+4.4 Linji gwida dwar il- valutazzjoni tal - kompletezza tal -applikazzjoni

4.4 Linji gwida dwar il- valutazzjoni tal - kompletezza tal -applikazzjoni

Linja Gwida 1: Valutazzjoni tal - kompletezza tal - applikazzjoni

1.1. Applikazzjoni għandha titqies kompluta għall - iskop tal - Artikolu 12 tad - Direttiva (UE) 2015/2366 jekk ikun fiha l - informazzjoni kollha meħtieġa mill - awtoritajiet kompetenti sabiex jivvalutaw l - applikazzjoni f’konformità ma’ dawn il -linji gwida u mal- Artikolu 5 tad - Direttiva (UE) 2015/2366.

1.2. Meta l - informazzjoni pprovduta fl - applikazzjoni tkun ivvalutata bħala mhux kompluta, l - awtorità kompetenti għandha tibgħat, f’forma stampata jew permezz ta’ mezzi elettroniċi, talba lill - applikant, li fiha jiġi indikat b’mod ċar liema informazzjoni hija nieqsa, u għandha tagħti lill - applikant l - opportunità li jippreżenta l - informazzjoni nieqsa.

1.3. Meta applikazzjoni tiġi vvalutata bħala kompluta, l - awtorità kompetenti għandha tinforma lill- applikant dwar dan il - fatt, flimkien mad - data tal - wasla tal - applikazzjoni kompluta jew, skont kif ikun il - każ, id - data tal - wasla tal - informazzjoni li permezz tagħha l -applikazzjoni kienet kompluta.

1.4. Fi kwalunkwe każ, l - awtorità kompetenti tista’ tirrikjedi lill - applikant jipprovdi kjarifika dwar l-informaz zjoni għall - iskopijiet ta’ valutazzjoni tal - applikazzjoni.

1.5. Meta applikazzjoni jkun fiha informazzjoni, jew tiddependi fuq informazzjoni miżmuma mill - awtoritajiet kompetenti, li mhijiex aktar vera, preċiża jew kompluta, għandu jingħata aġġornament għall -applikazzjoni lill- awtoritajiet kompetenti mingħajr dewmien. L - aġġornament għandu jidentifika l - informazzjoni kkonċernata, il - post tagħha fi ħdan l - applikazzjoni oriġinali, ir - raġuni għaliex l - informazzjoni mhijiex aktar vera, preċiża jew kompluta, l -informaz zjoni aġġornata u konferma li l - bqija tal -informazzjoni fl-applikazzjoni tibqa’ vera, preċiża u kompluta.

1. Ħarsa ġenerali

,
Titlu Regolamentazzjoni

1.1 Referenzi

1.2 Rekwiżiti identifikati

1.3 Standards relatati

2. Rekwiżiti identifikati

Rekwiżiti
Sors Rekwiżit

3. Standards relatati

Standards
Sors Rekwiżit
  • EBA - Published by the European Banking Authority at https://www.eba.europa.eu/