+19 Funzjonijiet ta’ kontroll intern
---+169. L- NPAP għandha tistabbilixxi l - kwistjonijiet ewlenin li għandhom jiġu indirizzati qabel …
---+170. Il-funzjoni tal- ġestjon tar -riskji u l-funzjoni ta’ verifika tal- konformità għandhom ikunu …
---+171. Il-funzjonijiet ta’ kontroll in tern għandhom jinkludu funzjoni ta’ ġestjoni tar -riskji (ara …

19 Funzjonijiet ta’ kontroll intern

19 Funzjonijiet ta’ kontroll intern

1. Ħarsa ġenerali

,
Titlu Regolamentazzjoni
169. L- NPAP għandha tistabbilixxi l - kwistjonijiet ewlenin li għandhom jiġu indirizzati qabel …

L- NPAP għandha tistabbilixxi l - kwistjonijiet ewlenin li għandhom jiġu indirizzati qabel tittieħed deċiżjoni. Dawn għandhom jinkludu l -konformità regolatorja; il-kontabilità; il-mudelli ta’ pprezzar; l- impatt fuq il -profil tar-riskju, l-adegwatezza kapitali u l-profitabbiltà; id-disponibbiltà ta’ riżorsi adegwati tal - uffiċċju tan -negozjar, tal-back office u tal-middle office; u d- disponibbiltà ta’ għodod interni u kompetenzi adegwati għal l- fehim u għall - monitoraġġ tar - riskji assoċjati. Barra minn hekk, sabiex jikkonformaw mal -obbligi skont id-Direttiva (UE) 2015/849, l- istituzzjonijiet jeħtieġ li jidentifikaw u jivvalutaw ir - riskju ta’ ML/TF assoċjat mal-prodott il- ġdid jew mal -prattika ku mmerċjali l - ġdida, u jistabbilixxu l - miżuri li għandhom jittieħdu biex jimmitigaw dawk ir -riskji. Id- deċiżjoni dwar it - tnedija ta’ attività ġdida għandha tiddikjara b’mod ċar l -unità operatorja u l- individwi responsabbli minnha. Attività ġdida ma għandhiex titwettaq sakemm ikun hemm riżorsi adegwati disponibbli għall - fehim u għall - ġestjoni tar - riskji assoċjati.

170. Il-funzjoni tal- ġestjon tar -riskji u l-funzjoni ta’ verifika tal- konformità għandhom ikunu …

Il-funzjoni tal- ġestjon tar -riskji u l-funzjoni ta’ verifika tal- konformità għandhom ikunu involuti fl- approvazzjoni ta’ prodotti ġodda jew ta’ tibdil sinifikanti għal prodotti, proċessi u sistemi eżistenti. Il - kontribut tagħhom għandu jinkludi valutazzjoni sħiħa u oġġettiva tar -riskji li jirriżultaw minn attivitajiet ġodda f’firxa ta’ xenarji, ta’ kwalunkwe nuqqas potenzjali fl - oqfsa tal- ġestjoni tar -riskji u ta’ kontroll intern tal-istituzzjoni, u tal- kapaċità tal -istituzzjoni li tiġġestixxi kwalunkwe riskju ġdid b’mod effettiv. Barra minn hekk il -funzjoni tal- ġestjoni tar - riskji għandu jkollha stampa ċara tat - tnedija ta’ prodotti ġodda (jew tibdil s inifikanti fi prodotti, proċessi u sistemi eżistenti) f’linji operatorji u portafolli differenti, u s - setgħa li teżiġi li t -tibdil fi prodotti eżistenti jgħaddi mill - proċess formali tal -NPAP.

171. Il-funzjonijiet ta’ kontroll in tern għandhom jinkludu funzjoni ta’ ġestjoni tar -riskji (ara …

Il-funzjonijiet ta’ kontroll in tern għandhom jinkludu funzjoni ta’ ġestjoni tar -riskji (ara t-Taqsima 20), funzjoni ta’ verifika tal-konformità (ara t- Taqsima 21) u uffiċċju tal -awditjar intern (ara t- Taqsima 22). Il-funzjonijiet tal- ġestjoni tar -riskji u tal-verifika tal- konformità għandhom ikunu soġġetti għal rieżami mill - uffiċċju tal -awditjar intern. Ir-responsabbiltajiet tal-funzjonijiet ta’ kontroll jinkludu wkoll li tiġi żgurata l -konformità mar- rekwiżiti tal - AML/CTF.

1.1 Referenzi

1.2 Rekwiżiti identifikati

1.3 Standards relatati

2. Rekwiżiti identifikati

Rekwiżiti
Sors Rekwiżit

3. Standards relatati

Standards
Sors Rekwiżit
  • EBA - Published by the European Banking Authority at https://www.eba.europa.eu/