+11 Politika dwar il- kunflitt ta’ interess fuq livell istituzzjonali
---+105. Il- korp ta’ ġestjoni għandu jkollu politiki ċari u dokumentati dwar kif għandhom jintlaħqu …
---+106. L- istituzzjonijiet għandhom jimmonitorjaw il -konformità ma’ dawn l- istandards u jiżguraw …
---+107. Il- korp ta’ ġestjoni għandu jkun responsabbli mill -istabbiliment, mill-approvazzjoni u …
|
11 Politika dwar il- kunflitt ta’ interess fuq livell istituzzjonali
11 Politika dwar il- kunflitt ta’ interess fuq livell istituzzjonali
1. Ħarsa ġenerali
| Titlu |
Regolamentazzjoni |
|
105. Il- korp ta’ ġestjoni għandu jkollu politiki ċari u dokumentati dwar kif għandhom jintlaħqu …
|
Il- korp ta’ ġestjoni għandu jkollu politiki ċari u dokumentati dwar kif għandhom jintlaħqu dawn l-istandards. Dawn il- politiki għandhom: - a. ifakkru lill-persunal li l- attivitajiet kollha tal - istituzzjoni għandhom isiru skont il - liġi applikabbli u skont il-valuri korporattivi tal-istituzzjoni;
- b. jippromwovu sensibilizzazzjoni dwar ir-riskji permezz ta’ kultura tar- riskju b’saħħitha f’konformità mat- Taqsima 9 tal-linji gwida, li jwasslu l-aspettattiva tal- korp ta’ ġestjoni li l- attivitajiet ma jmorrux lil hinn mill - predispożizzjoni għar -riskju definit u l-limiti definiti mill-istituzzjoni u r-responsabbiltajiet rispettivi tal-persunal;
- c. jistabbilixxu prinċipji dwar u jipprovdu eżempji ta’ mġiba aċċettabbli u mhux aċċettabbli marbuta b’mod partikolari ma’ rapportar finanzjarju ħażin u ma’ kondotta finanzjarja ħażina, ma’ reati ekonomiċi u finanzjarji inkluż iżda mhux limitat għall -frodi, il- ħasil tal -flus u l-finanzjament tat- terroriżmu (ML/TF), prattiki antitrust, sanzjonijiet finanzjarji, tixħim u korruzzjoni, manipulazzjoni tas - suq, bejgħ ħażin u ksur ieħor tal - liġijiet dwar il -protezzjoni tal-konsumatur, reati tat- taxxa, kemm jekk imwettqa direttament jew indirettament, inkluż permezz ta’ skemi illegali jew ipprojbiti ta’arbitraġġ tad -dividendi;
- d. jiċċaraw li minbarra l -konformità mar- rekwiżiti legali u regolatorji u mal -politiki interni, il-persunal huwa mistenni jġib ruħu b’onestà u b’integrità u jwettaq id - dmirijiet tiegħu bil- ħila, bl -attenzjoni u bid- diliġenza dovuta; u
- e. jiżguraw li l - persunal ikun konxju mill - azzjonijiet dixxiplinarji interni u esterni, azzjonijiet legali u sanzjonijiet potenzjali li jistgħu jsegwu kondotta ħażina u mġiba inaċċettabbli.
|
|
106. L- istituzzjonijiet għandhom jimmonitorjaw il -konformità ma’ dawn l- istandards u jiżguraw …
|
L- istituzzjonijiet għandhom jimmonitorjaw il -konformità ma’ dawn l- istandards u jiżguraw is-sensibilizzazzjoni tal- persunal, eż. billi jipprovdu taħriġ. L - istituzzjonijiet għandhom jiddefinixxu l -funzjoni responsabbli mill- monitoraġġ tal -konformità u mill-valutazzjoni tal-ksur tal- kodiċi ta’ kondotta jew ta’ strumenti simili kif ukoll proċess biex jiġu trattati kwistjonijiet ta’ nonkonformità. Ir- riżultati għandhom jiġu rrapportati perjodikament lill - korp ta’ ġestjoni.
|
|
107. Il- korp ta’ ġestjoni għandu jkun responsabbli mill -istabbiliment, mill-approvazzjoni u …
|
Il- korp ta’ ġestjoni għandu jkun responsabbli mill -istabbiliment, mill-approvazzjoni u mis-sorveljanza tal- implimentazzjoni u taż - żamma ta’ politiki effettivi għall -identifikazzjoni, il-valutazzjoni, il- ġestjoni u l -mitigazzjoni jew il-prevenzjoni ta’ kunflitti ta’ interess attwali u potenzjali fuq livell istituzzjonali, eż. bħala riżultat tad -diversi attivitajiet u rwoli tal-istituzzjoni, ta’ istituzzjonijiet differenti fil-kamp ta’ applikazzjoni ta’ konsolidazzjoni prudenzjali jew ta’ linji jew unitajiet operatorji differenti fi ħdan istituzzjoni, jew fir - rigward ta’ partijiet ikkonċernti esterni.
|
,
1.1 Referenzi
1.2 Rekwiżiti identifikati
1.3 Standards relatati
2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
- EBA - Published by the European Banking Authority at https://www.eba.europa.eu/
|