+23. Fir -rigward tal-Artikolu 7(3) tad- DGSD, jekk istituzzjoni membru ma tiddeterminax b’mod …

23. Fir -rigward tal-Artikolu 7(3) tad- DGSD, jekk istituzzjoni membru ma tiddeterminax b’mod …

Fir -rigward tal-Artikolu 7(3) tad- DGSD, jekk istituzzjoni membru ma tiddeterminax b’mod preċiż l-ammont pre ċiż ta’ depożiti koperti f’kontijiet benefiċjarji jew l - ammont massimu possibbli aċċertat ta’ depożiti koperti f’tali kontijiet, l - SGD għandha tassumi li l - fondi kollha fil -kontijiet benefiċjarji jkunu koperti għall - fini tal -kalkolu tal-kontribuzzjonijiet. Meta istituzzjoni membru tirrapporta l- ammont preċiż ta’ depożiti koperti f’tali kontijiet, jew ammont massimu possibbli aċċertat ta’ depożiti koperti f’kontijiet benefiċjarji, l - SGD għandha tqis dawn iċ - ċifri meta tikkalkula l-kontribuzzjonijiet tal- isti tuzzjoni membru. L- awtorità kompetenti f’kooperazzjoni mal- awtorità maħtura għandha tiddetermina liema informazzjoni hija meħtieġa biex jitqies l - ammont preċiż jew l - ammont massimu possibbli aċċertat ta’ depożiti koperti f’kont benefiċjarju. Fi kwalunkwe każ, l - SGD għandha tkun tista’ taċċerta l - ammont massimu possibbli ta’ depożiti koperti jekk ikollha l - informazzjoni dwar in - numru ta’ persuni li huma assolutament intitolati għas - somom miżmuma f’kont benefiċjarju billi timmultiplika dak in -numru bil-livell ta’ kopertura skont l -Artikolu 6 tad-DGSD. L- SGD tista’ tirrifletti bilanċi temporanji għoljin bl - għan li jiġi aċċertat l - ammont massimu possibbli ta’ depożiti koperti.

1. Ħarsa ġenerali

,
Titlu Regolamentazzjoni

1.1 Referenzi

1.2 Rekwiżiti identifikati

1.3 Standards relatati

2. Rekwiżiti identifikati

Rekwiżiti
Sors Rekwiżit

3. Standards relatati

Standards
Sors Rekwiżit
  • EBA - Published by the European Banking Authority at https://www.eba.europa.eu/