+19. Meta tivvaluta l-programm tal-ittestjar tal-istress, l- istituzzjoni għandha tqis tal - inqas …

19. Meta tivvaluta l-programm tal-ittestjar tal-istress, l- istituzzjoni għandha tqis tal - inqas …

Meta tivvaluta l-programm tal-ittestjar tal-istress, l- istituzzjoni għandha tqis tal - inqas dawn li ġejjin:

  • a) l-effettività tal- programm biex jintlaħqu l - għanijiet maħsuba tiegħu;
  • b) il- ħtieġa ta’ titjib;
  • c) il-fatturi ta’ riskju identifikati, id-definizzjonijiet u r- raġunament għax - xenarji rilevanti, is - suppożizzjonijiet tal -mudell u s-sensittività tar- riżultat għal dawn is - suppożizzjonijiet, kif ukoll ir-rwol tal- ġudizzju espert biex jiġi żgurat li jkun akkumpanjat minn analiżi soda;
  • d) il-prestazzjoni tal- mudell, inkluża l - prestazzjoni tiegħu dwar data barra mill-kampjun, jiġifieri dwar data li ma ntużatx għall - iżvilupp tal - mudell;
  • e) kif jiġu inkorporati loops avversi possibbli ta’ solvenza -lik widità;
  • f) l-adegwatezza tal-interkonnessjonijiet possibbli bejn testijiet tal-istress tas-solvenza u testijiet tal-istress tal- likwidità;
  • g) il-feedback mill-awtoritajiet kompetenti fil-kuntest tat-testijiet tal- istress superviżorji jew testijiet oħrajn tagħhom;
  • h) l-adegwatezza tal-infrastruttura tad- data (l-implimentazzjoni tas-sistemi u l-kwalità tad-data );
  • i) il- livell ġust ta’ involviment tal - maniġment superjuri u tal - korp ta’ ġestjoni;
  • j) is- suppożizzjonijiet kollha inklużi suppożizzjonijiet kummerċjali u/jew maniġerjali, u azzjonijiet ta’ ġestjoni previsti, ibbażati fuq l -iskop, it-tip u r- riżultat tal -ittestjar tal-istress, inkluża valutazzjoni tal -fattibbiltà tal- azzjonijiet ta’ ġestjoni f’sitwazzjonijiet ta’ stress u f’ambjent tan- negozju li qed jinbidel; u
  • k) l-adegwatezza tad-dokumentazzjoni rilevanti.

1. Ħarsa ġenerali

,
Titlu Regolamentazzjoni

1.1 Referenzi

1.2 Rekwiżiti identifikati

1.3 Standards relatati

2. Rekwiżiti identifikati

Rekwiżiti
Sors Rekwiżit

3. Standards relatati

Standards
Sors Rekwiżit
  • EBA - Published by the European Banking Authority at https://www.eba.europa.eu/