+53. Meta l - istituzzjonijiet jużaw innovazzjoni ffaċilitata mit - teknoloġija għal finijiet ta’ …
|
53. Meta l - istituzzjonijiet jużaw innovazzjoni ffaċilitata mit - teknoloġija għal finijiet ta’ …
Meta l - istituzzjonijiet jużaw innovazzjoni ffaċilitata mit - teknoloġija għal finijiet ta’ għoti ta’ kreditu, jenħtieġ li jagħmlu dan li ġej: - a. Ikopru b’mod adegwat, fl - oqfsa ta’ ġestjoni tar - riskju u ta’ kontroll tagħhom, ir - riskji inerenti assoċjati mal - innovazzjoni ffaċilitata bit - teknoloġija fl - użu. Jenħtieġ li dan ikun proporzjonat mal - mudell tan - negozju, mal - iskopertura għar - riskju ta’ kreditu, mal - kumplessità tal - metodi u mal - firxa tal - użu tal - innovazzjoni ffaċilitata mit - teknoloġija.
- b. Jiżguraw li l - korp maniġerjali jkollu fehim suffiċjenti dwar l - użu tal - innovazzjoni ffaċilitata mit - teknoloġija, il - limitazzjoni tagħha u l - impatt li jkollha fuq il - proċeduri ta’ għoti ta’ kreditu.
- c. Jifhmu l - mudelli sottostanti użati, inklużi l - kapaċitajiet, is - suppożizzjonijiet u l - limitazzjonijiet tagħhom, kif ukoll li jiżguraw it - traċċabilità, l - awditabbiltà, ir - robustezza u r - reżiljenza tagħhom.
- d. Jiżguraw li l - mudelli jkunu adattati għall - iskop tagħhom, filwaqt li jqisu l - kompitu identifikat u kriterji oħra, bħall - prestazzjoni u l - użu tagħhom. Jekk ikun hemm bżonn ta’ spjegazzjonijiet matul l - użu tal - mudelli, jenħtieġ li jiġi kkunsidrat l - iżvilupp ta’ mudell interpretabbli.
- e. Jifhmu l - kwalità tad - data u tal - inputs għall - mudell u jidentifikaw u jipprevjenu pr eġudizzju fil - proċess ta’ teħid ta’ deċiżjonijiet ta’ kreditu, filwaqt li jiżguraw li jkun hemm salvagwardji xierqa sabiex jipprovdu kunfidenzjalità, integrità u disponibbiltà tal - informazzjoni u tas - sistemi.
- f. Jiżguraw li l - prestazzjoni tal - mudell, inklużi l- validità u l - kwalità tar - riżultati tiegħu, tkun immonitorjata kontinwament u l - miżuri ta’ rimedju xierqa jittieħdu puntwalment fil - każ ta’ identifikazzjoni ta’ problemi (eż. aggravar jew devjazzjoni minn imġiba mistennija).
4.3.4 Mudelli għall -valutazzjoni tal- affidabbiltà kreditizja u għat - teħid ta’ deċiżjonijiet ta’ kreditu
1. Ħarsa ġenerali
| Titlu |
Regolamentazzjoni |
,
1.1 Referenzi
1.2 Rekwiżiti identifikati
1.3 Standards relatati
2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
- EBA - Published by the European Banking Authority at https://www.eba.europa.eu/
|