+42. L- istituzzjonijiet għandu jkollhom arranġamenti u proċeduri ta’ delega għal kwalunkwe delega …
|
42. L- istituzzjonijiet għandu jkollhom arranġamenti u proċeduri ta’ delega għal kwalunkwe delega …
L- istituzzjonijiet għandu jkollhom arranġamenti u proċeduri ta’ delega għal kwalunkwe delega stabbilita mill - korp ta’ ġestjoni tal - monitoraġġ jew tal - ġestjoni tal - IRRBB, inkluż, iżda mhux limitat, għal dan li ġej: - (a) Persuni jew kumitati li lilhom jiġu ddelegati l - kompiti tal - korp ta’ ġestjoni għall - iżvilupp ta’ politiki u prattiki relatati mal - IRRBB, bħall - maniġment superjuri, individwi esperti jew kumitat għall - ġestjoni tal -attiv u tal- passiv (ALCO), għandhom jiġu identifikati u jkollhom l - objettivi tagħhom stipulati b’mod ċar mill - korp ta’ ġestjoni.
- (b) Il- korp ta’ ġestjoni għandu jiżgura li jkun hemm separazzjoni adegwata tar - responsabbiltajiet fil - proċess tal - ġestjoni tar - riskju għall -IRRBB. Il- funzjonijiet ta’ identifikazzjoni, ta’ kejl, ta’ monitoraġġ u ta’ kontroll tal - IRRBB għandhom ikollhom responsabbiltajiet iddefiniti b’mod ċar, għandhom ikunu indipendenti mill - funzjonijiet ta’ teħid tar - riskju li jikkonċernaw l - IRRBB u għandhom jirrappurtaw l - iskoperturi għall -IRRBB direttament lill - korp ta’ ġestjoni jew lid - delegati tiegħu.
- (c) L- istituzzjoni għandha tiżgura li d - delegati tal - korp ta’ ġestjoni jkollhom linji ta’ awtorità ċari fuq l - unitajiet responsabbli mit - teħid ta’ riskju relatat mal -IRRBB. Il- mezz ta’ komunikazzjoni biex id - direttivi tad - delegati jingħaddu lil dawn l - unitajiet lineari għandu jkun ċar.
- (d) Il- korp ta’ ġestjoni għandu jistabbilixxi li l - istruttura tal - istituzzjoni tippermetti li d - delegati tiegħu jwettqu r - responsabbiltajiet tagħhom, u li tiffaċilita t - teħid effettiv ta’ deċiżjonijiet u l- governanza. F’dan ir - rigward, għandu jitlaqqa’ ALCO b’mod regolari u l - kompożizzjoni tiegħu għandha tirrifletti kull dipartiment kbir relatat mal -IRRBB. Il- korp ta’ ġestjoni għa ndu jrawwem diskussjoni rigward il - proċess ta’ ġestjoni tal - IRRBB, kemm fost il - membri u d - delegati tiegħu kif ukoll fost id - delegati tiegħu u oħrajn fl - istituzzjoni. Il - korp ta’ ġestjoni għandu jiżgura wkoll li komunikazzjoni regolari bejn l - oqsma ta’ ġestjoni tar - riskju u ta’ ppjanar strateġiku tiffaċilita l - monitoraġġ tar - riskju li jirriżulta min - negozju fil - futur.
4.3.3 Predispożizzjoni għar - riskju u limiti tal - politika
1. Ħarsa ġenerali
| Titlu |
Regolamentazzjoni |
,
1.1 Referenzi
1.2 Rekwiżiti identifikati
1.3 Standards relatati
2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
- EBA - Published by the European Banking Authority at https://www.eba.europa.eu/
|