+4.2 L- identifikazzjoni u l - ġestjoni tal - IRRBB
---+19. L- istituzzjonijiet għandhom jikkunsidraw l - istrumenti kollha sensittivi għar - rata tal - …
---+20. L- istituzzjonijiet għandhom iqisu skoperturi improduttivi (bl - esklużjoni tad - …
---+21. Mingħajr preġudizzju għall - paragrafu 10, negozju żgħir fil - portafoll tan - negozjar, kif …
---+22. Meta jivvalutaw l - ammonti, it - tipi u d - distribuzzjonijiet tal - kapital intern skont l - …
---+23. L- istituzzjonijiet għandhom juru li l - kapital intern tagħhom huwa proporzjonali mal - livell …
---+24. Fl - analiżi tal - ICAAP tagħhom tal - ammont ta’ kapital intern meħtieġ għall - IRRBB, l - …
---+25. L- istituzzjonijiet ma għandhomx jibbażaw biss fuq il - valutazzjonijiet superviżorji tal - …
---+26. Valutazzjonijiet tal - adegwatezza tal - kapital għandhom jieħdu inkunsiderazzjoni dan li ġej …
---+27. L- eżiti tal - adegwatezza tal - kapital għall - IRRBB għandhom jitqiesu fl - ICAAP ta’ …
---+28. Sabiex jikkalibraw l - ammont ta’ kapital intern li jrid jinżamm għall - IRRBB, l - …
---+29. L- istituzzjonijiet li joperaw mudelli ta’ kapital ekonomiku għandhom jiżguraw li l - …
---+30. Meta jqisu jekk għandhomx jagħmlu allokazzjoni ta’ kapital intern fir - rigward tal -IRR BB …
---+31. L- istituzzjonijiet għandhom jikkunsidraw aġġustamenti fil - bafer kapitali intern meta r - …
---+32. L- istrateġija tal - istituzzjoni rigward l - IRRBB, inklużi l - predispożizzjoni għar - riskju …
---+33. Il - predispożizzjoni tal - istituzzjoni għar - riskju għall - IRRBB għandha tiġi espressa …
---+34. L- istrateġija ġenerali tal - IRRBB għandha tinkludi wkoll id - deċiżjoni dwar il - punt sa …
---+35. L- istituzzjonijiet għandhom jivvalutaw kif xieraq proposti sabiex jintużaw prodotti jew …
---+36. L- istituzzjonijiet li jużaw strumenti derivattivi sabiex jimmitigaw l - iskoperturi għall - …
---+37. L- istituzzjonijiet li jużaw mudelli tal - imġiba tal - klijenti bħala input għall - kejl tal - …
---+38. Meta jieħdu deċiżjonijiet dwar l - attivitajiet ta’ ħħeġġjar, l - istituzzjonijiet għandhom …
---+39. Istituzzjonijiet konsolidanti għandhom jiżguraw li l - arranġamenti u l - proċessi interni ta’ …
---+40. Bil - ħsieb li jkollhom arranġamenti interni ta’ governanza skont l - Artikoli 74 u 88 tad - …
---+41. B’mod partikolari, il - korp maniġerjali għandu jkun responsabbli minn dan li ġej: (a) Fehim …
---+42. L- istituzzjonijiet għandu jkollhom arranġamenti u proċeduri ta’ delega għal kwalunkwe delega …
---+43. L- istituzzjonijiet għandhom jartikolaw il - predispożizzjoni tagħhom għar - riskju għall - …
---+44. L- istituzzjonijiet għandhom jimplimentaw limiti li jkollhom l - għan li jżommu l - iskoperturi …
---+45. Għandu jkun hemm stabbilit qafas sabiex jimmonitorja l - evoluzzjoni ta’ strateġiji ta’ …
---+Politiki u proċessi tar - riskju
------+46. Abbażi tal - istrateġija ġenerali tiegħu rigward l - IRRBB, il - korp maniġerjali għandu …
------+47. Il - politiki għandhom ikunu raġunati sew, robusti u ddokumentati, u għandhom jindirizzaw il - …
------+48. Il - politiki kollha tal - IRRBB għandhom jiġu rieżaminati regolarment, mill - anqas darba …
------+49. Sabiex jiżgura li l - politiki u l - proċeduri ta’ ġestjoni tal - IRRBB jibqgħu xierqa u sodi …
------+50. Il - korp maniġerjali jew id - delegati tiegħu għandhom jiżguraw li l - attivitajiet ta’ …
---+Kontrolli interni
------+51. Fir - rigward tal - politiki u l - proċeduri ta’ kontroll tal - IRRBB, l - istituzzjonijiet …
------+52. L- istituzzjonijiet għandhom iwettqu rieżamijiet u evalwazzjonijiet regolari tas - sistemi ta’ …
------+53. L- istituzzjonijiet għandu jkollhom il - proċessi tagħhom ta’ identifikazzjoni, kejl …
---+Is-sistema tal-IT u l- kwalità tad - data tal-IRRBB
------+54. Is - sistemi u l - applikazzjonijiet tal - IT li jintużaw mill - istituzzjoni sabiex twettaq …
------+55. Is - sistema tal - IT u s - sistema tat - tranżazzjonijiet għandhom ikunu kapaċi jirreġistraw …
------+56. B’mod partikolari għal prodotti strutturati u kumplessi, is - sistema tat - tranżazzjonijiet …
------+57. Għandu jkun hemm stabbiliti kontrolli organizzazzjonali adegwati tas - sistemi tal - IT sabiex …
------+58. Il - kejl tar - riskju għandu jkun ibbażat fuq data dwar is - suq u data interna affidabbli. L …
------+59. Sabiex jiżguraw kwalità għolja tad - data , l - istituzzjonijiet għandhom jimplimentaw proċessi …
------+60. Fejn l - istituzzjonijiet jorganizzaw il - flussi tal - flus f’taqsimiet tal - ħin differenti …
------+61. L- istituzzjonijiet għandhom jidentifikaw raġunijiet potenzjali għad - diskrepanzi u għall - …
------+62. L- istituzzjonijiet għandhom jistabbilixxu proċessi xierqa sabiex jiżguraw li d - data użata …
---+Rapportar intern
------+63. Is - sistemi interni ta’ rapportar tar - riskju tal - istituzzjonijiet għandhom jipprovdu …
------+64. Ir - rapporti interni għandhom jingħataw lill - korp maniġerjali jew lid - delegati tiegħu …
------+65. Ir - rapporti dwar l - IRRBB għandhom jipprovdu informazzjoni aggregata kif ukoll biżżejjed …
------+66. Fuq bażi regolari, ir - rapporti tal - IRRBB għandhom jinkludu r - riżultati tar - rieżamijiet …
------+67. Filwaqt li t - tipi ta’ rapporti mħejjija għall - korp maniġerjali jew għad - delegati tiegħu …
------+68. Abbażi ta’ dawn ir - rapporti, il - korp maniġerjali jew id - delegati tiegħu għandhom ikunu …
------+69. Is - sistema ta’ kejl interna għandha tiġġenera rapporti f’format li jippermetti li l - livelli …
---+Governanza mudell
------+70. L- istituzzjonijiet għandhom jiżguraw li l - validazzjoni tal - metodi ta’ kejl tal - IRRBB — …
------+71. Il - qafas ta’ validazzjoni għandu jinkludi l - ħames elementi ewlenin li ġejjin: (a) …
------+72. Meta tindirizza l - attivitajiet mistennija inizjali u kontinwi ta’ validazzjoni, il - politika …
------+73. Il - ġestjoni tal - mudell tar - riskju għall - kejl tal - IRRBB għandhom isegwu approċċ …
------+74. Ir - riżultati tar - rieżami u tal - validazzjoni u kwalunkwe rakkomandazzjoni dwar l - użu tal …
------+75. Il - proċess ta’ rieżami kontinwu għandu jistabbilixxi sett ta’ avvenimenti skattaturi ta’ …
------+76. Abbażi ta’ osservazzjonijiet u informazzjoni ġdida miksuba matul iż - żmien, mudell approvat …
------+77. L- istituzzjonijiet jistgħu joqgħodu fuq mudelli tal - IRRBB ta’ partijiet terzi sabiex …
------+78. Inputs jew suppożizzjonijiet rigward il - mudelli, kemm jekk joriġinaw minn proċessi interni …

4.2 L- identifikazzjoni u l - ġestjoni tal - IRRBB

4.2.1 Perimetru tal-IRRBB

1. Ħarsa ġenerali

,
Titlu Regolamentazzjoni
19. L- istituzzjonijiet għandhom jikkunsidraw l - istrumenti kollha sensittivi għar - rata tal - …

L- istituzzjonijiet għandhom jikkunsidraw l - istrumenti kollha sensittivi għar - rata tal - imgħax fil - portafoll bankarju fil - kuntest tal - valutazzjoni u l - ġestjoni tal - iskoperturi għall - IRRBB, inklużi l - assi, l - obbligazzjonijiet, id - derivattivi tar - rata tal - imgħax, id - derivattivi mhux tar - rata tal - imgħax li jirreferenzjaw rata tal - imgħax u entrati oħrajn li ma jidhrux fil - karta bilanċjali (bħal impenji ta’ self).

20. L- istituzzjonijiet għandhom iqisu skoperturi improduttivi (bl - esklużjoni tad - …

L- istituzzjonijiet għandhom iqisu skoperturi improduttivi6 (bl - esklużjoni tad - dispożizzjonijiet) bħala strumenti sensittivi għar - rati tal - imgħax li jirriflettu l - flussi tal - flus mistennija u t - twaqqit tagħhom.


6 Skoperturi li ma jrendux kif definiti fl - Anness V tar - Regolament (UE) Nru 680/2014.

21. Mingħajr preġudizzju għall - paragrafu 10, negozju żgħir fil - portafoll tan - negozjar, kif …

Mingħajr preġudizzju għall - paragrafu 10, negozju żgħir fil - portafoll tan - negozjar, kif definit mill - paragrafu 1 tal - Artikolu 94 tar - Regolament (UE) Nru 575/2013, għandu jiġi inkluż sakemm ir - riskju tar - rata tal - imgħax tiegħu ma jkunx kopert f’kejl ieħor ta’ riskju.

4.2.2 L- identifikazzjoni, il - kalkolu u l - allokazzjoni tal - kapital għall - fini tal -IRRBB

22. Meta jivvalutaw l - ammonti, it - tipi u d - distribuzzjonijiet tal - kapital intern skont l - …

Meta jivvalutaw l - ammonti, it - tipi u d - distribuzzjonijiet tal - kapital intern skont l - Artikolu 73 tad - Direttiva 2013/36/UE, l - istituzzjonijiet għandhom jibbażaw il - kontribut tal - IRRBB għall - valutazzjoni globali tal - kapital intern fuq l - outputs tas - sistemi ta’ kejl interni tal - istituzzjoni, filwaqt li jieħdu kont tas - suppożizzjonijiet ewlenin u tal - limiti tar - riskju. Il - livell globali ta’ kapital għandu jkun proporzjonali kemm mal - livell reali mkejjel tar - riskju (inkluż għall - IRRBB) kif ukoll mal - predispożizzjoni tal - istituzzjoni għar - riskju, u għandu jiġi ddokumentat kif xieraq fir - rapport tagħha dwar il - Proċess ta’ Valutazzjoni Interna dwar l - Adegwatezza tal - Kapital (rapport tal - ICAAP).

23. L- istituzzjonijiet għandhom juru li l - kapital intern tagħhom huwa proporzjonali mal - livell …

L- istituzzjonijiet għandhom juru li l - kapital intern tagħhom huwa proporzjonali mal - livell tal - IRRBB, b’kont meħud tal - impatt fuq il - kapital intern tal - bidliet potenzjali fil - valur ekonomiku u fil - kejl tal - introjtu mill - imgħax nett flimkien mal - bidliet fil - valur fis - suq li jirriżultaw minn bidliet fir - rati tal - imgħax. L - istituzzjonijiet għandhom jevalwaw il - kejl tar - riskju tal - IRRBB fid - determinazzjoni tal - kapital intern tagħhom filwaqt li jinnotaw b’mod partikolari li l - kejl tal - IRRBB iqisu r - riskju b’mod komplementari (eż., b’kunsiderazzjoni tal - IRRBB minn orizzont ta’ żmien differenti). L - istituzzjonijiet mhumiex mistennija li jgħoddu darbtejn il - kapital intern tagħhom għall - kejl tal - EV u tal - introjtu mill - imgħax nett flimkien ma’ bidliet fil - valur tas - suq, madankollu l - metodoloġija tal - allokazzjoni interna tal - kapital għandha tikkunsidra kemm il - kejl tar - riskju tal - IRRBB kif ukoll il - valutazzjoni espliċita tal - impatt potenzjali tagħhom fuq il - kapital intern.

24. Fl - analiżi tal - ICAAP tagħhom tal - ammont ta’ kapital intern meħtieġ għall - IRRBB, l - …

Fl - analiżi tal - ICAAP tagħhom tal - ammont ta’ kapital intern meħtieġ għall - IRRBB, l - istituzzjonijiet għandhom iqisu:

  • (a) il - kapital intern miżmum għar - riskji għall - valur ekonomiku li jistgħu jirriżultaw minn ċaqliq avvers fir - rati tal - imgħax; u
  • (b) il - ħtiġijiet ta’ kapital intern li jirriżultaw mill - impatt ta’ bidliet fl - introjtu mill - imgħax nett futur flimkien mal - kapaċità tal - bidliet fil - valur fis - suq, u l - implikazzjonijiet li jirriżultaw għal - livelli interni ta’ kapital ta’ lqugħ.
25. L- istituzzjonijiet ma għandhomx jibbażaw biss fuq il - valutazzjonijiet superviżorji tal - …

L- istituzzjonijiet ma għandhomx jibbażaw biss fuq il - valutazzjonijiet superviżorji tal - adegwatezza tal - kapital għall - IRRBB jew fuq l - eżitu tat - test superviżorju outlier, iżda għandhom jiżviluppaw u jużaw il - metodoloġiji tagħhom stess għall - allokazzjoni tal - kapital, ibbażati fuq il - predispożizzjoni tagħhom għar - riskju, il - livell ta’ riskju u l - politiki dwar il - ġestjoni tar - riskju. Meta jiddeterminaw il - livell xieraq ta’ kapital, l - istituzzjonijiet għandhom iqisu kemm l - ammont kif ukoll il - kwalità tal - kapital meħtieġ.

26. Valutazzjonijiet tal - adegwatezza tal - kapital għandhom jieħdu inkunsiderazzjoni dan li ġej …

Valutazzjonijiet tal - adegwatezza tal - kapital għandhom jieħdu inkunsiderazzjoni dan li ġej:

  • (a) id- daqs u l - perjodu ta’ maturità tal - limiti interni fuq l - iskoperturi għall - IRRBB, u jekk dawn il - limiti jintlaħqux fil - punt tal - kalkolu tal - kapital;
  • (b) l - ispiża mistennija tal - iħħeġġjar ta’ pożizzjonijiet miftuħa li huma intenzjonati li jieħdu vantaġġ mill - aspettattivi interni tal - livell futur tar - rati tal - imgħax;
  • (c) is - sensittività tal - kejl intern tal - IRRBB għal suppożizzjonijiet ewlenin jew imperfetti tal - immudellar;
  • (d) l - impatt ta’ xenarji ta’ xokk u ta’ stress fuq pożizzjonijiet ipprezzati b’indiċijiet differenti tar - rati tal - imgħax (riskju ta’ bażi);
  • (e) l - impatt fuq il - valur ekonomiku u fuq l - introjtu mill - imgħax nett flimkien ma’ bidliet fil - valur tas - suq ta’ pożizzjonijiet mhux imqabbla f’muniti differenti;
  • (f) l - impatt tat - telf inkorporat u l - gwadanji inkorporati;
  • (g) id- distribuzzjoni tal - kapital relattiv għar - riskji fl - entitajiet ġuridiċi kollha inklużi fil - perimetru prudenzjali ta’ konsolidazzjoni tal - grupp, minbarra l - adegwatezza tal - kapital kumplessiv fuq bażi konsolidata;
  • (h) il - motivaturi tar - riskju sottostanti; u
  • (i) iċ - ċirkostanzi li taħthom jista’ jimmaterjalizza r - riskju.
27. L- eżiti tal - adegwatezza tal - kapital għall - IRRBB għandhom jitqiesu fl - ICAAP ta’ …

L- eżiti tal - adegwatezza tal - kapital għall - IRRBB għandhom jitqiesu fl - ICAAP ta’ istituzzjoni u għandhom jitqiesu wkoll fil - valutazzjonijiet tal - kapital assoċjat ma’ linji ta’ negozju.

28. Sabiex jikkalibraw l - ammont ta’ kapital intern li jrid jinżamm għall - IRRBB, l - …

Sabiex jikkalibraw l - ammont ta’ kapital intern li jrid jinżamm għall - IRRBB, l - istituzzjonijiet għandhom jużaw sistemi ta’ kejl u firxa ta’ xenarji ta’ xokk u ta’ stress fuq ir - rati tal - imgħax, li jkunu adattati għall - profil tar - riskju tal - istituzzjoni sabiex jikkwantifikaw l - iskala potenzjali ta’ kwalunkwe effett tal - IRRBB taħt kundizzjonijiet avversi .

29. L- istituzzjonijiet li joperaw mudelli ta’ kapital ekonomiku għandhom jiżguraw li l - …

L- istituzzjonijiet li joperaw mudelli ta’ kapital ekonomiku għandhom jiżguraw li l - allokazzjoni tal - kapital intern għall - IRRBB tkun inkluża kif xieraq fl - allokazzjoni ġenerali tal - kapital intern u li kwalunkwe suppożizzjoni dwar id - diversifikazzjoni tiġi ddokumentata u li l - affidabbiltà u l - istabbiltà tagħha jiġu vverifikati bl - użu ta’ data storika xierqa għall - istituzzjoni individwali u għas - swieq li topera fihom. Il - kostijiet tal - kapital ekonomiku jistgħu jiġu allokati lura għall - unitajiet tan - negozju u għall - prodotti sabiex jiġi żgurat li l - kostijiet sħaħ tal - unitajiet tan - negozju jew tal - prodotti sottostanti jinftiehmu sew minn dawk responsabbli mill - ġestjoni tagħhom.

30. Meta jqisu jekk għandhomx jagħmlu allokazzjoni ta’ kapital intern fir - rigward tal -IRR BB …

Meta jqisu jekk għandhomx jagħmlu allokazzjoni ta’ kapital intern fir - rigward tal -IRR BB meta mqabbel mal - kejl tal - introjtu mill - imgħax nett flimkien ma’ bidliet fil - valur tas - suq, l - istituzzjonijiet għandhom jieħdu inkunsiderazzjoni dan li ġej:

  • (a) L- importanza relattiva tal - introjtu mill - imgħax nett meta mqabbel mal - introjtu totali nett, u għalhekk l - impatt ta’ varjazzjonijiet sinifikanti fl - introjtu mill - imgħax nett minn sena għal oħra;
  • (b) Il - livelli attwali ta’ introjtu mill - imgħax nett li jistgħu jinkisbu taħt xenarji differenti (jiġifieri, il - punt sa fejn il - marġnijiet ikunu wiesgħa biżżejjed sabiex jassorbu l - volatilità li tirriżulta mill - pożizzjonijiet tar - rati tal - imgħax u mill - bidliet fil - kost tal - obbligazzjonijiet);
  • (c) Il - potenzjal li jiġġarrab telf reali f’kundizzjonijiet ta’ stress, jew b’riżultat ta’ bidliet sekulari fl - ambjent tas - suq – eżempju, fejn jista’ jsir neċessarju li jiġu likwidati pożizzjonijiet li jkunu intenzjonati bħala investiment fit - tul sabiex jiġi stabbilizzat kejl tal - introjtu mill - imgħax nett flimkien ma’ bidliet fil - valur tas - suq;
  • (d) L- importanza relattiva tal - istrumenti sensittivi għar - rata tal - imgħax (inklużi derivattivi tar - rata tal - imgħax) fil - portafoll mhux tan - negozjar, b’effetti potenzjali murija jew fir - rapport tal - introjtu jew inkella direttament fl - ekwità (eż. permezz ta’ introjtu komprensiv ieħor); u
  • (e) Il - fluttwazzjoni tal - kejl tal - introjtu mill - imgħax nett flimkien ma’ bidliet fil - valur tas - suq, is - saħħa u l - istabbiltà tal - kejl tal - introjtu mill - imgħax nett flimkien ma’ flussi ta’ bidliet fil - valur tas - suq u l - livell ta’ introjtu meħtieġ sabiex jiġu ġġenerati u jinżammu l - operazzjonijiet tan - negozju normali. Istituzzjonijiet b’livell għoli ta’ IRRBB li jista’ jirriżulta f’telf taħt firxa plawżibbli ta’ xenarji tas - suq, meta jnaqqsu d - distribuzzjoni normali tad - dividendi, jew matul tnaqqis fl - operazzjonijiet tan - negozju, għandhom jiżguraw li għandhom biżżejjed kapital sabiex jirreżistu l - impatt avvers ta’ dawn ix - xenarji.
31. L- istituzzjonijiet għandhom jikkunsidraw aġġustamenti fil - bafer kapitali intern meta r - …

L- istituzzjonijiet għandhom jikkunsidraw aġġustamenti fil - bafer kapitali intern meta r - riżultati tal - ittestjar tal - istress tagħhom jissottolinjaw il - potenzjal għal tnaqqis fl - imgħax nett flimkien ma’ bidliet fil - valur tas - suq (u għalhekk tnaqqis fil - kapaċità ta’ ġenerazzjoni tal - kapital) f’xenarji ta’ stress.

4.2.3 L- istrateġija ta’ Governanza tal -IRRBB

32. L- istrateġija tal - istituzzjoni rigward l - IRRBB, inklużi l - predispożizzjoni għar - riskju …

L- istrateġija tal - istituzzjoni rigward l - IRRBB, inklużi l - predispożizzjoni għar - riskju għall - IRRBB u l - mitigazzjoni tal - IRRBB, għandhom jagħmlu parti mill - istrateġija globali, b’mod partikolari l - objettivi strateġiċi u l - objettivi għar - riskju, li l - korp maniġerjali jrid japprova kif stabbilit fis - subparagrafu (2), l - ittra (a) tal - Artikolu 88(1) tad - Direttiva 2013/36/UE.

33. Il - predispożizzjoni tal - istituzzjoni għar - riskju għall - IRRBB għandha tiġi espressa …

Il - predispożizzjoni tal - istituzzjoni għar - riskju għall - IRRBB għandha tiġi espressa f’termini tal - impatt aċċettabbli ta’ rati tal - imgħax fluttwanti fuq iż - żewġ kejliet tal - IRRBB, u għandha tiġi riflessa fil - limiti. Istituzzjonijiet bi skoperturi sinifikanti għar - riskju ta’ diskrepanza, ir - riskju ta’ bażi, jew ir - riskju tal - opzjoni għandhom jiddeterminaw il - predispożizzjoni tagħhom għar - riskju fir - rigward ta’ kull wieħed minn dawn is - sottotipi materjali ta’ IRRBB.

34. L- istrateġija ġenerali tal - IRRBB għandha tinkludi wkoll id - deċiżjoni dwar il - punt sa …

L- istrateġija ġenerali tal - IRRBB għandha tinkludi wkoll id - deċiżjoni dwar il - punt sa fejn il - mudell kummerċjali jibbaża fuq il - ġenerazzjoni tal - introjtu mill - imgħax nett billi “jirkeb il - kurva tar - rendiment” – jiġifieri, jiffinanzja assi b’perjodu ta’ pprezzar mill - ġdid relattivament twil b’obbligazzjonijiet b’perjodu ta’ pprezzar mill - ġdid relattivament qasir. Fejn il - mudell tan - negozju jkun jibbaża ħafna fuq dan is - sors ta’ introjtu mill - imgħax nett, il - korp maniġerjali għandu jispjega l - istrateġija tiegħu dwar l - IRRBB u kif jippjana li jissopravvivi perjodi ta’ kurvi tar - rendiment ċatti jew inversi.

35. L- istituzzjonijiet għandhom jivvalutaw kif xieraq proposti sabiex jintużaw prodotti jew …

L- istituzzjonijiet għandhom jivvalutaw kif xieraq proposti sabiex jintużaw prodotti jew jinbdew attivitajiet ġodda, kif ukoll strateġiji għat - teħid tar - riskju jew għall - iħħeġġjar, u dan qabel l - akkwiżizzjoni jew l - implimentazzjoni sabiex jiżguraw li jkunu ġew identifikati r - riżorsi meħtieġa sabiex tiġi stabbilita ġestjoni soda u effettiva tal - IRRBB fir - rigward tal - prodott jew l - attività, li l - attivitajiet proposti jkunu f’konformità mal - predispożizzjoni globali tal - istituzzjoni għar - riskju, u li jkunu ġew stabbiliti l - proċeduri għall - identifikazzjoni, il - kejl, il - monitoraġġ u l - kontroll tar - riskji tal - prodott jew l - attività proposti. Għandu jiġi żgurat li l - karatteristiċi tal - IRRBB ta’ dawn il - prodotti u attivitajiet ġodda jkunu mifhuma sew.

36. L- istituzzjonijiet li jużaw strumenti derivattivi sabiex jimmitigaw l - iskoperturi għall - …

L- istituzzjonijiet li jużaw strumenti derivattivi sabiex jimmitigaw l - iskoperturi għall - IRRBB għandu jkollhom l - għarfien u l - kompetenza esperta meħtieġa. Kull istituzzjoni għandha turi li hija tifhem il - konsegwenzi tal - iħħeġġjar bid - derivattivi tar - rati tal - imgħax.

37. L- istituzzjonijiet li jużaw mudelli tal - imġiba tal - klijenti bħala input għall - kejl tal - …

L- istituzzjonijiet li jużaw mudelli tal - imġiba tal - klijenti bħala input għall - kejl tal - IRRBB tagħhom għandu jkollhom l - għarfien u l - kompetenza esperta meħtieġa. Kull istituzzjoni għandha tkun tista’ turi li hija tifhem il - konsegwenzi tal - immudellar tal - imġiba tal - klijentela tagħha.

38. Meta jieħdu deċiżjonijiet dwar l - attivitajiet ta’ ħħeġġjar, l - istituzzjonijiet għandhom …

Meta jieħdu deċiżjonijiet dwar l - attivitajiet ta’ ħħeġġjar, l - istituzzjonijiet għandhom ikunu konxji tal - effetti tal - politiki tal - kontabilità, iżda t - trattament kontabilistiku ma għandux imexxi l - approċċ tagħhom għall - ġestjoni tar - riskju.

39. Istituzzjonijiet konsolidanti għandhom jiżguraw li l - arranġamenti u l - proċessi interni ta’ …

Istituzzjonijiet konsolidanti għandhom jiżguraw li l - arranġamenti u l - proċessi interni ta’ governanza għall - ġestjoni tal - IRRBB ikunu konsistenti u integrati sew fuq bażi konsolidata u sottokonsolidata.

4.2.4 Qafas ta’ ġestjoni tar - riskju u responsabbiltajiet tal -IRRBB

40. Bil - ħsieb li jkollhom arranġamenti interni ta’ governanza skont l - Artikoli 74 u 88 tad - …

Bil - ħsieb li jkollhom arranġamenti interni ta’ governanza skont l - Artikoli 74 u 88 tad - Direttiva 2013/36/UE, b’relazzjoni mal -IR RBB, l - istituzzjonijiet għandhom jiżguraw dan li ġej:

  • (a) Li l - korp maniġerjali tagħhom iġarrab ir - responsabbiltà finali għas - sorveljanza tal - qafas ta’ ġestjoni tal - IRRBB, għall - qafas tal - predispożizzjoni għar - riskju tal - istituzzjoni u għall - ammonti, it - tipi u d - distribuzzjoni tal - kapital intern sabiex ir - riskji jiġu koperti adegwatament. Il - korp maniġerjali għandu jiddetermina l - istrateġija ġenerali tal - istituzzjoni rigward l - IRRBB, u japprova l - politiki u l - proċessi korrispondenti. Il - korp maniġerjali jista’, madankollu, jiddelega l - monitoraġġ u l - ġestjoni tal - IRRBB lill - maniġment superjuri, lil individwi esperti jew lil kumitat għall - ġestjoni tal - attiv u l - passiv taħt il - kundizzjonijiet speċifikati aktar fil - paragrafu 42.
  • (b) Li huma jkollhom stabbilit qafas ta’ ġestjoni tal - IRRBB li jistabbilixxi linji ċari ta’ responsabbiltajiet u li jikkonsisti minn sistema ta’ limiti, politiki, proċessi u kontrolli interni li jinkludu rieżamijiet u evalwazzjonijiet indipendenti regolari tal - effettività tal - qafas.
  • (c) Li l - arranġamenti, il - proċessi u l - mekkaniżmi msemmija għall - valutazzjoni tal - IRRBB huma komprensivi u proporzjonati għan - natura, l - iskala u l - kumplessità tar - riskji inerenti fil - mudell tan - negozju u fl - attivitajiet tal - istituzzjoni.
41. B’mod partikolari, il - korp maniġerjali għandu jkun responsabbli minn dan li ġej: (a) Fehim …

B’mod partikolari, il - korp maniġerjali għandu jkun responsabbli minn dan li ġej:

  • (a) Fehim tan - natura u l - livell tal - iskopertura għall - IRRBB. Il - korp maniġerjali għandu jiżgura li jkun hemm gwida ċara rigward il - predispożizzjoni għar - riskju għall - IRRBB fir - rigward tal - istrateġiji ta’ negozju tal - istituzzjoni.
  • (b) Għandu jistabbilixxi li jittieħdu l - azzjonijiet xierqa sabiex jiġi identifikat, imkejjel, immonitorjat u kkontrollat l - IRRBB, b’konsistenza mal - istrateġiji u l - politiki approvati. F’dan ir - rigward, il - korp maniġerjali jew id - delegati tiegħu huma responsabbli mill - issettjar:
  • i. ta’ limiti xierqa fuq l - IRRBB, inkluża d - definizzjoni ta’ proċeduri u approvazzjonijiet speċifiċi meħtieġa għall - eċċezzjonijiet, u għall - iżgurar tal - konformità ma’ dawk il - limiti;
  • ii. ta’ sistemi u standards għall - kejl tal - IRRBB, għall - valwazzjoni tal - pożizzjonijiet u l - valutazzjoni tal - prestazzjoni, inklużi proċeduri għall - aġġornament tax - xenarji ta’ xokk u ta’ stress fuq ir - rati tal - imgħax u suppożizzjonijiet ta’ bażi ewlenin li jixprunaw l - analiżi tal - IRRBB tal - istituzzjoni;
  • iii. ta’ proċess komprensiv ta’ rapportar u rieżami tal - IRRBB; u
  • iv. kontrolli interni u sistemi ta’ informazzjoni maniġerjali (MISs) effettivi.
  • (c) Approvazzjoni ta’ inizjattivi kbar ta’ ħħeġġjar jew ta’ teħid ta’ riskju qabel l - implimentazzjoni. Pożizzjonijiet relatati mat - trasferimenti ta’ riskju intern bejn il - portafoll mhux tan - negozjar u l - portafoll tan - negozjar għandhom jiġu ddokumentati kif xieraq.
  • (d) Twettiq tas - sorveljanza tal - approvazzjoni, l - implimentazzjoni u r - rieżami tal - politiki, il - proċeduri u l - limiti relatati mal - ġestjoni tal - IRRBB. Il - livell ta’ skopertura għall - IRRBB ta’ istituzzjoni, kif ukoll il - bidliet fih, għandhom jingħataw regolarment lill - korp maniġerjali (mill - anqas darba kull 3 xhur).
  • (e) Żgurar li l - validazzjoni tal - metodi ta’ kejl tal - IRRBB u l - valutazzjoni tal - mudell tar - riskju korrispondenti jiġu inklużi fi proċess formali ta’ politika li għandu jiġu rieżaminat u approvat mill - korp maniġerjali jew mid - delegati tiegħu.
  • (f) Fehim u valutazzjoni tal - funzjonament tad - delegati tiegħu fil - monitoraġġ u l - kontroll tal - IRRBB, b’mod konsistenti mal - politiki approvati mill - korp maniġerjali, abbażi ta’ rieżamijiet regolari ta’ informazzjoni dettaljata f’waqtha u suffiċjenti.
  • (g) Fehim tal - implikazzjonijiet tal - istrateġiji tal - istituzzjoni rigward l - IRRBB u l - irbit potenzjali tagħhom mar - riskju tas - suq, tal - likwidità, tal - kreditu u operazzjonali, iżda mingħajr ma jkun meħtieġ li l - membri kollha tal - korp maniġerjali jkunu esperti fil - qasam. Xi wħud mill - membri għandu jkollhom biżżejjed għarfien tekniku sabiex iqajmu dubji u jisfidaw ir - rapporti li jsiru lill - korp maniġerjali. L - istituzzjoni għandha tistabbilixxi li l - membri tal - korp maniġerjali huma responsabbli sabiex jiżguraw li l - maniġment superjuri jkollu l - kompetenza li jifhem l - IRRBB u li l - ġestjoni tal - IRRBB jingħata riżorsi adegwati.
42. L- istituzzjonijiet għandu jkollhom arranġamenti u proċeduri ta’ delega għal kwalunkwe delega …

L- istituzzjonijiet għandu jkollhom arranġamenti u proċeduri ta’ delega għal kwalunkwe delega stabbilita mill - korp maniġerjali tal - monitoraġġ jew tal - ġestjoni tal - IRRBB, inkluż, iżda mhux limitat, għal dan li ġej:

  • (a) Persuni jew kumitati li lilhom jiġu ddelegati l - kompiti tal - korp maniġerjali għall - iżvilupp ta’ politiki u prattiki tal - IRRBB, bħall - maniġment superjuri, individwi esperti jew ALCO, għandhom jiġu identifikati u jkollhom l - objettivi tagħhom stipulati b’mod ċar mill - korp maniġerjali.
  • (b) Il - korp maniġerjali għandu jiżgura li jkun hemm separazzjoni adegwata tar - responsabbiltajiet fil - proċess tal - ġestjoni tar - riskju għall - IRRBB. Il - funzjonijiet ta’ identifikazzjoni, ta’ kejl, ta’ monitoraġġ u ta’ kontroll tal - IRRBB għandu jkollhom responsabbiltajiet iddefiniti b’mod ċar, għandhom ikunu indipendenti mill - funzjonijiet ta’ teħid tar - riskju li jikkonċernaw l - IRRBB u għandhom jirrapportaw l - iskoperturi għall - IRRBB direttament lill - korp maniġerjali jew lid - delegati tiegħu.
  • (c) L- istituzzjoni għandha tiżgura li d - delegati tal - korp maniġerjali jkollhom linji ta’ awtorità ċari fuq l - unitajiet responsabbli mit - teħid ta’ riskju relatat mal - IRRBB. Il - mezz ta’ komunikazzjoni sabiex id - direttivi tad - delegati jingħaddu lil dawn l - unitajiet lineari għandu jkun ċar.
  • (d) Il - korp maniġerjali għandu jistabbilixxi li l - istruttura tal - istituzzjoni tippermetti li d - delegati tiegħu jwettqu r - responsabbiltajiet tagħhom, u li tiffaċilita t - teħid effettiv ta’ deċiżjonijiet u l - governanza. F’dan ir - rigward, għandu jitlaqqa’ ALCO, jew l - ekwivalenti tiegħu, b’mod regolari, u l - kompożizzjoni tiegħu għandha tirrifletti kull dipartiment kbir marbut mal - IRRBB. Il - korp maniġerjali għandu jrawwem diskussjoni rigward il - proċess ta’ ġestjoni tal - IRRBB, kemm fost il - membri u d - delegati tiegħu kif ukoll fost id - delegati tiegħu u oħrajn fl - istituzzjoni. Il - korp maniġerjali għandu jiżgura wkoll li komunikazzjoni regolari bejn l - oqsma ta’ ġestjoni tar - riskju u ta’ ppjanar strateġiku tiffaċilita l - monitoraġġ tar - riskju li jirriżulta min - negozju fil - futur.

4.2.5 Predispożizzjoni għar - riskju u limiti tal - politika tal -IRRBB

43. L- istituzzjonijiet għandhom jartikolaw il - predispożizzjoni tagħhom għar - riskju għall - …

L- istituzzjonijiet għandhom jartikolaw il - predispożizzjoni tagħhom għar - riskju għall - IRRBB f’termini tar - riskju għall - kejl tal - IRRBB b’mod partikolari:

  • (a) L- istituzzjonijiet għandu jkollhom dikjarazzjonijiet iddefiniti ċari dwar il - predispożizzjoni tagħhom għar - riskju li huma approvati mill - korp maniġerjali u implimentati permezz ta’ oqfsa komprensivi tal - predispożizzjoni għar - riskju – jiġifieri, politiki u proċeduri sabiex jiġi llimitat u kkontrollat l - IRRBB.
  • (b) L- oqfsa tagħhom ta’ predispożizzjoni għar - riskju għandhom:
  • a. jiddelinjaw is - setgħat delegati, il - linji ta’ responsabbiltà u tal - akkontabilità fuq id - deċiżjonijiet ta’ ġestjoni tal - IRRBB; u
  • b. jelenkaw l - istrumenti, l - istrateġiji ta’ ħħeġġjar u l - opportunitajiet ta’ teħid ta’ riskji awtorizzati għall - IRRBB.
  • (c) Meta jkunu qegħdin jiddefinixxu l - predispożizzjonijiet tagħhom għar - riskju, l - istituzzjonijiet għandhom jieħdu kont tar - riskju relatat mal - introjtu mill - imgħax nett li jista’ jirriżulta bħala konsegwenza tat - trattament kontabilistiku tat - tranżazzjonijiet fil - portafoll mhux tan - negozjar. Ir - riskju jista’ ma jkunx limitat għall - introjtu u l - ispejjeż relatati mal - imgħax: l - effetti tal - bidliet fir - rati tal - imgħax fuq il - valur tal - istrumenti fis - suq li, skont it - trattament kontabilistiku, jiġu riflessi jew fir - rapport tal - introjtu jew inkella direttament fl - ekwità (permezz ta’ introjtu komprensiv ieħor), għandhom jittieħdu inkunsiderazzjoni separatament. L - istituzzjonijiet għandhom jieħdu inkunsiderazzjoni b’mod partikolari l - impatt relatat ma’ opzjonalitajiet inkorporati fi strumenti ta’ valur ġust li jkunu taħt xenarji kontinwi ta’ xokkijiet u ta’ stress fuq ir - rati tal - imgħax. L - istituzzjonijiet għandhom jieħdu inkunsiderazzjoni wkoll l - impatt potenzjali fuq il - kontijiet P&L tad - derivattivi ħħeġġjati tar - rati tal - imgħax jekk l - effettività tagħhom tkun ixxekklet minn bidliet fir - rati tal - imgħax.
44. L- istituzzjonijiet għandhom jimplimentaw limiti li jkollhom l - għan li jżommu l - iskoperturi …

L- istituzzjonijiet għandhom jimplimentaw limiti li jkollhom l - għan li jżommu l - iskoperturi għall - IRRBB konsistenti mal - predispożizzjoni tagħhom għar - riskju u mal - approċċ globali tagħhom għall - kejl tal - IRRBB, b’mod partikolari dawn li ġejjin:

  • (a) Limiti tar - riskju aggregati li jartikolaw b’mod ċar l - ammont ta’ IRRBB aċċettabbli għall - korp maniġerjali għandhom jiġu applikati fuq bażi konsolidata u, kif xieraq, fil - livell ta’ affiljati individwali.
  • (b) Il - limiti jistgħu jkunu assoċjati ma’ xenarji speċifiċi ta’ bidliet fir - rati tal - imgħax u fl - istruttura tat - termini, bħal żieda jew tnaqqis fihom jew bidla fil - forma tal - kurva tar - rendiment. Iċ - ċaqliq fir - rati tal - imgħax li jintużaw fl - iżvilupp ta’ dawn il - limiti għandu jirrappreżenta sitwazzjonijiet ta’ xokk u ta’ stress avversi biżżejjed, filwaqt li tittieħed inkunsiderazzjoni il - volatilità storika tar - rati tal - imgħax u l - ħin meħtieġ mill - maniġment sabiex jimmitigaw dawk l - iskoperturi għar - riskju.
  • (c) Il - limiti ta’ politika għandhom ikunu xierqa għan - natura, id - daqs, il - kumplessità u l - adegwatezza kapitali tal - istituzzjoni, kif ukoll għall - kapaċità tagħha li tkejjel u tiġġestixxi r - riskji tagħha.
  • (d) Skont in - natura tal - attivitajiet u tal - mudell ta’ negozju ta’ istituzzjoni, jistgħu jiġu identifikati wkoll sottolimiti għal unitajiet kummerċjali, portafolli, tipi ta’ strumenti, strumenti speċifiċi jew sottotipi materjali individwali tar - riskju ta’ IRRBB, bħar - riskju ta’ diskrepanza, ir - riskju ta’ bażi u r - riskju tal - opzjoni.
  • (e) Għandu jkun hemm stabbiliti sistemi li jiżguraw li l - pożizzjonijiet li jaqbżu jew li x’aktarx ikunu se jaqbżu l - limiti definiti mill - korp maniġerjali jew mid - delegati tiegħu jinġiebu għall - attenzjoni immedjata tal - maniġment u jiġu eskalati mingħajr dewmien. Għandu jkun hemm politika ċara dwar min għandu jiġi informat, kif isseħħ il - komunikazzjoni u l - azzjonijiet li għandhom jittieħdu b’rispons.
  • (f) Ir - rapportar dwar il - kejl tar - riskju lill - korp maniġerjali jew lid - delegati tiegħu għandu jkollu frekwenza ta’ mill - anqas darba kull 3 xhur u għandu jqabbel l - iskopertura attwali mal - limiti ta’ politika.
45. Għandu jkun hemm stabbilit qafas sabiex jimmonitorja l - evoluzzjoni ta’ strateġiji ta’ …

Għandu jkun hemm stabbilit qafas sabiex jimmonitorja l - evoluzzjoni ta’ strateġiji ta’ ħħeġġjar li jiddependu minn strumenti bħal derivattivi, kif ukoll sabiex jikkontrolla riskji ta’ valwazzjoni skont is - suq fi strumenti li jiġu kkontabilizzati bil - valur ġust.

4.2.6 Politiki, proċessi u kont rolli tar- riskju tal -IRRBB

Politiki u proċessi tar - riskju

Politiki u proċessi tar - riskju

Kontrolli interni

Kontrolli interni

Is-sistema tal-IT u l- kwalità tad - data tal-IRRBB

Is-sistema tal-IT u l- kwalità tad - data tal-IRRBB

Rapportar intern

Rapportar intern

Governanza mudell

Governanza mudell

1.1 Referenzi

1.2 Rekwiżiti identifikati

1.3 Standards relatati

2. Rekwiżiti identifikati

Rekwiżiti
Sors Rekwiżit

3. Standards relatati

Standards
Sors Rekwiżit
  • EBA - Published by the European Banking Authority at https://www.eba.europa.eu/