+28. Il - kompożizzjoni tal - korp maniġerjali għandha tiżgura li jkollu b’mod kollettiv l - …
|
28. Il - kompożizzjoni tal - korp maniġerjali għandha tiżgura li jkollu b’mod kollettiv l - …
Il - kompożizzjoni tal - korp maniġerjali għandha tiżgura li jkollu b’mod kollettiv l - għarfien, il - ħiliet u l - esperjenza xierqa meħtieġa biex jitwettqu l - attivitajiet ta’ negozju kollha tal - emittent tal - ART jew tas - CASP u biex jiġu ssodisfati r - responsabbiltajiet kollha tiegħu. Dan jinkludi li l -korp maniġerjali kollettivament ikollu fehim adegwat tal - oqsma ta’ negozju u l - attivitajiet kollha tal - emittent tal - ART jew tas - CASP. Il - korp maniġerjali, b’mod ġenerali, għandu jkollu wkoll għarfien, ħiliet u esperjenza xierqa fir - rigward tal - aspetti elenkati skont it - Taqsima C.2.2 u barra minn hekk fir - rigward ta’: - a. L- immaniġġjar effettiv, sod u prudenti tal - emittent tal - ART jew tas - CASP, inkluż:
- i. l - immaniġġjar tal - kontinwità tal - attività,
- ii. il - kunsiderazzjoni adegwata tal - interess tal - klijenti tagħha u l - integrità tas - suq,6
- iii. l - immaniġġjar tar - riskji ewlenin relatati mal - ħolqien, l - użu u l - immaniġġjar tal - kriptoassi, l - immaniġġjar tar - riskji operazzjonali, inkluż ir - riskju ċibernetiku;
- iv. l - implimentazzjoni ta’ miżuri ta’ detezzjoni u prevenzjoni ta’ frodi,
- v. il - fatturi u r - riskji ambjentali, soċjali u ta' governanza (ESG), b’mod partikolari fir - rigward tal - mekkaniżmu ta’ kunsens,
- b. l - ambjent ġuridiku u regolatorju;
- c. il - liġi kuntrattwali,
- d. il - protezzjoni tal - konsumaturi,
- e. it - teknoloġija tal - informazzjoni u tal - komunikazzjoni u s - sigurtà, inklużi, fejn rilevanti, il - mekkaniżmi ta’ kunsens applikati,
- f. reġistru distribwit jew teknoloġiji simili rilevanti għall - attivitajiet ta’ negozju tagħhom;
- g. kontabilità finanzjarja u rappurtar,
- h. l - attivitajiet tal - funzjonijiet jew il - proċeduri tal - immaniġġjar tar - riskji, tal - konformità u tal - awditjar intern, inkluż l - istabbiliment ta’ dawk il - funzjonijiet jew proċeduri,
- i. swieq finanzjarji lokali u transfruntiera rilevanti, inklużi pjattaformi ta’ negozjar rilevanti,
- j. ħiliet u esperjenza maniġerjali,
- k. il - kapaċità ta’ ppjanar b’mod strateġiku,
- l. l - immaniġġjar ta’ gruppi u riskji relatati ma’ strutturi ta’ gruppi, meta l - emittent tal - ART jew tas - CASP huwa kumpanija omm tal - grupp.
6 Ara l - istandards tekniċi regolatorji dwar il - kunflitt ta’ interess
1. Ħarsa ġenerali
| Titlu |
Regolamentazzjoni |
,
1.1 Referenzi
1.2 Rekwiżiti identifikati
1.3 Standards relatati
2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
- EBA - Published by the European Banking Authority at https://www.eba.europa.eu/
|