+147. Jenħtieġ li l-perjodu ta’ osservazzjoni storika jkun mifrux kemm jista’ jkun u jkun fih data …
|
147. Jenħtieġ li l-perjodu ta’ osservazzjoni storika jkun mifrux kemm jista’ jkun u jkun fih data …
Jenħtieġ li l-perjodu ta’ osservazzjoni storika jkun mifrux kemm jista’ jkun u jkun fih data minn diversi perjodi b’ċirkostanzi ekonomiċi differenti. Għal dan il-għan, jenħtieġ li l-istituzzjonijiet mill-inqas jagħżlu perjodu ta’ osservazzjoni storika b’tali mod li: - (a) it-tul tal-perjodu ta’ osservazzjoni storika, jiġifieri t-tul ta’ żmien bejn l-eqdem inadempjenza kkunsidrata fl-RDS u l-mument tal-istima tal-LGD, ikopri mill-inqas it-tul minimu speċifikat fl-Artikolu 181(1)(j) tar-Regolament (UE) Nru 575/2013 għal skoperturi lil korporattivi, istituzzjonijiet, gvernijiet ċentrali u banek ċentrali u, għal skoperturi fil-livell tal-konsumaturi, il-perjodu speċifikat fl-Artikolu 181(2), is-subparagrafu 2 ta’ dak ir-Regolament u, fejn ikun applikabbli, ir-Regolament ta’ Delega tal-Kummissjoni li jadotta standards tekniċi stipulati fl-Artikolu 181(3)(b) ta’ dak ir-Regolament;
- (b) huwa jiżgura li l-RDS jinkludi għadd suffiċjenti ta’ proċessi ta’ rkupru magħluqin sabiex jingħataw stimi robusti tal-LGD;
- (c) huwa jkun magħmul minn perjodi konsekuttivi u jinkludi l-aktar perjodi riċenti qabel il-mument tal-istima tal-LGD;
- (d) huwa jinkludi l-perjodu sħiħ li għalih l-istituzzjoni tkun kapaċi biżżejjed li tirreplika d-definizzjoni applikabbli attwali ta’ inadempjenza;
- (e) id-data interna disponibbli kollha tiġi kkunsidrata “rilevanti”, kif imsemmi fl-Artikoli 181(1)(j) u 181(2), is-subparagrafu 2 tar-Regolament (UE) Nru 575/2013 u tiġi inkluża fil-perjodu ta’ osservazzjoni storika.
1. Ħarsa ġenerali
| Titlu |
Regolamentazzjoni |
,
1.1 Referenzi
1.2 Rekwiżiti identifikati
1.3 Standards relatati
2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
- EBA - Published by the European Banking Authority at https://www.eba.europa.eu/
|