+4.3 Governanza
---+32. L- istrateġija tal - istituzzjoni rigward l - IRRBB, inklużi l - predispożizzjoni għar - riskju …
---+33. Il- predispożizzjoni tal - istituzzjoni għar - riskju għall - IRRBB għandha tiġi espressa …
---+34. L- istrateġija ġenerali rigward l - IRRBB għandha tinkludi wkoll id - deċiżjoni dwar il - punt …
---+35. L- istituzzjonijiet għandhom jivvalutaw kif xieraq proposti biex jintużaw prodotti jew jinbdew …
---+36. L- istituzzjonijiet li jużaw strumenti derivattivi biex jim mitigaw l- iskoperturi għall -IRRBB …
---+37. L- istituzzjonijiet li jużaw mudelli tal - imġiba t al- klijenti bħala input għat - tkejjil tal …
---+38. Meta jieħdu deċiżjonijiet dwar l - attivitajiet ta’ ħħeġġjar, l - istituzzjonijiet għandhom …
---+39. Istituzzjonijiet konsolidanti għandhom jiżguraw li l - arranġamenti u l - proċessi interni ta’ …
---+40. Bil- ħsieb li jkollhom arranġamenti interni ta’ governanza skont l - Artikoli 74 u 88 …
---+41. B’mod partikolari, il - korp ta’ ġestjoni għandu jkun responsabbli minn dan li ġej: (a) Fehim …
---+42. L- istituzzjonijiet għandu jkollhom arranġamenti u proċeduri ta’ delega għal kwalunkwe delega …
---+43. L- istituzzjonijiet għandhom jartikolaw il - predispożizzjoni tagħhom għar - riskju għall …
---+44. L- istituzzjonijiet għandhom jimplimentaw limiti li jkollhom l - għan li jżommu l - iskoperturi …
---+45. Għandu jkun hemm stabbilit qafas biex jimmonitorja l - evoluzzjoni ta’ strateġiji ta’ ħħeġġjar …
---+46. Abbażi tal - istrateġija ġenerali tiegħu rigward l -IRRBB, il- korp ta’ ġestjoni għandu jadotta …
---+47. Il- politiki għandhom ikunu raġunati sew, robusti u ddokumentati, u għandhom jindirizzaw il - …
---+48. Il- politiki kollha tal - IRRBB għandhom jiġu rieżaminati regolarment, mill - inqas darba …
---+49. Biex jiżgura li l - politiki u l - proċeduri ta’ ġestjoni tal - IRRBB jibqgħu xierqa u sodi …
---+50. Il- korp ta’ ġestjoni jew id - delegati tiegħu għandhom jiżguraw li l - attivitajiet ta’ …
---+51. Fir -rigward tal- politiki u l - proċeduri ta’ kontroll tal-IRRBB, l- istituzzjonijiet għandhom …
---+52. L- istituzzjonijiet għandhom iwettqu rieżamijiet u evalwazzjonijiet regolari tas - sistemi ta’ …
---+53. L- istituzzjonijiet għandu jkollhom il - proċessi tagħhom ta’ identifikazzjoni, kejl …
---+54. Is - sistemi u l - applikazzjonijiet tal - IT li jintużaw mill - istituzzjoni biex twettaq …
---+55. Is - sistema tal - IT u s - sistema tat - tranżazzjonijiet għandhom ikunu kapaċi jirreġistraw …
---+56. Is - sistemi li jintużaw biex jitkejjel l - IRRBB għandhom ikunu kapaċi jaqb du l- …
---+57. B’mod partikolari għal prodotti strutturati u kumplessi, is - sistema tat - tranżazzjonijiet …
---+58. Għandu jkun hemm stabbiliti kontrolli organizzazzjonali adegwati tas - sistemi tal - IT biex …
---+59. Il- kejl tar - riskju għandu jkun ibbażat fuq data dwar is - suq u data interna affidabbli. L - …
---+60. Biex jiżguraw kwalità għolja tad -data, l- istituzzjonijiet għandhom jimplimentaw proċessi …
---+61. Fejn l - istituzzjonijiet jorganizzaw il - flussi tal - flus f’taqsimiet tal - ħin differenti …
---+62. L- istituzzjonijiet għandhom jidentifikaw raġunijiet potenzjali għad - diskrepanzi u l - …
---+63. L- istituzzjonijiet għandhom jistabbilixxu proċessi xierqa biex jiżguraw li d - data użata biex …
---+64. Is - sistemi interni ta’ rappurtar tar - riskju tal - istituzzjonijiet għandhom jipprovdu …
---+65. Ir- rapporti interni għandhom jingħataw lill - korp ta’ ġestjoni jew lid - delegati tiegħu …
---+66. Ir- rapporti dwar l - IRRBB għandhom jipprovdu informazzjoni aggregata kif ukoll biżżejjed …
---+67. Fuq bażi regolari, ir - rapporti tal - IRRBB għandhom jinkludu r - riżultati tar - rieżamijiet …
---+68. Filwaqt li t - tipi ta’ rapporti mħejjija għall - korp ta’ ġestjoni jew għad - delegati tiegħu …
---+69. Abbażi ta’ dawn ir - rapporti, il - korp ta’ ġestjoni jew id - delegati tiegħu għandhom ikunu …
---+70. Is - sistema ta’ kejl interna għandha tiġġenera rapporti f’format li jippermetti li l - livelli …
---+71. L- istituzzjonijiet għandhom jiżguraw li l - validazzjoni tal - metodi ta’ kejl tal -IRRBB — li …
---+72. Il- qafas ta’ validazzjoni għandu jinkludi l - erba’ elementi ewlenin li ġejjin: (a) …
---+73. Meta tindirizza l - attivitajiet mistennija inizjali u kontinwi ta’ validazzjoni, il - politika …
---+74. Il- ġestjoni tal - mudell tar - riskju għall - miżuri relatati mal - IRRBB għandhom isegwu …
---+75. Ir- riżultati tar - rieżami u tal - validazzjoni u kwalunkwe rakkomandazzjonijiet dwar l - użu …
---+76. Il- proċess ta’ rieżami kontinwu għandu jistabbilixxi sett ta’ avvenimenti skattaturi ta’ …
---+77. Abbażi ta’ osservazzjonijiet u informazzjoni ġdida miksuba matul iż - żmien, mudell approvat …
---+78. L- istituzzjonijiet jistgħu joqgħodu fuq mudelli tal - IRRBB ta’ partijiet terzi biex …
---+79. Inputs jew suppożizzjonijiet rigward il - mudelli, kemm jekk joriġinaw minn proċessi interni …
|
4.3 Governanza
4.3.1 Strateġija globali rigward l -IRRBB
1. Ħarsa ġenerali
| Titlu |
Regolamentazzjoni |
|
32. L- istrateġija tal - istituzzjoni rigward l - IRRBB, inklużi l - predispożizzjoni għar - riskju …
|
L- istrateġija tal - istituzzjoni rigward l - IRRBB, inklużi l - predispożizzjoni għar - riskju għall -IRRBB u l-mitigazzjoni tal - IRRBB, għandhom jagħmlu parti mill - istrateġija globali, b’mod partikolari l - objettivi strateġiċi u l- objettivi għar - riskju, li l - korp maniġerjali jrid japprova kif stabbilit fis - subparagrafu (2), l -ittra (a) tal - Artikolu 88(1) tad - Direttiva 2013/36/UE.
|
|
33. Il- predispożizzjoni tal - istituzzjoni għar - riskju għall - IRRBB għandha tiġi espressa …
|
Il- predispożizzjoni tal - istituzzjoni għar - riskju għall - IRRBB għandha tiġi espressa f’termini tal-impatt aċċettabbli ta' rati tal - imgħax fluttwanti kemm fuq il - qligħ kif ukoll fuq il -valur ekonomiku, u għandha tiġi riflessa fil - limiti. Istituzzjonijiet bi skoperturi sinifikanti għar - riskju ta’ diskrepanza, ir - riskju ta’ bażi, jew ir - riskju tal - opzjonijiet għandhom jiddeterminaw il - predispożizzjoni tagħhom għar - riskju fir - rigward ta’ kull wieħed minn dawn is - sottotipi materjali ta’ IRRBB.
|
|
34. L- istrateġija ġenerali rigward l - IRRBB għandha tinkludi wkoll id - deċiżjoni dwar il - punt …
|
L- istrateġija ġenerali rigward l - IRRBB għandha tinkludi wkoll id - deċiżjoni dwar il - punt safejn il - mudell kummerċjali jiddependi mill - ġenerazzjoni tal - qligħ billi “jirkeb il - kurva tar - rendiment”, jiġifieri jiffinanzja assi b’perjodu ta’ pprezzar mill - ġdid relattivament twil b’obbligazzjonijiet b’perjodu ta’ pprezzar mill - ġdid relattivament qasir. Fejn il - mudell ta’ negozju jkun jiddependi ħafna minn dan is - sors ta’ qligħ, il - korp ta’ ġestjoni għandu jispjega l - istrateġija tiegħu rigward l - IRRBB u kif huwa jippjana li jissopravvivi perjodi ċatti jew inversi fil - kurvi tar - rendiment.
|
|
35. L- istituzzjonijiet għandhom jivvalutaw kif xieraq proposti biex jintużaw prodotti jew jinbdew …
|
L- istituzzjonijiet għandhom jivvalutaw kif xieraq proposti biex jintużaw prodotti jew jinbdew attivitajiet ġodda, kif ukoll strateġiji għat - teħid tar - riskju jew għall - iħħeġġjar, u dan qabel l - akkwiżizzjoni jew l - implimentazzjoni sabiex jiżguraw li jkunu ġew identifikati r - riżorsi meħtieġa biex tiġi stabbilita ġestjoni soda u effettiva tal - IRRBB fir -rigward tal- prodott jew l - attività, li l - attivitajiet proposti jkunu f’konformità mal - predispożizzjoni globali tal - istituzzjoni għar - riskju, u li jkunu ġew stabbiliti l - proċeduri għall - identifikazzjo ni, il- kejl, il - monitoraġġ u l - kontroll tar - riskji tal- prodott jew l - attività proposti. Għandu jiġi żgurat li l - karatteristiki tal -IRRBB ta’ dawn il-prodotti u attivitajiet ġodda jkunu mifhuma sew.
|
|
36. L- istituzzjonijiet li jużaw strumenti derivattivi biex jim mitigaw l- iskoperturi għall -IRRBB …
|
L- istituzzjonijiet li jużaw strumenti derivattivi biex jim mitigaw l- iskoperturi għall -IRRBB għandhom ikollhom l - għarfien u l - kompetenza esperta meħtieġa. Kull istituzzjoni għandha turi li hija tifhem il - konsegwenzi tal - iħħeġġjar bid - derivattivi tar -rati tal- imgħax.
|
|
37. L- istituzzjonijiet li jużaw mudelli tal - imġiba t al- klijenti bħala input għat - tkejjil tal …
|
L- istituzzjonijiet li jużaw mudelli tal - imġiba t al- klijenti bħala input għat - tkejjil tal - IRRBB tagħhom għandhom ikollhom l - għarfien u l - kompetenza esperta meħtieġa. Kull istituzzjoni għandha tkun tista’ turi li hija tifhem il - konsegwenzi tal - immudellar tal - imġiba tal - klijentela tagħha.
|
|
38. Meta jieħdu deċiżjonijiet dwar l - attivitajiet ta’ ħħeġġjar, l - istituzzjonijiet għandhom …
|
Meta jieħdu deċiżjonijiet dwar l - attivitajiet ta’ ħħeġġjar, l - istituzzjonijiet għandhom ikunu konxji mill- effetti tal - politiki ta’ kontabilità, iżda t - trattament ta’ kontabilità ma għandux jixpruna l - approċċ tagħhom għall - ġestjoni tar - riskju. Għalhekk, il - ġestjoni tar - riskji ekonomiċi għandha tkun prijorità, u l - impatti kontabilistiċi għandhom jiġu ġġestiti bħala kwistjoni sekondarja.
|
|
39. Istituzzjonijiet konsolidanti għandhom jiżguraw li l - arranġamenti u l - proċessi interni ta’ …
|
Istituzzjonijiet konsolidanti għandhom jiżguraw li l - arranġamenti u l - proċessi interni ta’ governanza għall - ġestjoni tal - IRRBB ikunu konsistenti u integrati sew fuq bażi konsolidata u sottokonsolidata. 4.3.2 Qafas ta’ ġestjoni tar - riskju u responsabbiltajiet
|
|
40. Bil- ħsieb li jkollhom arranġamenti interni ta’ governanza skont l - Artikoli 74 u 88 …
|
Bil- ħsieb li jkollhom arranġamenti interni ta’ governanza skont l - Artikoli 74 u 88 tad-Direttiva 2013/36/UE, b’relazzjoni mal -IRRBB, l- istituzzjonijiet għandhom jiżguraw dan li ġej: - (a) Li l- korp ta’ ġestjoni tagħhom iġarrab ir - responsabbiltà finali għas - sorveljanza tal - qafas ta’ ġestjoni tal - IRRBB, għall - qafas tal - predispożizzjoni għar - riskju tal - istituzzjoni u għall - ammonti, it - tipi u d- distribuzzjoni tal - kapital intern biex ir - riskji jiġu koperti adegwatament. Il- korp ta’ ġestjoni għandu jiddetermina l - istrateġija ġenerali tal - istituzzjoni rigward l -IRRBB, u japprova l - politiki u l - proċessi korrispondenti. Madankollu, il - korp ta’ ġestjoni jista’ jiddelega l - monitoraġġ u l - ġestjoni tal -IRRBB lill- maniġment superjuri, lil individwi esperti jew lil kumitat għall - ġestjoni tal -attiv u tal- passiv taħt il - kundizzjonijiet speċifikati ulterjurment fil - paragrafu 41.
- (b) Li huma jkollhom stabbilit qafas ta’ ġestjoni tal - IRRBB li jistabbilixxi linji ċari ta’ responsabbiltajiet u li jikkonsisti minn sistema ta’ limiti, politiki, proċessi u kontrolli interni li jinkludu rieżamijiet u evalwazzjonijiet indipendenti regolari tal - effettività tal - qafas.
|
|
41. B’mod partikolari, il - korp ta’ ġestjoni għandu jkun responsabbli minn dan li ġej: (a) Fehim …
|
B’mod partikolari, il - korp ta’ ġestjoni għandu jkun responsabbli minn dan li ġej: - (a) Fehim tan -natura u l- livell tal - iskopertura għall -IRRBB. Il- korp ta’ ġestjoni għandu jiżgura li jkun hemm gwida ċara rigward il - predispożizzjoni għar - riskju għall - IRRBB fir -rigward tal-istrateġiji ta’ negozju tal - istituzzjoni.
- (b) Għandu jistabbilixxi li jittieħdu l - azzjonijiet xierqa biex jiġi identifikat, imkejjel, immonitorjat u kkontrollat l - IRRBB, b’konsistenza mal - istrateġiji u l - politiki approvati. F’dan ir -rigward, il-korp ta’ ġestoni jew id - delegati tiegħu huma responsabbli mill - issettjar:
- i. ta’ limiti xierqa fuq l - IRRBB, inkluża d - definizzjoni ta’ proċeduri u approvazzjonijiet speċifiċi meħtieġa għall - eċċezzjonijiet, u għall - iżgurar tal - konformità ma’ dawk il - limiti.
- ii. ta’ sistemi u standards għall - kejl tal - IRRBB, għall - valwazzjoni tal - pożizzjonijiet u l - valutazzjoni tal - prestazzjoni, inklużi proċeduri għall - aġġornament tax - xenarji ta’ xokk u ta’ stress fuq ir -rati tal- imgħax u suppożizzjonijiet ta’ bażi ewlenin li jixprunaw l -anal iżi li l - istituzzjoni twettaq fir -rigward tal-IRRBB;
- iii. ta’ proċess komprensiv ta’ rappurtar u rieżami tal -IRRBB; u
- iv. kontrolli interni u sistemi ta’ informazzjoni maniġerjali (MISs) effettivi.
- (c) Approvazzjoni ta’ inizjattivi kbar ta’ ħħeġġjar jew ta’ teħid ta’ riskju qabel l - implimentazzjoni. Pożizzjonijiet relatati mat - trasferimenti ta’ riskju intern bejn il - portafoll mhux tan - negozjar u l - portafoll tan - negozjar għandhom jiġu ddokumentati kif xieraq.
- (d) Twettiq tas - sorveljanza tal - approvazzjoni, l - implimentazzjoni u r- rieżami tal - politiki, il - proċeduri u l - limiti relatati mal - ġestjoni tal -IRRBB. Il- livell ta’ skopertura għall -IRRBB ta’ istituzzjoni, kif ukoll il - bidliet fih, għandhom jingħataw regolarment lill - korp ta’ ġestjoni (mill - inqas darba kull tliet xhur).
- (e) Żg urar li l- validazzjoni tal - metodi ta’ kejl tal -IRRBB u l- valutazzjoni tal - mudell tar - riskju korrispondenti jiġu inklużi fi proċess formali ta’ politika li għandu jiġu rieżaminat u approvat mill- korp ta’ ġestoni jew mid - delegati tiegħu.
- (f) Fehim u valutazzjoni tal- funzjonament tad - delegati tiegħu fil - monitoraġġ u l - kontroll tal - IRRBB, b’mod konsistenti mal - politiki approvati mill - korp ta’ ġestjoni, abbażi ta’ rieżamijiet regolari ta’ informazzjoni dettaljata f’waqtha u suffiċjenti.
- (g) Fehim tal - implikazzjonijiet t al- istrateġiji tal - istituzzjoni rigward l -IRRBB u l- irbit potenzjali tagħhom mar - riskju tas - suq, tal - likwidità, tal - kreditu u operazzjonali, iżda mingħajr ma jkun meħtieġ li l - membri kollha tal - korp ta’ ġestjoni jkunu esperti fil - qasam. Xi wħud mill - membri għandu jkollhom biżżejjed għarfien tekniku biex iqajmu dubji u jisfidaw ir - rapporti li jsiru lill - korp ta’ ġestjoni. L - istituzzjoni għandha tistabbilixxi li l - membri tal - korp ta’ ġestjoni huma responsabbli biex jiżguraw li l - maniġment superjuri jkollu l - kompetenza li jifhem l -IRRBB u li l- maniġment tal - IRRBB jingħata riżorsi adegwati.
|
|
42. L- istituzzjonijiet għandu jkollhom arranġamenti u proċeduri ta’ delega għal kwalunkwe delega …
|
L- istituzzjonijiet għandu jkollhom arranġamenti u proċeduri ta’ delega għal kwalunkwe delega stabbilita mill - korp ta’ ġestjoni tal - monitoraġġ jew tal - ġestjoni tal - IRRBB, inkluż, iżda mhux limitat, għal dan li ġej: - (a) Persuni jew kumitati li lilhom jiġu ddelegati l - kompiti tal - korp ta’ ġestjoni għall - iżvilupp ta’ politiki u prattiki relatati mal - IRRBB, bħall - maniġment superjuri, individwi esperti jew kumitat għall - ġestjoni tal -attiv u tal- passiv (ALCO), għandhom jiġu identifikati u jkollhom l - objettivi tagħhom stipulati b’mod ċar mill - korp ta’ ġestjoni.
- (b) Il- korp ta’ ġestjoni għandu jiżgura li jkun hemm separazzjoni adegwata tar - responsabbiltajiet fil - proċess tal - ġestjoni tar - riskju għall -IRRBB. Il- funzjonijiet ta’ identifikazzjoni, ta’ kejl, ta’ monitoraġġ u ta’ kontroll tal - IRRBB għandhom ikollhom responsabbiltajiet iddefiniti b’mod ċar, għandhom ikunu indipendenti mill - funzjonijiet ta’ teħid tar - riskju li jikkonċernaw l - IRRBB u għandhom jirrappurtaw l - iskoperturi għall -IRRBB direttament lill - korp ta’ ġestjoni jew lid - delegati tiegħu.
- (c) L- istituzzjoni għandha tiżgura li d - delegati tal - korp ta’ ġestjoni jkollhom linji ta’ awtorità ċari fuq l - unitajiet responsabbli mit - teħid ta’ riskju relatat mal -IRRBB. Il- mezz ta’ komunikazzjoni biex id - direttivi tad - delegati jingħaddu lil dawn l - unitajiet lineari għandu jkun ċar.
- (d) Il- korp ta’ ġestjoni għandu jistabbilixxi li l - istruttura tal - istituzzjoni tippermetti li d - delegati tiegħu jwettqu r - responsabbiltajiet tagħhom, u li tiffaċilita t - teħid effettiv ta’ deċiżjonijiet u l- governanza. F’dan ir - rigward, għandu jitlaqqa’ ALCO b’mod regolari u l - kompożizzjoni tiegħu għandha tirrifletti kull dipartiment kbir relatat mal -IRRBB. Il- korp ta’ ġestjoni għa ndu jrawwem diskussjoni rigward il - proċess ta’ ġestjoni tal - IRRBB, kemm fost il - membri u d - delegati tiegħu kif ukoll fost id - delegati tiegħu u oħrajn fl - istituzzjoni. Il - korp ta’ ġestjoni għandu jiżgura wkoll li komunikazzjoni regolari bejn l - oqsma ta’ ġestjoni tar - riskju u ta’ ppjanar strateġiku tiffaċilita l - monitoraġġ tar - riskju li jirriżulta min - negozju fil - futur.
4.3.3 Predispożizzjoni għar - riskju u limiti tal - politika
|
|
43. L- istituzzjonijiet għandhom jartikolaw il - predispożizzjoni tagħhom għar - riskju għall …
|
L- istituzzjonijiet għandhom jartikolaw il - predispożizzjoni tagħhom għar - riskju għall -IRRBB, b'mod partikolari f’termini tar - riskju għall - valur ekonomiku u għall - qligħ: - (a) L- istituzzjonijiet għandhom ikollhom dikjarazzjonijiet iddefiniti ċari dwar il - predispożizzjoni tagħhom għar - riskju li jiġu approvati mill - korp ta’ ġestjoni u implimentati permezz ta’ oqfsa komprensivi tal - predispożizzjoni għar - riskju, jiġifieri politiki u proċeduri biex jiġi llimitat u kkontrollat l -IRRBB.
- (b) L- oqfsa tal - predispożizzjoni għar - riskju għandhom jiddelinjaw is - setgħat delegati, il -linji ta’ responsabbiltà u ta’ obbligu ta’ rendikont rigward id - deċiżjoni relatati mal - ġestjoni tal - IRRBB, u għandhom jelenkaw l - istrumenti, l - istrateġiji ta’ ħħeġġjar u l - opportunitajiet ta’ teħid ta’ riskju awtorizzati għall -IRRBB.
- (c) Meta jkunu qed jiddefinixxu l - predispożizzjonijiet tagħhom għar - riskju, l - istituzzjonijiet għandhom jieħdu kont tar - riskju relatat mal - qligħ li jista’ jirriżulta bħala konsegwenza tat - trattament kontabilistiku tat - tranżazzjonijiet fil - portafoll mhux tan - negozjar. Ir - riskju għall - qligħ jista’ ma jkunx limitat għall - introjtu u l - ispejjeż relatati mal - imgħax: l - effetti tal - bidliet fir -rati tal- imgħax fuq il -valur tal- istrumenti fis - suq li, skont it - trattament kontabilistiku, jiġu riflessi jew fir - rapport tal - introjtu jew inkella direttament fl - ekwità (permezz ta’ introju komprensiv ieħor), għandhom jittieħdu inkunsiderazzjoni separatament. L - istituzzjonijiet għandhom jieħdu inkunsiderazzjoni b’mod partikolari l - impatt fuq il - qligħ relatat ma’ opzjonalitajiet inkorporati fi strumenti ta’ valur ġust li jkunu taħt xenarji kontinwi ta’ xokkijiet u ta’ stress fuq ir -rati tal- imgħax. L - istituzzjonijiet għandhom jieħdu inkunsiderazzjoni wkoll l - impatt potenzjali fuq il - kontijiet P&L tad - derivattivi ħħeġġjati tar - rati tal- imgħax jekk l - effettività tagħhom tkun ixxekklet minn bidliet fir -rati tal- imgħax.
|
|
44. L- istituzzjonijiet għandhom jimplimentaw limiti li jkollhom l - għan li jżommu l - iskoperturi …
|
L- istituzzjonijiet għandhom jimplimentaw limiti li jkollhom l - għan li jżommu l - iskoperturi għall - IRRBB konsistenti mal - predispożizzjoni tagħhom għar - riskju u mal - approċċ globali tagħhom għall - kejl tal - IRRBB, b’mod partikolari dawn li ġejjin: - (a) Limiti tar- riskju aggregati li jartikolaw b’mod ċar l - ammont ta’ IRRBB aċċettabbli għall - korp ta’ ġestjoni għandhom jiġu applikati fuq bażi konsolidata u, kif xieraq, fil - livell ta’ affiljati individwali.
- (b) Il- limiti jistgħu jkunu assoċjati ma’ xenarji speċifiċi ta’ bidliet fir -rati tal- imgħax u fl - istruttura tat- termini, bħal żieda jew tnaqqis fihom jew bidla fil - forma tal - kurva tar - rendiment. Iċ - ċaqliq fir -rati tal- imgħax li jintużaw fl - iżvilupp ta’ dawn il - limiti għandu jirrappreżent a sitwazzjonijiet ta’ xokk u ta’ stress avversi biżżejjed, filwaqt li tittieħed inkunsiderazzjoni il - volatilità storika tar -rati tal- imgħax u l - ħin meħtieġ mill - maniġment biex jimmitigaw dawk l- iskoperturi għar - riskju.
- (c) Il- limiti ta’ politika għandhom ikunu xierqa għan -natura, id- daqs, il - kumplessità u l - adegwatezza kapitali tal - istituzzjoni, kif ukoll għall - kapaċità tagħha li tkejjel u tiġġestixxi r - riskji tagħha.
- (d) Skont in -natura tal- attivitajiet u tal - mudell ta’ negozju ta’ istituzzjoni, jistgħu jiġu identifikati wkoll sottolimiti għal unitajiet kummerċjali, portafolli, tipi ta’ strumenti, strumenti speċifiċi jew sottotipi materjali individwali tar - riskju ta' IRRBB, bħar - riskju ta’ diskrepanza, ir - riskju ta’ bażi u r - riskju tal - opzjonijiet.
- (e) Għandu jkun hemm stabbiliti sistemi li jiżguraw li l - pożizzjonijiet li jaqbżu jew li x’aktarx ikunu se jaqbżu l - limiti definiti mill - korp ta’ ġestjoni jew mid - delegati tiegħu jinġiebu għall - attenzjoni immedjata tal - maniġment u jiġu eskalati mingħajr dewmien. Għandu jkun hemm politika ċara dwar min għandu jiġi infurmat, kif isseħħ il - komunikazzjoni u l - azzjonijiet li għandhom jittieħdu b’rispons.
- (f) Ir- rappurtar dwar il - kejl tar - riskju lill - korp ta’ ġestjoni jew lid - delegati tiegħu għandu jkollu frekwenza ta’ mill - inqas darba kull tliet xhur u għandu jqabbel l - iskopertura attwali mal - limiti ta’ politika.
|
|
45. Għandu jkun hemm stabbilit qafas biex jimmonitorja l - evoluzzjoni ta’ strateġiji ta’ ħħeġġjar …
|
Għandu jkun hemm stabbilit qafas biex jimmonitorja l - evoluzzjoni ta’ strateġiji ta’ ħħeġġjar li jiddependu minn strumenti bħal derivattivi, kif ukoll biex jikkontrolla riskji ta’ valwazzjoni skont is - suq fi strumenti li jiġu kkontabilizzati bil - valur tas - suq. 4.3.4 Politiki, proċessi u kontrolli tar - riskju - a. Politiki u proċessi tar - riskju
|
|
46. Abbażi tal - istrateġija ġenerali tiegħu rigward l -IRRBB, il- korp ta’ ġestjoni għandu jadotta …
|
Abbażi tal - istrateġija ġenerali tiegħu rigward l -IRRBB, il- korp ta’ ġestjoni għandu jadotta politiki, proċessi u sistemi robusti relatati mar - riskju li għandhom jiżguraw li: - (a) jiġu stabbiliti proċeduri għall - aġġornament tax - xenarji għall - kejl u għall - valutazzjoni tal - IRRBB;
- (b) l- approċċ tal - kejl u s - suppożizzjonijiet korrispondenti għall - kejl u l -valu tazzjoni tal -IRRBB, inkluża l - allokazzjoni ta’ kapital intern għar - riskji tal - IRRBB, ikunu xierqa u proporzjonali;
- (c) is - suppożizzjonijiet tal - mudelli użati jiġu rieżaminati regolarment u emendati jekk ikun meħtieġ;
- (d) jiġu definiti standards għall - evalwazzjoni tal- pożizzjonijiet u għall - kejl tal - prestazzjoni;
- (e) ikunu jeżistu dokumentazzjoni u kontrolli xierqa dwar l - istrateġiji u l - istrumenti għall - iħħeġġjar permissibbli; u
- (f) ikunu definiti l -linji tal- awtorità u r - responsabbiltà għall - ġestjoni tal - iskoperturi għall -IRRBB.
|
|
47. Il- politiki għandhom ikunu raġunati sew, robusti u ddokumentati, u għandhom jindirizzaw il - …
|
Il- politiki għandhom ikunu raġunati sew, robusti u ddokumentati, u għandhom jindirizzaw il - komponenti kollha tal - IRRBB li huma importanti għaċ - ċirkustanzi individwali tal - istituzzjoni. Mingħajr preġudizzju għall - prinċipju ta’ proporzjonalità, il- politiki li jikkonċernaw l -IRRBB għandhom jinkludu dan li ġej: - (a) L- applikazzjoni tal - limitu bejn il - “portafoll mhux tan - negozjar” u l - “portafoll tan - negozjar”. Trasferimenti ta’ riskju intern bejn il - portafoll bankarju u l - portafoll tan - negozjar għandhom jiġu ddokumentati u mmonitorjati kif xieraq fi ħdan il - monitoraġġ usa’ tal - IRRBB li joriġina minn strumenti ta’ derivattivi tar -rata tal- imgħax.
- (b) Id- definizzjoni aktar dettaljata tal - valur ekonomiku u l - konsistenza tagħha mal - metodu użat sabiex jiġu valwati l- assi u l - obbligazzjonijiet (eż. ibbażat fuq il - valur skontat tal - flussi tal - flus fil - futur, kif ukoll fuq il - valur skontat tal - qligħ fil - futur) adottata għall - użu intern.
- (c) Id- definizzjoni aktar dettaljata tar - riskju għall - qligħ u l - konsistenza tagħha mal - approċċ tal - istituzzjoni għall - iżvilupp ta’ pjanijiet u tbassir finanzjarji adottata għall - użu intern.
- (d) Id- daqs u l - forma tal - iskossi differenti fuq ir -rati tal- imgħax li għandhom jintużaw għall - kalkoli interni tal -IRRBB.
- (e) L- użu ta’ approċċi kundizzjonali jew mhux kundizzjonali għall - mmudellar tal - fluss tal - flus.
- (f) It- trattament ta’ “tranżazzjonijiet fil - ġejjieni”7 (inkluż kwalunkwe ħħeġġjar relatat).
- (g) L- aggregazzjoni ta’ esponimenti għar -rati tal- imgħax ta’ bosta muniti.
- (h) Il- kejl u l - ġestjoni tar - riskju ta’ bażi li jirriżulta minn indiċijiet differenti tar -rati tal- imgħax.
- (i) Jekk l -attiv u l- passiv mingħajr imgħax tal - portafoll mhux tan - negozjar (inklużi dawk kapitali u ta’ riżerva) humiex inklużi jew le fil - kalkoli li jkejlu l - IRRBB għall -ICAAP.
- (j) It- trattament ibbażat fuq l - imġiba tal - kontijiet kurrenti u tat - tfaddil (jiġifieri l - maturità preżunta għal obbligazzjonijiet b’maturità kuntrattwali qasira iżda maturità komportamentali twila).
- (k) Il- kejl tal - IRRBB li jirriżulta minn opzjonijiet komportamentali u awtomatiċi fl - assi jew fl - obbligazzjonijiet, inklużi effetti ta’ konvessità u profili ta’ ħlas mhux lineari.
- (l) Il- grad ta’ granularità użata fil - kalkoli tal - kejl (eż. l - użu ta’ taqsimiet tal - ħin).
- (m) Id- definizzjoni interna ta’ marġnijiet kummerċjali u metodoloġija adegwata għat - trattament intern tal - marġnijiet kummerċjali.
7 Skoperturi fil - ġejjieni (eż. fejn ikun inqabel self u l - klijent ikun jista’ jiddeċiedi jekk jagħmilx prelevament jew le) effettivament jagħtu għażla lill - klijent li x’aktarx tiġi eżerċitata meta l - kundizzjonijiet tas - suq ikunu jiffavorixxu l - inqas lill - istituzzjoni (konvessività negattiva). Il - ġestjoni ta’ skoperturi fil - ġejjieni tiddependi minn data preċiża dwar l - applikazzjonijiet riċevuti kif ukoll mill - immudellar tal - prelevamenti mistennija.
|
|
48. Il- politiki kollha tal - IRRBB għandhom jiġu rieżaminati regolarment, mill - inqas darba …
|
Il- politiki kollha tal - IRRBB għandhom jiġu rieżaminati regolarment, mill - inqas darba f’sena, u riveduti kif meħtieġ.
|
|
49. Biex jiżgura li l - politiki u l - proċeduri ta’ ġestjoni tal - IRRBB jibqgħu xierqa u sodi …
|
Biex jiżgura li l - politiki u l - proċeduri ta’ ġestjoni tal - IRRBB jibqgħu xierqa u sodi , il- korp ta’ ġestjoni jew id - delegati tiegħu għandhom jirrieżaminaw il - politiki u l - proċeduri ta’ ġesjtoni tal - IRRBB fid -dawl tal- eżiti ta’ rapporti regolari.
|
|
50. Il- korp ta’ ġestjoni jew id - delegati tiegħu għandhom jiżguraw li l - attivitajiet ta’ …
|
Il- korp ta’ ġestjoni jew id - delegati tiegħu għandhom jiżguraw li l - attivitajiet ta’ analiżi ta’ ġestjoni tar- riskju relatati mal - IRRBB jitwettqu minn biżżejjed persunal kompetenti b’għarfien tekniku u esperjenza, konsistenti man -natura u l-ambitu tal- attivitajiet tal - istituzzjoni.
|
|
51. Fir -rigward tal- politiki u l - proċeduri ta’ kontroll tal-IRRBB, l- istituzzjonijiet għandhom …
|
Fir -rigward tal- politiki u l - proċeduri ta’ kontroll tal-IRRBB, l- istituzzjonijiet għandhom ikollhom proċessi ta’ approvazzjoni, limiti ta’ skopertura, rieżamijiet u mekkaniżmi xierqa oħra mfassla biex jipprovdu aċċertament raġonevoli li jkunu qed jintlaħqu l - objettivi tal - ġestjoni tar - riskju.
|
|
52. L- istituzzjonijiet għandhom iwettqu rieżamijiet u evalwazzjonijiet regolari tas - sistemi ta’ …
|
L- istituzzjonijiet għandhom iwettqu rieżamijiet u evalwazzjonijiet regolari tas - sistemi ta’ kontroll intern u l - proċessi ta’ ġestjoni tar - riskju tagħhom, fejn ifittxu aċċertament li l - persunal jikkonforma mal - politiki u l - proċeduri stabbiliti. Dawn ir - rieżamijiet għandhom jindirizzaw ukoll kwalunkwe bidla sinifikanti li tista’ taffettwa l - effettività tal - kontrolli, inklużi bidliet fil - kundizzjonijiet tas - suq, fil - persunal, fit - teknoloġija u fl - istrutturi ta’ konformità mal -limiti tal-iskopertura, u jiżguraw li jkun hemm proċeduri ta’ eskalazzjoni xierqa għal kwalunkwe limitu maqbuż. Ir - rieżamijiet u l - evalwazzjonijiet għandhom jitwettqu regolarment minn individwi jew unitajiet li huma indipendenti mill - funzjoni taħt rieżami. Meta jkunu ġġustifikati reviżjonijiet jew titj ib għall - kontrolli interni, għandu jkun hemm mekkaniżmu ta’ rieżami intern stabbilit biex jiżgura li dawn jiġu implimentati f’waqthom.
|
|
53. L- istituzzjonijiet għandu jkollhom il - proċessi tagħhom ta’ identifikazzjoni, kejl …
|
L- istituzzjonijiet għandu jkollhom il - proċessi tagħhom ta’ identifikazzjoni, kejl, monitoraġġ u kontroll tal - IRRBB rieżaminati regolarment minn funzjoni tal - awditjar indipendenti, li jista’ jkun awditur intern jew estern. F’dawn il - każijiet, rapporti miktuba minn awdituri interni jew esterni, jew kwalunkwe partijiet esterni ekwivalenti, għandhom ikunu disponibbli għall - awtoritajiet kompetenti rilevanti. - c. Is - sistema tal -IT u l- kwalità tad -data tal-IRRBB
|
|
54. Is - sistemi u l - applikazzjonijiet tal - IT li jintużaw mill - istituzzjoni biex twettaq …
|
Is - sistemi u l - applikazzjonijiet tal - IT li jintużaw mill - istituzzjoni biex twettaq, tipproċessa u tirreġistra l - operazzjonijiet, biex tidentifika, tkejjel u tagħmel aggregazzjoni tal - iskoperturi għall - IRRBB, kif ukoll biex tiġġenera r - rapporti, għandhom ikunu kapaċi jappoġġaw il - ġestjoni tal - IRRBB f’waqtha u bi preċiżjoni. B’mod partikolari, is - sistemi għandhom: - (a) Jirreġistraw data dwar ir - riskju taċ - ċaqliq fir -rata tal- imgħax fir -rigward tal- iskoperturi materjali tal - istituzzjoni għall - IRRBB, inklużi l - iskoperturi għar - riskju ta’ diskrepanza, ir - riskju ta’ bażi u r - riskju tal - opzjonijiet. Dan għandu jappoġġa s - sistema ta’ kejl tal - istituzzjoni biex tidentifika, tkejjel u tagħmel aggregazzjoni tal - akbar sorsi ta’ skoperturi għall -IRRBB.
- (b) Ikunu kapaċi jirreġistraw b’mod sħiħ u ċar it - tranżazzjonijiet kollha li jsiru mill - istituzzjoni, filwaqt li jieħdu inkunsiderazzjoni l - karatteristiki tal - IRRBB tagħhom.
- (c) Ikunu mfassla apposta għall - kumplessità u l - għadd ta’ tranżazzjonijiet li joħolqu l -IRRBB; u
- (d) Joffru biżżejjed flessibbiltà sabiex jakkomodaw firxa raġonevoli ta’ xenarji ta’ xokk u ta’ stress, kif ukoll kwalunkwe xenarju addizzjonali.
- (e) Jippermettu li l - istituzzjonijiet ikejlu, jivvalutaw u jimmonitorjaw bis - sħiħ il - kontribut ta’ tranżazzjonijiet individwali għall - iskopertura globali tagħhom.
- (f) Ikunu jistgħu jikkomputaw il - kejl tal - IRRBB ibbażat fuq il - valur ekonomiku u l - qligħ, kif ukoll kejl ieħor tal - IRRBB preskritt mill - awtoritajiet kompetenti tagħhom, abbażi tax - xenarji ta’ xokk u ta’ stress fuq ir -rati tal- imgħax stipulati fit - Taqsimiet 4.4.3 u 4.4.4.
- (g) Ikunu flessibbli biżżejjed biex jinkorporaw restrizzjonijiet superviżorji imposti fuq is - suppożizzjonijiet dwar il - parametru tar- riskju intern.
|
|
55. Is - sistema tal - IT u s - sistema tat - tranżazzjonijiet għandhom ikunu kapaċi jirreġistraw …
|
Is - sistema tal - IT u s - sistema tat - tranżazzjonijiet għandhom ikunu kapaċi jirreġistraw il - profil tal - ipprezzar mill - ġdid, il - karatteristiki tar -rati tal- imgħax (inkluża l - firxa) u l - karatteristiċi tal - opzjonijiet tal - prodotti, sabiex ikunu jistgħu jitkejlu r - riskju ta’ diskrepanza, ir - riskju ta’ bażi u r - riskju tal - opzjonijiet. B’mod partikolari, is - sistema tat - tranżazzjonijiet għandha tkun kapaċi tiġbor informazzjoni dettaljata dwar id - data(i) tal - ipprezzar mill - ġdid ta’ tranżazzjoni partikolari, it- tip jew l - indiċi tar -rata tal- imgħax, kwalunkwe opzjoni (inkluż il - pagament lura qabel iż - żmien jew it - tifdija), u t - tariffi marbuta mal - eżerċitar ta’ dawn l - opzjonijiet.
|
|
56. Is - sistemi li jintużaw biex jitkejjel l - IRRBB għandhom ikunu kapaċi jaqb du l- …
|
Is - sistemi li jintużaw biex jitkejjel l - IRRBB għandhom ikunu kapaċi jaqb du l- karatteristiki tal - IRRBB tal- prodotti kollha. Is - sistemi għandhom jippermettu wkoll id - diżaggregazzjoni tal - impatt ta’ strumenti u portafolli individwali tal - IRRBB fil - livell tar - riskju tal - portafoll mhux tan - negozjar.
|
|
57. B’mod partikolari għal prodotti strutturati u kumplessi, is - sistema tat - tranżazzjonijiet …
|
B’mod partikolari għal prodotti strutturati u kumplessi, is - sistema tat - tranżazzjonijiet għandha tkun kapaċi tiġbor informazzjoni dwar il - partijiet separati tal - prodott u taqbad il - karatteristiki tal- IRRBB tagħhom (eż. il - karatteristiki ta’ attiv u passiv miġbura flimkien skont ċerti karatteristiki, bħad -dati tal- ipprezzar mill - ġdid jew elementi ta’ opzjonalità). L - istituzzjoni għandha tiżgura li s - sistema tal - IT tkun kapaċi żżomm il - pass mal - introduzzjoni ta’ prodotti ġodda.
|
|
58. Għandu jkun hemm stabbiliti kontrolli organizzazzjonali adegwati tas - sistemi tal - IT biex …
|
Għandu jkun hemm stabbiliti kontrolli organizzazzjonali adegwati tas - sistemi tal - IT biex tiġi evitata l - korruzzjoni tad - data użata mis - sistemi u l - applikazzjonijiet tal - komputer għall -IRRBB, u biex jiġu kkontrollati bidliet fl - ikkowdjar użat f’dawk l - applikazzjonijiet, sabiex b’mod partikolari jiġu żgurati: - (a) l- affidabbiltà tad - data użata bħala input, u l - integrità tas - sistemi tal - ipproċessar għall - mudelli tal -IRRBB;
- (b) il- minimizzazzjoni tal - probabbiltà li jseħħu żbalji fis - sistema tal - IT, inklużi dawk li jseħħu matul l- ipproċessar u l - aggregazzjoni tad -data; u
- (c) it- teħid ta’ miżuri adegwati jekk iseħħu tfixkil fis - suq jew perjodi ħżiena fin - negozju.
|
|
59. Il- kejl tar - riskju għandu jkun ibbażat fuq data dwar is - suq u data interna affidabbli. L - …
|
Il- kejl tar - riskju għandu jkun ibbażat fuq data dwar is - suq u data interna affidabbli. L - istituzzjonijiet għandhom jiskrutinizzaw kemm il - kwalità tas - sorsi ta’ informazzjoni esterni li jintużaw fl - istabbiliment tal - bażijiet ta’ data storiċi tar -rati tal- imgħax, kif ukoll il - frekwenza li biha jiġu aġġornati l - bażijiet ta’ data.
|
|
60. Biex jiżguraw kwalità għolja tad -data, l- istituzzjonijiet għandhom jimplimentaw proċessi …
|
Biex jiżguraw kwalità għolja tad -data, l- istituzzjonijiet għandhom jimplimentaw proċessi xierqa li jiżguraw li d - data li tiddaħħal fis - sistema tal - IT tkun korretta. L - inputs tad - data għandhom jiġu awtomatizzati mill - aktar fis possibbli biex jitnaqqsu l - iżbalji amministrattivi, u l - immappjar tad - data għandu jiġu rieżaminat u ttestjat perjodikament bi tqabbil ma’ verżjoni mudell approvata. Barra minn hekk, għandu jkun hemm dokumentazzjoni suffiċjenti tas - sorsi l - kbar ta’ data użati fil - proċess ta’ kejl tar - riskju tal - istituzzjoni. L - istituzzjonijiet għandhom jistabbilixxu wkoll mekkaniżmi xierqa biex jivverifikaw il - korrettezza tal - proċess ta’ aggregazzjoni u l - affidabbiltà tar- riżultati mudell. Dawn il - mekkaniżmi għandhom jikkonfermaw il - preċiżjoni u l - affidabbiltà tad-data.
|
|
61. Fejn l - istituzzjonijiet jorganizzaw il - flussi tal - flus f’taqsimiet tal - ħin differenti …
|
Fejn l - istituzzjonijiet jorganizzaw il - flussi tal - flus f’taqsimiet tal - ħin differenti (eż. għal analiżi tad - diskrepanzi) jew jassenjaw il - flussi tal - flus għal punti vertiċi differenti biex jirriflettu l - perjodi ta’ maturità differenti tal - kurva tar -rata tal- imgħax, il - kriterji għall - organizzazzjoni għandhom ikunu stabbli matul iż - żmien biex jippermettu li jsir tqabbil sinifikattiv taċ - ċifri relatati mar - riskju tul perjodi differenti.
|
|
62. L- istituzzjonijiet għandhom jidentifikaw raġunijiet potenzjali għad - diskrepanzi u l - …
|
L- istituzzjonijiet għandhom jidentifikaw raġunijiet potenzjali għad - diskrepanzi u l - irregolaritajiet li jistgħu jirriżultaw fi żmien l - ipproċessar tad -data. L- istituzzjonijiet għandhom ikollhom stabbiliti proċeduri biex jittrattaw dawn id - diskrepanzi u l - irregolaritajiet, inklużi proċeduri għar - rikonċiljazzjoni reċiproka tal - pożizzjonijiet sabiex dawn id - diskrepanzi u irregolaritajiet ikunu jistgħu jiġu e liminati.
|
|
63. L- istituzzjonijiet għandhom jistabbilixxu proċessi xierqa biex jiżguraw li d - data użata biex …
|
L- istituzzjonijiet għandhom jistabbilixxu proċessi xierqa biex jiżguraw li d - data użata biex talimenta l - mudelli li jkejlu l - IRRBB fil - grupp — eż. għas - simulazzjoni tal - qligħ — tkun konsistenti mad- data użata għall - ippjanar finanzjarju.
|
|
64. Is - sistemi interni ta’ rappurtar tar - riskju tal - istituzzjonijiet għandhom jipprovdu …
|
Is - sistemi interni ta’ rappurtar tar - riskju tal - istituzzjonijiet għandhom jipprovdu informazzjoni f’waqtha, preċiża u komprensiva dwar l - iskoperturi tagħhom għall -IRRBB. Il- frekwenza tar - rapporti interni għandha tkun ta’ mill - inqas darba kull tliet xhur.
|
|
65. Ir- rapporti interni għandhom jingħataw lill - korp ta’ ġestjoni jew lid - delegati tiegħu …
|
Ir- rapporti interni għandhom jingħataw lill - korp ta’ ġestjoni jew lid - delegati tiegħu b’informazzjoni f’livelli rilevanti ta’ aggregazzjoni (skont il - livell ta’ konsolidazzjoni u l -munita), u jiġu rieżaminati regolarment. Ir - rapporti għandhom jinkludu livell ta’ informazzjoni adattat għal - livell maniġerjali partikolari (eż. korp ta’ ġestjoni, maniġment superjuri) u għas - sitwazzjoni speċifika tal - istituzzjoni u tal - ambjent ekonomiku.
|
|
66. Ir- rapporti dwar l - IRRBB għandhom jipprovdu informazzjoni aggregata kif ukoll biżżejjed …
|
Ir- rapporti dwar l - IRRBB għandhom jipprovdu informazzjoni aggregata kif ukoll biżżejjed dettall ta’ sostenn biex il - korp ta’ ġestjoni jew id - delegati tiegħu jkunu jistgħu jivvalutaw is - sensittività tal- istituzzjoni għal bidliet fil - kundizzjonijiet tas - suq u fatturi ta’ riskju importanti oħra. Il - kontenut tar - rapporti għandu jirrifletti l - bidliet fil - profil ta’ riskju tal - istituzzjoni u fl - ambjent ekonomiku, u jqabbel l - iskopertura attwali mal - limiti ta’ politika.
|
|
67. Fuq bażi regolari, ir - rapporti tal - IRRBB għandhom jinkludu r - riżultati tar - rieżamijiet …
|
Fuq bażi regolari, ir - rapporti tal - IRRBB għandhom jinkludu r - riżultati tar - rieżamijiet u l -awditi tal-mudelli, kif ukoll tqabbil ta’ tbassir jew stimi tar - riskju fil - passat mar - riżultati reali biex jiġu infurmati xi nuqqasijiet potenzjali fl - immudellar. B’mod partikolari, l - istituzzjonijiet għandho m jivvalutaw it- telf ta’ prepagamenti mmudellati bi tqabbil ma’ telf storiku rrealizzat. Portafolli li jistgħu jkunu soġġetti għal ċaqliq sinifikanti fil - valwazzjoni skont is - suq għandhom jiġu identifikati b’mod ċar, u l - impatt għandu jiġi mmonitorjat fi ħ dan il-MIS tal- istituzzjoni u jkun soġġett għal sorveljanza f’konformità ma’ kwalunkwe portafoll ieħor espost għar - riskju tas - suq.
|
|
68. Filwaqt li t - tipi ta’ rapporti mħejjija għall - korp ta’ ġestjoni jew għad - delegati tiegħu …
|
Filwaqt li t - tipi ta’ rapporti mħejjija għall - korp ta’ ġestjoni jew għad - delegati tiegħu jvarjaw abbażi tal - kompożizzjoni tal - portafoll tal - istituzzjoni, dawn għandhom jinkludu, filwaqt li jittieħed inkunsiderazzjoni l - paragafu 65, dan li ġej: - (a) Sommarji tal - iskoperturi aggregati tal - istituzzjoni għall - IRRBB, inkluża informazzjoni dwar l - iskopertura għar - riskju ta’ diskrepanza, ir - riskju ta’ bażi u r - riskju tal - opzjonijiet. Għandhom jiġu identifikati u spjegati l -attivi, il- passivi, il - flussi tal - flus u l - istrateġiji li qed jixprunaw il - livell u d - direzzjoni tal -IRRBB.
- (b) Rapporti li juru l - konformità tal - istituzzjoni mal - politiki u l -limiti.
- (c) Suppożizzjonijiet ewlenin fl - immudellar, bħal karatteristiki ta’ depożiti mingħajr maturità (NMDs), prepagamenti fuq self b’rata fissa, ġbid bikri ta’ depożiti ta’ żmien fiss, ġbid ta’ impenji, aggregazzjoni ta’ muniti u trattament tal - marġnijiet kummerċjali.
- (d) Dettalji tal - impatt tas - suppożizzjonijiet ewlenin fl - immudellar fuq il - kejl tal - IRRBB f’termini tal- kejl kemm tal - valur ekonomiku kif ukoll tal - qligħ, inklużi bidliet fis - suppożizzjonijiet taħt diversi xenarji tar -rati tal- imgħax.
- (e) Dettalji tal - impatt tad - derivattivi tar -rati tal- imgħax fuq il - kejl tal - IRRBB, f’termini tal - kejl kemm tal - valur ekonomiku kif ukoll tal - qligħ.
- (f) Dettalji tal - impatt ta’ strumenti ta’ valur ġust, inklużi attivi u passivi tal - Livell 3, fuq il - kejl tal - IRRBB, f’termini ta l- kejl kemm tal - valur ekonomiku kif ukoll tal - qligħ.
- (g) Ir- riżultati tat - testijiet tal - istress kif imsemmija fit - Taqsima 4.4.4, ix - xokkijiet kif imsemmija fit - Taqsima 4.4.3, it- test superviżorju tal - eċċezzjonijiet kif imsemmi fit - Taqsima 4.5, u l-valutazzjonijiet tas - sensittività għas - suppożizzjonijiet u l - parametri ewlenin; u
- (h) Sommarji tar - rieżamijiet tal - politiki u l - proċeduri relatati mal -IRRBB u tal- adegwatezza tas - sistemi ta’ kejl, inklużi kwalunkwe sejbiet ta’ awdituri interni u esterni jew ta’ partijiet esterni ekwivalenti oħra (bħal konsulenti).
|
|
69. Abbażi ta’ dawn ir - rapporti, il - korp ta’ ġestjoni jew id - delegati tiegħu għandhom ikunu …
|
Abbażi ta’ dawn ir - rapporti, il - korp ta’ ġestjoni jew id - delegati tiegħu għandhom ikunu jistgħu jivvalutaw is - sensittività tal - istituzzjoni għal bidliet fil - kundizzjonijiet tas - suq u fatturi ta’ riskju importanti oħra, b’referenza partikolari għall - portafolli li potenzjalment jistgħu jkunu suġġetti għal ċaqliq sinifikanti fil - valwazzjoni skont is - suq.
|
|
70. Is - sistema ta’ kejl interna għandha tiġġenera rapporti f’format li jippermetti li l - livelli …
|
Is - sistema ta’ kejl interna għandha tiġġenera rapporti f’format li jippermetti li l - livelli differenti tal- maniġment tal - istituzzjoni jifhmu r - rapporti faċilment u jieħdu deċiżjonijiet xierqa fil - ħin. Ir - rapporti għandhom jikkostitwixxu l - bażi għal monitoraġġ regolari dwar jekk l - istituzzjoni toperax f’konformità mal - istrateġija tagħha u mal -limiti tar- riskju għar -rata tal- imgħax li hija tkun adottat.
|
|
71. L- istituzzjonijiet għandhom jiżguraw li l - validazzjoni tal - metodi ta’ kejl tal -IRRBB — li …
|
L- istituzzjonijiet għandhom jiżguraw li l - validazzjoni tal - metodi ta’ kejl tal -IRRBB — li għandhom jiġu rieżaminati u vvalidati indipendentement mill - iżvilupp tagħhom — u l- valutazzjoni tal - mudell tar -r iskju korrispondenti jiġu inklużi fi proċess formali ta’ politika li għandu jiġu rieżaminat u approvat mill - korp ta’ ġestjoni jew mid - delegati tiegħu. Il - politika għandha tiġi integrata mal - proċessi ta’ governanza għall - ġestjoni tal - mudell tar - riskju u għandha tispeċifika: - (a) ir- rwoli tal - maniġment u tinnomina min huwa responsabbli mill - iżvilupp, il - validazzjoni, id - dokumentazzjoni, l - implimentazzjoni u l - użu tal - mudelli; u
- (b) ir- responsabbiltajiet ta’ sorveljanza tal - mudell kif ukoll politiki li jinkludu l - iżvilupp ta’ proċeduri inizjali u kontinwi ta’ validazzjoni, ta’ evalwazzjoni tar - riżultati, u ta’ proċessi ta’ approvazzjoni, ta’ kontroll tal - verżjonijiet, ta’ eċċezzjoni, ta’ eskalazzjoni, ta’ modifika u ta’ dekummissjoni.
|
|
72. Il- qafas ta’ validazzjoni għandu jinkludi l - erba’ elementi ewlenin li ġejjin: (a) …
|
Il- qafas ta’ validazzjoni għandu jinkludi l - erba’ elementi ewlenin li ġejjin: - (a) evalwazzjoni tas - solidità kunċettwali u metodoloġika, inkluża evidenza tal - iżvilupp;
- (b) monitoraġġ kontinwu tal - mudell, inklużi verifika u tqabbil tal - proċess ma’ punt ta’ riferiment;
- (c) analiżi tal - eżitu, inkluż ittestjar retrospettiv ta’ parametri interni ewlenin (eż. stabbiltà tad- depożiti, rati ta’ prepagament tas - self, tifdija bikrija tad - depożiti, ipprezzar tal - istrumenti); u
- (d) valutazzjoni approfondita ta’ kwalunkwe opinjoni u ġudizzju esperti użati fil - mudell i interni.
|
|
73. Meta tindirizza l - attivitajiet mistennija inizjali u kontinwi ta’ validazzjoni, il - politika …
|
Meta tindirizza l - attivitajiet mistennija inizjali u kontinwi ta’ validazzjoni, il - politika għandha tistabbilixxi proċess ġerarkiku għad - determinazzjoni tas - solidità tal - mudell tar - riskju, abbażi ta’ dimensjonijiet kemm kwantitattivi kif ukoll kwalitattivi bħad - daqs, l - impatt, il - prestazzjoni fil - passat u l - għarfien espert tal - persunal bit - teknika ta’ mmudellar użata.
|
|
74. Il- ġestjoni tal - mudell tar - riskju għall - miżuri relatati mal - IRRBB għandhom isegwu …
|
Il- ġestjoni tal - mudell tar - riskju għall - miżuri relatati mal - IRRBB għandhom isegwu approċċ olistiku li jibda bil - motivazzjoni, l - iżvilupp u l - implimentazzjoni mis - sidien u l - utenti tal - mudell. Wara li jiġu approvati internament biex jintużaw, il - proċessi għad - determinazzjoni tal - inputs tal - mudelli, is - suppożizzjonijiet, il - metodoloġiji ta’ mmudellar u l - outputs għandhom jiġu rieżaminati u vvalidati indipendentement mill - iżvilupp tal - mudelli tal -IRRBB.
|
|
75. Ir- riżultati tar - rieżami u tal - validazzjoni u kwalunkwe rakkomandazzjonijiet dwar l - użu …
|
Ir- riżultati tar - rieżami u tal - validazzjoni u kwalunkwe rakkomandazzjonijiet dwar l - użu tal - mudell għandhom jiġu ppreżentati lill - korp ta’ ġestjoni jew lid - delegati tiegħu, u jiġu approva ti minnhom. Wara l - approvazzjoni, il - mudell għandu jkun soġġett għal rieżami, verifika tal - proċess u validazzjoni kontinwi bi frekwenza li hija konsistenti mal - livell ta’ mudell tar - riskju ddeterminat u approvat mill - istituzzjoni.
|
|
76. Il- proċess ta’ rieżami kontinwu għandu jistabbilixxi sett ta’ avvenimenti skattaturi ta’ …
|
Il- proċess ta’ rieżami kontinwu għandu jistabbilixxi sett ta’ avvenimenti skattaturi ta’ eċċezzjoni li jobbligaw lill - evalwaturi tal - mudell li jinnotifikaw lill - korp ta’ ġestjoni jew lid - delegati tiegħu fil - ħin, sabiex jiġu determinati l - azzjonijiet korrettivi u r - restrizzjonijiet dwar l- użu tal - mudell. Fejn xieraq, għandhom jiġu ddeżinjati awtorizzazzjonijiet ċari għall - kontroll tal - verżjonijiet għas - sidien tal - mudelli.
|
|
77. Abbażi ta’ osservazzjonijiet u informazzjoni ġdida miksuba matul iż - żmien, mudell approvat …
|
Abbażi ta’ osservazzjonijiet u informazzjoni ġdida miksuba matul iż - żmien, mudell approvat jista’ jiġi mmodifikat jew irtirat. L - istituzzjonijiet għandhom jartikolaw politiki għat - tranżizzjoni tal - mudell, inklużi awtorizzazzjonijiet għat - tibdil u għall - kontroll tal - verżjonijiet, u dokumentazzjoni.
|
|
78. L- istituzzjonijiet jistgħu joqgħodu fuq mudelli tal - IRRBB ta’ partijiet terzi biex …
|
L- istituzzjonijiet jistgħu joqgħodu fuq mudelli tal - IRRBB ta’ partijiet terzi biex jiġġestixxu u jikkontrollaw l - IRRBB, dment li dawn il - mudelli jkunu adattati b’mod adegwat biex jirriflettu sew il- karatteristiki speċifiċi tal - istituzzjoni inkwistjoni. L - istituzzjonijiet huma mistennija li jifhmu b’mod sħiħ l - analitika, is - suppożizzjonijiet u l - metodoloġiji sottostanti tal - mudelli ta’ partijiet terzi, u li jiżguraw li dawn ikunu integrati adegwatament fis - sistemi u l - proċessi globali ta’ ġestjoni tar - riskju tal - istituzzjonijiet. Fejn partijiet terzi jipprovdu input għad -data tas - suq, għas - suppożizzjonijiet dwar l - imġiba jew għall - konfigurazzjonijiet tal - mudelli, l - istituzzjoni għandu jkollha proċess stabbilit biex tiddetermina jekk dawk l - inputs ikunux raġonevoli għan - negozju tagħha u għall - karatteristiki tar - riskju tal -attiv itajiet tagħha. L- istituzzjonijiet għandhom jiżguraw li jkun hemm dokumentazzjoni adegwata tal - użu li jagħmlu minn mudelli ta’ partijiet terzi, inkluż kwalunkwe adattament speċifiku.
|
|
79. Inputs jew suppożizzjonijiet rigward il - mudelli, kemm jekk joriġinaw minn proċessi interni …
|
Inputs jew suppożizzjonijiet rigward il - mudelli, kemm jekk joriġinaw minn proċessi interni ta’ mmudellar kif ukoll jekk joriġinaw minn partijiet terzi, għandhom jiġu inklużi fil - proċess ta’ validazzjoni. L - istituzzjoni għandha tiddokumenta u tispjega l - għażliet ta’ speċifikazzjoni tal - mudell bħala parti mill - proċess ta’ validazzjoni.
|
,
1.1 Referenzi
1.2 Rekwiżiti identifikati
1.3 Standards relatati
2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
- EBA - Published by the European Banking Authority at https://www.eba.europa.eu/
|