+169. L- NPAP għandha tistabbilixxi l - kwistjonijiet ewlenin li għandhom jiġu indirizzati qabel …

169. L- NPAP għandha tistabbilixxi l - kwistjonijiet ewlenin li għandhom jiġu indirizzati qabel …

L- NPAP għandha tistabbilixxi l - kwistjonijiet ewlenin li għandhom jiġu indirizzati qabel tittieħed deċiżjoni. Dawn għandhom jinkludu l -konformità regolatorja; il-kontabilità; il-mudelli ta’ pprezzar; l- impatt fuq il -profil tar-riskju, l-adegwatezza kapitali u l-profitabbiltà; id-disponibbiltà ta’ riżorsi adegwati tal - uffiċċju tan -negozjar, tal-back office u tal-middle office; u d- disponibbiltà ta’ għodod interni u kompetenzi adegwati għal l- fehim u għall - monitoraġġ tar - riskji assoċjati. Barra minn hekk, sabiex jikkonformaw mal -obbligi skont id-Direttiva (UE) 2015/849, l- istituzzjonijiet jeħtieġ li jidentifikaw u jivvalutaw ir - riskju ta’ ML/TF assoċjat mal-prodott il- ġdid jew mal -prattika ku mmerċjali l - ġdida, u jistabbilixxu l - miżuri li għandhom jittieħdu biex jimmitigaw dawk ir -riskji. Id- deċiżjoni dwar it - tnedija ta’ attività ġdida għandha tiddikjara b’mod ċar l -unità operatorja u l- individwi responsabbli minnha. Attività ġdida ma għandhiex titwettaq sakemm ikun hemm riżorsi adegwati disponibbli għall - fehim u għall - ġestjoni tar - riskji assoċjati.

1. Ħarsa ġenerali

,
Titlu Regolamentazzjoni

1.1 Referenzi

1.2 Rekwiżiti identifikati

1.3 Standards relatati

2. Rekwiżiti identifikati

Rekwiżiti
Sors Rekwiżit

3. Standards relatati

Standards
Sors Rekwiżit
  • EBA - Published by the European Banking Authority at https://www.eba.europa.eu/