - implimentazzjoni ta’ bidliet tal - …
|
2.2 Strateġija tal -ICT
2.2 Strateġija tal -ICT
1. Ħarsa ġenerali
| Titlu |
Regolamentazzjoni |
|
25. Taħt din it - taqsima l - awtoritajiet kompetenti għandhom jivvalutaw jekk l - istituzzjoni …
|
Taħt din it - taqsima l - awtoritajiet kompetenti għandhom jivvalutaw jekk l - istituzzjoni għandhiex strateġija fis - seħħ: li hi soġġetta għal sorveljanza adegwata mill - korp maniġerjali tal - istituzzjoni; li hi konsistenti mal - istrateġija tan - negozju; b’mod partikolari biex iżżomm l - ICT tagħha aġġornat u tippjana jew timplimenta bidliet tal - ICT importanti u kumplessi; u li tappoġġja l - mudell tan - negozju tal - istituzzjoni. 2.2.1 Żvilupp u adegwatezza tal-istrateġija tal-ICT
|
|
26. L- awtoritajiet kompetenti għandhom jivvalutaw jekk l - istituzzjoni għandhiex qafas fis - …
|
L- awtoritajiet kompetenti għandhom jivvalutaw jekk l - istituzzjoni għandhiex qafas fis - seħħ, proporzjonali għan - natura, l -iskala u l- kumplessità tal - attivitajiet tal- ICT tagħha, għat - tħejjija u l - iżvilupp tal- istrateġija tal -ICT tal- istituzzjoni. Fit - twettiq ta’ din il - valutazzjoni, l - awtoritajiet kompetenti għandhom jikkunsidraw jekk: - a. il- maniġment superjuri5 tal- linja(i) tan - negozju ikunx involut b’mod adegwat fi d- definizzjoni tal- prijoritajiet strateġiċi tal -ICT tal- istituzzjoni u jekk, min - naħa l - oħra, il - maniġment superjuri tal - funzjoni tal - ICT huwiex konxju tal - iżvilupp, id -disinn u l- bidu ta’ strateġiji u inizjattivi tal - kummerċ ewlenin biex jiġi żgurat l -all injament kontinwu bejn is - sistemi tal - ICT, is- servizzi tal -ICT u l- funzjoni tal - ICT (jiġifieri dawk responsabbli għall - ġestjoni u l - istazzjonament ta’ dawn is - sistemi u s - servizzi), u l - istrateġija tan - negozju tal - istituzzjoni, u li l- ICT ikunu aġġornati b’mod effettiv;
- b. l- istrateġija tal - ICT hix dokumentata u appoġġjata bi pjanijiet ta’ implimentazzjoni konkreti, b’mod partikolari fir -rigward tal- istadji importanti u l -ippjanar tar- riżorsi (inklużi riżorsi finanjarji u umani) biex jiġi żgurat li jkunu realistiċi u jippermettu l -wasla tal- istrateġija tal -ICT;
- c. l- istituzzjoni taġġornax l - istrateġija tal - ICT tagħha perjodikament, b’mod partikolari fit -tibdil tal- istrateġija tan - negozju, biex jiġi żgurat l - allinjament kontinwu bejn l - għanijiet, il - pjanijiet u l-a ttivitajiet fuq żmien medju u fit -tul tal-ICT u tan- negozju; u
- d. il- korp maniġerjali tal - istituzzjoni japprovax l - istrateġija tal - ICT, il - pjanijiet ta’ implimentazzjoni u jimmonitorjax l - implimentazzjoni tagħha.
2.2.2 Implimentazzjoni tal-istrateġija tal-ICT
5 Il- maniġment superjuri u l - korp maniġerjali kif definiti fid - Direttiva 2013/36/UE tas - 26 ta’ Ġunju 2013 fl -Artikolu 3 (7) “korp maniġerjali”, u l -Artikolu 3 (9) “maniġment superjuri”.
|
|
27. Jekk l- istrateġija tal -ICT tal- istituzzjoni teħtieġ l - implimentazzjoni ta’ bidliet tal - …
|
Jekk l- istrateġija tal -ICT tal- istituzzjoni teħtieġ l - implimentazzjoni ta’ bidliet tal - ICT importanti u kumplessi, jew bidliet b’implikazzjonijiet materjali għall - mudell tan - negozju tal - istituzzjoni, l - awtoritajiet kompetenti għandhom jivvalutaw jekk l -istituz zjoni għandhiex qafas ta’ kontroll fis - seħħ, xieraq għad - daqs tagħha, l - attivitajiet tal - ICT tagħha kif ukoll il - livell tal - attivitajiet ta’ bidla, biex tiġi appoġġjata l - implimentazzjoni effettiva tal - istrateġija tal -ICT tal- istituzzjoni. Fit - twettiq ta’ din il- valutazzjoni, l - awtoritajiet kompetenti għandhom jikkunsidraw jekk il - qafas ta’ kontroll: - a. jinkludix proċessi ta’ governanza (eż. monitoraġġ u rappurtar tal - progress u tal - baġit) u korpi rilevanti (eż. uffiċċju tal - ġestjoni tal - proġetti (PMO), grupp ta’ tmexxija tal - ICT jew ekwivalenti) biex l - implimentazzjoni tal - programmi strateġiċi tal - ICT tiġi appoġġjata b’mod effettiv;
- b. ikunx iddefinixxa u alloka r -rwoli u r- responsabbiltajiet għall - implimentazzjoni ta’ programmi strateġiċi tal - ICT, fejn tingħata attenzjoni partikolari għall - esperjenza ta’ partijiet ikkonċernati ewlenin fl - organizzazzjoni, it - tmexxija u l - monitoraġġ ta’ bidliet importanti u kumplessi tal - ICT u l- ġestjoni tal - impatti organizzattivi u tal - bnedmin usa’ (eż. il - ġestjoni tar - reżistenza għall - bidla, it - taħriġ u l - komunikazzjoni).
- c. jinvolvix il - kontroll indipendenti u uffiċċji tal - awditjar interni biex tingħata l -assigurazzjoni li r-riskji assoċjati mal - implimentazzjoni tal - istrateġija tal - ICT ġew identifikati, ivvalutati u mtaffija b’mod effettiv u li l - qafas ta’ governanza fis - seħħ biex tiġi implimentata l - istrateġija tal -ICH jkun effettiv; u
- d. jkunx fih ippjanar u proċess ta’ reviżjoni ta’ ppjanar li jagħti l - flessibbiltà li tingħata risposta għal kwistjonijiet importanti identifikati (eż. problemi jew dewmien fl - implimentazzjoni li nqalgħu) jew żviluppi esterni (eż. bidliet importanti fl - ambjent tan - negozju, fi kwistjonijiet teknoloġiċi jew f’innovazzjonijiet) biex jiġi żgurat adattament f’waqtu tal - pjan strateġiku ta’ implimentazzjoni.
|
,
1.1 Referenzi
1.2 Rekwiżiti identifikati
1.3 Standards relatati
2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
- EBA - Published by the European Banking Authority at https://www.eba.europa.eu/
|