+42. L- istituzzjonijiet għandu jkollhom arranġamenti u proċeduri ta’ delega għal kwalunkwe delega …

42. L- istituzzjonijiet għandu jkollhom arranġamenti u proċeduri ta’ delega għal kwalunkwe delega …

L- istituzzjonijiet għandu jkollhom arranġamenti u proċeduri ta’ delega għal kwalunkwe delega stabbilita mill - korp maniġerjali tal - monitoraġġ jew tal - ġestjoni tal - IRRBB, inkluż, iżda mhux limitat, għal dan li ġej:

  • (a) Persuni jew kumitati li lilhom jiġu ddelegati l - kompiti tal - korp maniġerjali għall - iżvilupp ta’ politiki u prattiki tal - IRRBB, bħall - maniġment superjuri, individwi esperti jew ALCO, għandhom jiġu identifikati u jkollhom l - objettivi tagħhom stipulati b’mod ċar mill - korp maniġerjali.
  • (b) Il - korp maniġerjali għandu jiżgura li jkun hemm separazzjoni adegwata tar - responsabbiltajiet fil - proċess tal - ġestjoni tar - riskju għall - IRRBB. Il - funzjonijiet ta’ identifikazzjoni, ta’ kejl, ta’ monitoraġġ u ta’ kontroll tal - IRRBB għandu jkollhom responsabbiltajiet iddefiniti b’mod ċar, għandhom ikunu indipendenti mill - funzjonijiet ta’ teħid tar - riskju li jikkonċernaw l - IRRBB u għandhom jirrapportaw l - iskoperturi għall - IRRBB direttament lill - korp maniġerjali jew lid - delegati tiegħu.
  • (c) L- istituzzjoni għandha tiżgura li d - delegati tal - korp maniġerjali jkollhom linji ta’ awtorità ċari fuq l - unitajiet responsabbli mit - teħid ta’ riskju relatat mal - IRRBB. Il - mezz ta’ komunikazzjoni sabiex id - direttivi tad - delegati jingħaddu lil dawn l - unitajiet lineari għandu jkun ċar.
  • (d) Il - korp maniġerjali għandu jistabbilixxi li l - istruttura tal - istituzzjoni tippermetti li d - delegati tiegħu jwettqu r - responsabbiltajiet tagħhom, u li tiffaċilita t - teħid effettiv ta’ deċiżjonijiet u l - governanza. F’dan ir - rigward, għandu jitlaqqa’ ALCO, jew l - ekwivalenti tiegħu, b’mod regolari, u l - kompożizzjoni tiegħu għandha tirrifletti kull dipartiment kbir marbut mal - IRRBB. Il - korp maniġerjali għandu jrawwem diskussjoni rigward il - proċess ta’ ġestjoni tal - IRRBB, kemm fost il - membri u d - delegati tiegħu kif ukoll fost id - delegati tiegħu u oħrajn fl - istituzzjoni. Il - korp maniġerjali għandu jiżgura wkoll li komunikazzjoni regolari bejn l - oqsma ta’ ġestjoni tar - riskju u ta’ ppjanar strateġiku tiffaċilita l - monitoraġġ tar - riskju li jirriżulta min - negozju fil - futur.

4.2.5 Predispożizzjoni għar - riskju u limiti tal - politika tal -IRRBB

1. Ħarsa ġenerali

,
Titlu Regolamentazzjoni

1.1 Referenzi

1.2 Rekwiżiti identifikati

1.3 Standards relatati

2. Rekwiżiti identifikati

Rekwiżiti
Sors Rekwiżit

3. Standards relatati

Standards
Sors Rekwiżit
  • EBA - Published by the European Banking Authority at https://www.eba.europa.eu/