|
+24. L- istituzzjonijiet ta’ kreditu għandhom jistabbilixxu strateġija ta’ NPE li timmira għal … |
24. L- istituzzjonijiet ta’ kreditu għandhom jistabbilixxu strateġija ta’ NPE li timmira għal …L- istituzzjonijiet ta’ kreditu għandhom jistabbilixxu strateġija ta’ NPE li timmira għal tnaqqis marbut biż - żmien tal - NPEs fuq perjodu ta’ żmien realistiku iżda ambizzjuż b’mod suffiċjenti (miri ta’ tnaqqis tal - NPE). L - istrateġija tal - NPE għandha tistabbilixxi l - approċċ u l - objettivi tal - istituzzjoni ta’ kreditu rigward ġestjoni effettiva biex jiġu massimizzati l - irkupri u, fl - aħħar nett, tnaqqis fl - istokks tal - NPE b’mod ċar, kredibbli u fattibbli għal kull portafoll rilevanti. Meta jiżviluppaw u jimplimentaw l - istrateġija tal - NPE għal portafolli fil - livell tal - konsumatur, l - istituzzjonijiet ta’ kreditu għandhom jikkunsidraw dispożizzjonijiet immirati biex jipproteġu lill - konsumaturi, inkluża d - Direttiva 2014/17/UE7 , id - Direttiva 2008/48/KE8 u l - Linji Gwida tal - EBA dwar l - arretrati u l - preklużjoni.9 7 Id - Direttiva 2014/17/UE tal - Parlament Ewropew u tal - Kunsill tal - 4 ta’ Frar 2014 dwar kuntratti ta’ kreditu għall - konsumaturi marbutin ma’ proprjetà immobbli residenzjali u li temenda d - Direttivi 2008/48/KE u 2013/36/UE u r - Regolament (UE) Nru 1093/2010 (ĠU L 60, 28.2.2014, p. 34). 8 Id - Direttiva 2008/48/KE tal - Parlament Ewropew u tal - Kunsill tat - 23 ta’ April 2008 dwar ftehim ta’ kreditu għall - konsumatur u li tħassar id - Direttiva tal - Kunsill 87/102/KEE (ĠU L 133, 22.5.2008, p. 66). 9 Linji gwida dwar l - arretrati u l - preklużjoni (EBA/GL/2015/12). 1. Ħarsa ġenerali
1.1 Referenzi1.2 Rekwiżiti identifikati1.3 Standards relatati2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
|