+14.3 Ir-rwol tal- RMF fl - identifikazzjoni, fil - kejl, fil - valutazzjoni, fil - ġestjoni, fil - mitigazzjoni, fil - monitoraġġ u fir - rapportar dwar ir-riskji
---+123. L- RMF għandha tiżgura implimentazzjoni xierqa tal - qafas tal - ġestjoni tar -riskji u li …
---+124. L- RMF għandha tiżgura li l - identifikazzjoni u l - valutazzjoni ma jkunux ibbażati biss fuq …
---+125. L- RMF għandha tiżgura li jiġu rieżaminati t - tranżazzjonijiet ma’ partijiet relatati u li r …
---+126. L- RMF għandha tiżgura li l - unitajiet interni jew operatorji jimmonitorjaw ir - riskji …
---+127. L- RMF għandha timmonitorja regolarment il - profil tar -riskju attwali tal-emittent tal-AERs …
---+128. L- RMF għandha tanalizza x - xejriet u tirrikonoxxi riskji ġodda jew emerġenti u żidiet fir …
---+129. L- RMF għandha tivvaluta modi possibbli kif jiġu mitigati r -riskji identifikati. Ir- …

14.3 Ir-rwol tal- RMF fl - identifikazzjoni, fil - kejl, fil - valutazzjoni, fil - ġestjoni, fil - mitigazzjoni, fil - monitoraġġ u fir - rapportar dwar ir-riskji

14.3 Ir-rwol tal- RMF fl - identifikazzjoni, fil - kejl, fil - valutazzjoni, fil - ġestjoni, fil - mitigazzjoni, fil - monitoraġġ u fir - rapportar dwar ir-riskji

1. Ħarsa ġenerali

,
Titlu Regolamentazzjoni
123. L- RMF għandha tiżgura implimentazzjoni xierqa tal - qafas tal - ġestjoni tar -riskji u li …

L- RMF għandha tiżgura implimentazzjoni xierqa tal - qafas tal - ġestjoni tar -riskji u li r-riskji kollha jiġu identifikati, ivvalutati, imkejla, immonitorjati, ġestiti u rrapportati b’mod xieraq mill - unitajiet tal-emittent tal-ARTs.

124. L- RMF għandha tiżgura li l - identifikazzjoni u l - valutazzjoni ma jkunux ibbażati biss fuq …

L- RMF għandha tiżgura li l - identifikazzjoni u l - valutazzjoni ma jkunux ibbażati biss fuq informazzjoni kwantitattiva jew fuq riżultati ta’ mudelli, iżda tqis ukoll approċċi kwalitattivi. L - RMF għandha żżomm lill - korp maniġerjali mgħarraf dwar is - suppożizzjonijiet użati fi, u n - nuqqasijiet potenzjali ta’, għodod u metodi ta’ kwantifikazzjoni tar - riskju, inklużi l -mudelli u l-analiżi.

125. L- RMF għandha tiżgura li jiġu rieżaminati t - tranżazzjonijiet ma’ partijiet relatati u li r …

L- RMF għandha tiżgura li jiġu rieżaminati t - tranżazzjonijiet ma’ partijiet relatati u li r -riskji li jippreżentaw għll -emittent tal- ARTs jiġu identifikati u vvalutati b’mod adegwat.

126. L- RMF għandha tiżgura li l - unitajiet interni jew operatorji jimmonitorjaw ir - riskji …

L- RMF għandha tiżgura li l - unitajiet interni jew operatorji jimmonitorjaw ir - riskji kollha identifikati b’mod effettiv.

127. L- RMF għandha timmonitorja regolarment il - profil tar -riskju attwali tal-emittent tal-AERs …

L- RMF għandha timmonitorja regolarment il - profil tar -riskju attwali tal-emittent tal-AERs u tiflih fl -isfond tal- għanijiet strateġiċi u tal - predispożizzjoni għar - riskju tu tirrapporta r - riżultati sabiex ikunu jistgħu jittieħdu deċiżjonijiet mill - korp ta’ ġ estjoni fil- funzjoni maniġerjali tiegħu u tkun tista’ ssir kontestazzjoni mill - korp ta’ ġestjoni fil - funzjoni superviżorja tiegħu.

128. L- RMF għandha tanalizza x - xejriet u tirrikonoxxi riskji ġodda jew emerġenti u żidiet fir …

L- RMF għandha tanalizza x - xejriet u tirrikonoxxi riskji ġodda jew emerġenti u żidiet fir -riskji bħala riżultat ta’ tibdil fiċ - ċirkostanzi u fil - kundizzjonijiet. Għandha wkoll tirrieżamina b’mod regolari l - eżiti reali tar -riskji fl- isfond ta’ stimi preċedenti (jiġifieri ttestjar b’lura) biex tivvaluta u ttejjeb il- preċiżjoni u l - effikaċja tal - proċess ta’ ġestjoni tar -riskju.

129. L- RMF għandha tivvaluta modi possibbli kif jiġu mitigati r -riskji identifikati. Ir- …

L- RMF għandha tivvaluta modi possibbli kif jiġu mitigati r -riskji identifikati. Ir- rapportar tar - riskju lill- korp maniġerjali għandu jinkludi proposti għal azzjonijiet xierqa għall - mitigazzjoni tar - riskju.

1.1 Referenzi

1.2 Rekwiżiti identifikati

1.3 Standards relatati

2. Rekwiżiti identifikati

Rekwiżiti
Sors Rekwiżit

3. Standards relatati

Standards
Sors Rekwiżit
  • EBA - Published by the European Banking Authority at https://www.eba.europa.eu/