+105. Il- korp ta’ ġestjoni għandu jkollu politiki ċari u dokumentati dwar kif għandhom jintlaħqu …

105. Il- korp ta’ ġestjoni għandu jkollu politiki ċari u dokumentati dwar kif għandhom jintlaħqu …

Il- korp ta’ ġestjoni għandu jkollu politiki ċari u dokumentati dwar kif għandhom jintlaħqu dawn l-istandards. Dawn il- politiki għandhom:

  • a. ifakkru lill-persunal li l- attivitajiet kollha tal - istituzzjoni għandhom isiru skont il - liġi applikabbli u skont il-valuri korporattivi tal-istituzzjoni;
  • b. jippromwovu sensibilizzazzjoni dwar ir-riskji permezz ta’ kultura tar- riskju b’saħħitha f’konformità mat- Taqsima 9 tal-linji gwida, li jwasslu l-aspettattiva tal- korp ta’ ġestjoni li l- attivitajiet ma jmorrux lil hinn mill - predispożizzjoni għar -riskju definit u l-limiti definiti mill-istituzzjoni u r-responsabbiltajiet rispettivi tal-persunal;
  • c. jistabbilixxu prinċipji dwar u jipprovdu eżempji ta’ mġiba aċċettabbli u mhux aċċettabbli marbuta b’mod partikolari ma’ rapportar finanzjarju ħażin u ma’ kondotta finanzjarja ħażina, ma’ reati ekonomiċi u finanzjarji inkluż iżda mhux limitat għall -frodi, il- ħasil tal -flus u l-finanzjament tat- terroriżmu (ML/TF), prattiki antitrust, sanzjonijiet finanzjarji, tixħim u korruzzjoni, manipulazzjoni tas - suq, bejgħ ħażin u ksur ieħor tal - liġijiet dwar il -protezzjoni tal-konsumatur, reati tat- taxxa, kemm jekk imwettqa direttament jew indirettament, inkluż permezz ta’ skemi illegali jew ipprojbiti ta’arbitraġġ tad -dividendi;
  • d. jiċċaraw li minbarra l -konformità mar- rekwiżiti legali u regolatorji u mal -politiki interni, il-persunal huwa mistenni jġib ruħu b’onestà u b’integrità u jwettaq id - dmirijiet tiegħu bil- ħila, bl -attenzjoni u bid- diliġenza dovuta; u
  • e. jiżguraw li l - persunal ikun konxju mill - azzjonijiet dixxiplinarji interni u esterni, azzjonijiet legali u sanzjonijiet potenzjali li jistgħu jsegwu kondotta ħażina u mġiba inaċċettabbli.

1. Ħarsa ġenerali

,
Titlu Regolamentazzjoni

1.1 Referenzi

1.2 Rekwiżiti identifikati

1.3 Standards relatati

2. Rekwiżiti identifikati

Rekwiżiti
Sors Rekwiżit

3. Standards relatati

Standards
Sors Rekwiżit
  • EBA - Published by the European Banking Authority at https://www.eba.europa.eu/