+4.1 Programm tal-ittestjar tal-istress
---+12. L- istituzzjonijiet għandu jkollhom stabbilit programm tal -ittestjar tal-istress li jkopri …
---+13. L- istituzzjonijiet prinċipali fi Stat Membru u l - istituzzjonijiet prinċipali fl - UE …
---+14. L-istituzzjonijiet fil-kamp ta’ applikazzjoni tal- konsolidazzjoni prudenzjali għandhom iqisu l …
---+15. L- istituzzjonijiet għandhom jinkludu wkoll ittestjar għal stress bl - invers u xenarji tal …
---+16. L-istituzzj onijiet għandhom jiżguraw li l -programmi ta’ ttestjar tal- istress tagħhom huma …
---+17. L- istituzzjonijiet għandhom jivvalutaw regolarment il -programmi tal-ittestjar tal-istress …
---+18. L- istituzzjonijiet għandhom jiżguraw li l - analiżi kwantitattiva tagħhom skont il -paragrafu …
---+19. Meta tivvaluta l-programm tal-ittestjar tal-istress, l- istituzzjoni għandha tqis tal - inqas …
---+20. Il-programm tal-ittestjar tal-istress tal- istituzzjoni għandu jkun iddokumentat kif xieraq …
---+21. Il-programm tal-ittestjar tal- istress għandu jiġi kkritikat mill - organizzazzjoni kollha …
---+22. Kemm fil - każ tad -disinn inizjali kif ukoll tal-valutazzjoni tal-programm tal-ittestjar …
|
4.1 Programm tal-ittestjar tal-istress
4.1 Programm tal-ittestjar tal-istress
1. Ħarsa ġenerali
| Titlu |
Regolamentazzjoni |
|
12. L- istituzzjonijiet għandu jkollhom stabbilit programm tal -ittestjar tal-istress li jkopri …
|
L- istituzzjonijiet għandu jkollhom stabbilit programm tal -ittestjar tal-istress li jkopri tal- inqas dawn li ġejjin: - a) it-tipi ta’ ttestjar tal-istress u l- għanijiet u l - applikazzjonijiet ewlenin tagħhom;
- b) il-frekwenza tad- diversi eżerċizzji ta’ ttestjar tal - istress;
- c) l- arranġamenti ta’ governanza interna li jinkludu linji ta’ responsabbiltà u proċeduri definiti s ew, trasparenti u konsistenti;
- d) fil- każ ta’ grupp, l -ambitu tal- entitajiet inklużi u l - kopertura (eż. tipi ta’ riskju u portafolli) tat-testijiet tal- istress;
- e) l-infrastruttura tad- data rilevanti;
- f) id- dettalji metodoloġiċi, inklużi l - mudelli użati u r -rabtiet possibbli bejn testijiet tal-istress tal-likwidità u testijiet tal-istress tas- solvenza, jiġifieri l -kobor ta’ tali interazzjonijiet dinamiċi u l -ikkunsidrar tal- effetti ta’ feedback;
- g) il- firxa ta’ suppożizzjonijiet, inklużi azzjonijiet ta’ negozju u maniġerjali u ta’ rimedju maħsuba għal kull test tal -istress.
|
|
13. L- istituzzjonijiet prinċipali fi Stat Membru u l - istituzzjonijiet prinċipali fl - UE …
|
L- istituzzjonijiet prinċipali fi Stat Membru u l - istituzzjonijiet prinċipali fl - UE għandhom jiżviluppaw ukoll programm ta’ ttestjar tal -istress tal- grupp li għandu jiġi approvat u mmonitorjat mill- korp ta’ ġestjoni u implimentat mill - maniġment superjuri fil -kuntest tal-politika ċentralizzata tagħhom tal - ġestjoni tar -riskju. Programm tal-ittestjar tal-istress tal-grupp għandu jinkludi u jindirizza, safejn ikun xieraq, lill - istituzzjonijiet kollha soġġetti għall - konsolidazzjoni prudenzjali.
|
|
14. L-istituzzjonijiet fil-kamp ta’ applikazzjoni tal- konsolidazzjoni prudenzjali għandhom iqisu l …
|
L-istituzzjonijiet fil-kamp ta’ applikazzjoni tal- konsolidazzjoni prudenzjali għandhom iqisu l - programm tal-ittestjar tal-istress tal-grupp rilevanti meta jistabbilixxu l -programmi tal-ittestjar tal- istress individwali tagħhom.
|
|
15. L- istituzzjonijiet għandhom jinkludu wkoll ittestjar għal stress bl - invers u xenarji tal …
|
L- istituzzjonijiet għandhom jinkludu wkoll ittestjar għal stress bl - invers u xenarji tal -ittestjar għal stress bl -invers fil-programmi tal-ittestjar tal- istress tagħhom.
|
|
16. L-istituzzj onijiet għandhom jiżguraw li l -programmi ta’ ttestjar tal- istress tagħhom huma …
|
L-istituzzj onijiet għandhom jiżguraw li l -programmi ta’ ttestjar tal- istress tagħhom huma vijabbli u fattibbli u li jinfurmaw it- teħid tad - deċiżjonijiet dwar ir - riskji materjali eżistenti u potenzjali kollha f’kull livell ta’ ġestjoni xieraq.
|
|
17. L- istituzzjonijiet għandhom jivvalutaw regolarment il -programmi tal-ittestjar tal-istress …
|
L- istituzzjonijiet għandhom jivvalutaw regolarment il -programmi tal-ittestjar tal-istress tagħhom biex jiddeterminaw l -effettività u r- robustezza tagħhom, u għandhom jaġġornawhom kif xieraq. Il - valutazzjoni għandha ssir mill - inqas darba fis - sena u abbażi kemm ta’ analiżi kwanti tattiva kif ukoll kwalitattiva, u għandha tirrifletti b’mod sħiħ il -bidliet fil-kundizzjonijiet esterni u interni. L- istituzzjonijiet għandhom jiżguraw li l -frekwenza tal-valutazzjonijiet tikkunsidra l-frekwenza tal-applikazzjonijiet tat-test tal-istress korrispondenti.
|
|
18. L- istituzzjonijiet għandhom jiżguraw li l - analiżi kwantitattiva tagħhom skont il -paragrafu …
|
L- istituzzjonijiet għandhom jiżguraw li l - analiżi kwantitattiva tagħhom skont il -paragrafu preċedenti tinkludi testijiet kwantitattivi sodi bħala għodod ta’ ttestjar retrospettiv biex jivvalidaw is- suppożizzjonijiet, il -parametri u r- riżult ati tal-mudelli tal-ittestjar tal- istress (eż. mudelli tar- riskju ta' kreditu, mudelli tar -riskji tas- suq, mudelli ta’ dħul nett qabel il - provvediment). L- istituzzjonijiet għandhom jiżguraw li l - analiżi kwalitattiva tagħhom skont il - paragrafu preċedenti tkun ibbażata fuq ġudizzji esperti jew fuq valutazzjonijiet komparattivi.
|
|
19. Meta tivvaluta l-programm tal-ittestjar tal-istress, l- istituzzjoni għandha tqis tal - inqas …
|
Meta tivvaluta l-programm tal-ittestjar tal-istress, l- istituzzjoni għandha tqis tal - inqas dawn li ġejjin: - a) l-effettività tal- programm biex jintlaħqu l - għanijiet maħsuba tiegħu;
- b) il- ħtieġa ta’ titjib;
- c) il-fatturi ta’ riskju identifikati, id-definizzjonijiet u r- raġunament għax - xenarji rilevanti, is - suppożizzjonijiet tal -mudell u s-sensittività tar- riżultat għal dawn is - suppożizzjonijiet, kif ukoll ir-rwol tal- ġudizzju espert biex jiġi żgurat li jkun akkumpanjat minn analiżi soda;
- d) il-prestazzjoni tal- mudell, inkluża l - prestazzjoni tiegħu dwar data barra mill-kampjun, jiġifieri dwar data li ma ntużatx għall - iżvilupp tal - mudell;
- e) kif jiġu inkorporati loops avversi possibbli ta’ solvenza -lik widità;
- f) l-adegwatezza tal-interkonnessjonijiet possibbli bejn testijiet tal-istress tas-solvenza u testijiet tal-istress tal- likwidità;
- g) il-feedback mill-awtoritajiet kompetenti fil-kuntest tat-testijiet tal- istress superviżorji jew testijiet oħrajn tagħhom;
- h) l-adegwatezza tal-infrastruttura tad- data (l-implimentazzjoni tas-sistemi u l-kwalità tad-data );
- i) il- livell ġust ta’ involviment tal - maniġment superjuri u tal - korp ta’ ġestjoni;
- j) is- suppożizzjonijiet kollha inklużi suppożizzjonijiet kummerċjali u/jew maniġerjali, u azzjonijiet ta’ ġestjoni previsti, ibbażati fuq l -iskop, it-tip u r- riżultat tal -ittestjar tal-istress, inkluża valutazzjoni tal -fattibbiltà tal- azzjonijiet ta’ ġestjoni f’sitwazzjonijiet ta’ stress u f’ambjent tan- negozju li qed jinbidel; u
- k) l-adegwatezza tad-dokumentazzjoni rilevanti.
|
|
20. Il-programm tal-ittestjar tal-istress tal- istituzzjoni għandu jkun iddokumentat kif xieraq …
|
Il-programm tal-ittestjar tal-istress tal- istituzzjoni għandu jkun iddokumentat kif xieraq għat - tipi kollha ta’ testijiet tal - istress imwettqa fil -livell tat- tip ta’ riskju wieħed u/jew tal -portafoll, kif ukoll fil-livell tad- ditta kollha. Id - dokumentazzjoni għandha tkopri tal - inqas: - a) l- approċċ tal -ittestjar tal- istress;
- b) l-interkonnessjonijiet possibbli bejn it-testijiet tal-istress tas-solvenza u t-testijiet tal-istress tal- likwidità, jiġifieri immappjar bej n id-deterjorament dwar il- pożizzjoni kapitali (solvenza) u l- kapaċità li jinħarġu karti kummerċjali u bonds (likwidità), probabbiltajiet immotivati minn xejriet ta’ inadempjenza (solvenza) u l -migrazzjoni tal-klassifikazzjoni implikata tal- assi mhux mirhu na tal-banek u l- effett fuq kollateral depożitat fil -bank ċentrali rilevanti (likwidità), iż - żieda f’self improduttiv mistenni (solvenza) u t - tnaqqis fl - influssi mistennija minn ħlasijiet lura ta’ self jew minn bonds korporattivi mhux finanzjari (likwidità ), jew nuqqas ta’ likwidità possibbli (likwidità) u bejgħ bl - għaġġla ta’ assi (solvenza), u żieda fl - ispejjeż tal -finanzjament (likwidità) u l-effetti tal- P&L (solvenza);
- c) ir-rwoli u r-responsabbiltajiet kif determinati fil-politika interna, bl- ispeċifikazz joni tar-rwoli għat -tieni u t- tielet linja ta’ difiża, u l - proċessi għal mill - inqas it - twettiq tal - programm tal-ittestjar tal- istress;
- d) deskrizzjoni tal- proċess sħiħ tat -tfassil, l-approvazzjoni, it- twettiq, il - monitoraġġ tal - prestazzjoni u l-valutazzjoni perjodika tal-programm tal-ittestjar tal-istress u l- eżiti tiegħu;
- e) deskrizzjoni tal- proċessi għall -evalwazzjoni tal- eżiti tal -ittestjar tal- istress, inklużi d - dettalji ta’ oqsma li jeħtieġu ġudizzju manwali jew uman f’ċerti partijiet, u wkoll tal - proċess għall - użu tar - riżultati għall -infurmar tal- azzjonijiet ta’ ġestjoni u l - istrateġija tal - istituzzjoni; u
- f) deskrizzjoni u inventarju tal-applikazzjonijiet rilevanti tal- IT użati għall -ittestjar tal-istress (u fejn jeżisti inventarju ċentrali, tista’ ssir referenza għalih).
|
|
21. Il-programm tal-ittestjar tal- istress għandu jiġi kkritikat mill - organizzazzjoni kollha …
|
Il-programm tal-ittestjar tal- istress għandu jiġi kkritikat mill - organizzazzjoni kollha, pereżempju mill-kumitat tar-riskju u mill-awdituri interni. L-unitajiet tan- negozju li mhumiex responsabbli mid-disinn u l-applikazzjoni tal-program m u/jew esperti esterni mhux involuti għandu jkollhom rwol ewlieni fil-valutazzjoni ta’ dan il- proċess, waqt li tiġi kkunsidrata l - esperjenza rilevanti għal suġġetti speċifiċi.
|
|
22. Kemm fil - każ tad -disinn inizjali kif ukoll tal-valutazzjoni tal-programm tal-ittestjar …
|
Kemm fil - każ tad -disinn inizjali kif ukoll tal-valutazzjoni tal-programm tal-ittestjar tal-istress, l-istituzzjonijiet għandhom jiżguraw li jkun sar djalogu effettiv bl -involviment ta’ esperti minn kull qasam ta’ negozju tal -istituzzjoni u li l-programm u l- aġġornamenti tiegħu ġew rieżaminati kif suppost mill- maniġment superjuri xieraq3 u mill- korp ta’ ġestjoni tal - istituzzjoni, li huma responsabbli wkoll mill- monitoraġġ u s - superviżjoni tat - twettiq tiegħu.
3 Ara wkoll Titolu II, Taqsima 1, tal -Linji gwida dwar il-Governanza Interna tal-EBA.
|
,
1.1 Referenzi
1.2 Rekwiżiti identifikati
1.3 Standards relatati
2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
- EBA - Published by the European Banking Authority at https://www.eba.europa.eu/
|