+40. Bil- ħsieb li jkollhom arranġamenti interni ta’ governanza skont l - Artikoli 74 u 88 …

40. Bil- ħsieb li jkollhom arranġamenti interni ta’ governanza skont l - Artikoli 74 u 88 …

Bil- ħsieb li jkollhom arranġamenti interni ta’ governanza skont l - Artikoli 74 u 88 tad-Direttiva 2013/36/UE, b’relazzjoni mal -IRRBB, l- istituzzjonijiet għandhom jiżguraw dan li ġej:

  • (a) Li l- korp ta’ ġestjoni tagħhom iġarrab ir - responsabbiltà finali għas - sorveljanza tal - qafas ta’ ġestjoni tal - IRRBB, għall - qafas tal - predispożizzjoni għar - riskju tal - istituzzjoni u għall - ammonti, it - tipi u d- distribuzzjoni tal - kapital intern biex ir - riskji jiġu koperti adegwatament. Il- korp ta’ ġestjoni għandu jiddetermina l - istrateġija ġenerali tal - istituzzjoni rigward l -IRRBB, u japprova l - politiki u l - proċessi korrispondenti. Madankollu, il - korp ta’ ġestjoni jista’ jiddelega l - monitoraġġ u l - ġestjoni tal -IRRBB lill- maniġment superjuri, lil individwi esperti jew lil kumitat għall - ġestjoni tal -attiv u tal- passiv taħt il - kundizzjonijiet speċifikati ulterjurment fil - paragrafu 41.
  • (b) Li huma jkollhom stabbilit qafas ta’ ġestjoni tal - IRRBB li jistabbilixxi linji ċari ta’ responsabbiltajiet u li jikkonsisti minn sistema ta’ limiti, politiki, proċessi u kontrolli interni li jinkludu rieżamijiet u evalwazzjonijiet indipendenti regolari tal - effettività tal - qafas.

1. Ħarsa ġenerali

,
Titlu Regolamentazzjoni

1.1 Referenzi

1.2 Rekwiżiti identifikati

1.3 Standards relatati

2. Rekwiżiti identifikati

Rekwiżiti
Sors Rekwiżit

3. Standards relatati

Standards
Sors Rekwiżit
  • EBA - Published by the European Banking Authority at https://www.eba.europa.eu/