+33. Jenħtieġ li l - istituzzjonijiet ta’ kreditu jivvalutaw u jikkunsidraw il - kundizzjonijiet …

33. Jenħtieġ li l - istituzzjonijiet ta’ kreditu jivvalutaw u jikkunsidraw il - kundizzjonijiet …

Jenħtieġ li l - istituzzjonijiet ta’ kreditu jivvalutaw u jikkunsidraw il - kundizzjonijiet operattivi esterni u l - ambjent attwali u probabbli futuri meta jistabbilixxu l - istrateġija tal - NPE u l - miri ta’ tnaqqis tal - NPE assoċjati. Il - lista li ġejja ta’ fatturi esterni, fejn xieraq, għandha tiġi kkunsidrata mill - istituzzjonijiet ta’ kreditu meta tiġi stabbilita l - istrateġija tal - NPE:

  • a) Il - kundizzjonijiet makroekonomiċi, inklużi d - dinamika tas - suq tal - proprjetà immobbli jew setturi rilevanti oħra, filwaqt li jitqiesu l - konċentrazzjonijiet tas - settur fil - portafolli tal - NPE.
  • b) L- aspettattivi tas - suq fir - rigward tal - livelli ta’ NPE aċċettabbli u l - kopertura, inkluż iżda mhux limitat għall - fehmiet ta’ aġenziji tal - klassifikazzjoni u l - analisti tas - suq, u r - riċerka disponibbli, filwaqt li jitqiesu sew l - interessi tal - mutwatarji.
  • c) Id - domanda tal - investituri tal - NPE, inklużi x - xejriet u d - dinamika tas - swieq tal - NPEs domestiċi u internazzjonali għall - bejgħ ta’ portafoll.
  • d) Il - maturità tal - industrija tal - manutenzjoni tal - NPEs u d - disponibbiltà u l - kopertura ta’ servizzjanti speċjalizzati.
  • e) Il - qafas regolatorju, legali u ġudizzjarju. L - istituzzjonijiet ta’ kreditu għandu jkollhom fehim tajjeb tal - proċedimenti legali relatati mar - ristrutturazzjoni tal - NPE għal tipi differenti ta’ assi u ġuriżdizzjonijiet differenti. B’mod partikolari, l - istituzzjonijiet ta’ kreditu għandhom jivvalutaw it - tul medju ta’ dawn il - proċedimenti, ir - riżultati finanzjarji medji, il - klassifikazzjonijiet ta’ tipi differenti ta’ skoperturi u l - implikazzjonijiet relatati għall - eżiti, l - influwenza tat - tipi u l - klassifikazzjonijiet tal - kollateral u l - garanziji fuq ir - riżultati, l - impatt ta’ kwistjonijiet ta’ protezzjoni tal - konsumatur fuq deċiżjonijiet legali, u l - kostijiet totali medji assoċjati mal - proċedimenti legali. Jenħtieġ li d - dispożizzjonijiet legali li għandhom l - għan li jipproteġu lill - konsumaturi, b’mod partikolari għall - iskoperturi ta’ ipoteki residenzjali, jiġu kkunsidrati wkoll mill - istituzzjonijiet ta’ kreditu meta jistabbilixxu l - istrateġija tal - NPE.
  • f) L- implikazzjonijiet nazzjonali fuq it - taxxa ta’ indebolimenti u tħassir ta’ NPE.

4.2.3 L- implikazzjonijiet kapitali tal - istrateġija tal -NPE.

1. Ħarsa ġenerali

,
Titlu Regolamentazzjoni

1.1 Referenzi

1.2 Rekwiżiti identifikati

1.3 Standards relatati

2. Rekwiżiti identifikati

Rekwiżiti
Sors Rekwiżit

3. Standards relatati

Standards
Sors Rekwiżit
  • EBA - Published by the European Banking Authority at https://www.eba.europa.eu/