+C.2.3 Għarfien, ħiliet u esperjenza kollettivi xierqa
---+28. Il - kompożizzjoni tal - korp maniġerjali għandha tiżgura li jkollu b’mod kollettiv l - …

C.2.3 Għarfien, ħiliet u esperjenza kollettivi xierqa

C.2.3 Għarfien, ħiliet u esperjenza kollettivi xierqa

1. Ħarsa ġenerali

,
Titlu Regolamentazzjoni
28. Il - kompożizzjoni tal - korp maniġerjali għandha tiżgura li jkollu b’mod kollettiv l - …

Il - kompożizzjoni tal - korp maniġerjali għandha tiżgura li jkollu b’mod kollettiv l - għarfien, il - ħiliet u l - esperjenza xierqa meħtieġa biex jitwettqu l - attivitajiet ta’ negozju kollha tal - emittent tal - ART jew tas - CASP u biex jiġu ssodisfati r - responsabbiltajiet kollha tiegħu. Dan jinkludi li l -korp maniġerjali kollettivament ikollu fehim adegwat tal - oqsma ta’ negozju u l - attivitajiet kollha tal - emittent tal - ART jew tas - CASP. Il - korp maniġerjali, b’mod ġenerali, għandu jkollu wkoll għarfien, ħiliet u esperjenza xierqa fir - rigward tal - aspetti elenkati skont it - Taqsima C.2.2 u barra minn hekk fir - rigward ta’:

  • a. L- immaniġġjar effettiv, sod u prudenti tal - emittent tal - ART jew tas - CASP, inkluż:
  • i. l - immaniġġjar tal - kontinwità tal - attività,
  • ii. il - kunsiderazzjoni adegwata tal - interess tal - klijenti tagħha u l - integrità tas - suq,6
  • iii. l - immaniġġjar tar - riskji ewlenin relatati mal - ħolqien, l - użu u l - immaniġġjar tal - kriptoassi, l - immaniġġjar tar - riskji operazzjonali, inkluż ir - riskju ċibernetiku;
  • iv. l - implimentazzjoni ta’ miżuri ta’ detezzjoni u prevenzjoni ta’ frodi,
  • v. il - fatturi u r - riskji ambjentali, soċjali u ta' governanza (ESG), b’mod partikolari fir - rigward tal - mekkaniżmu ta’ kunsens,
  • b. l - ambjent ġuridiku u regolatorju;
  • c. il - liġi kuntrattwali,
  • d. il - protezzjoni tal - konsumaturi,
  • e. it - teknoloġija tal - informazzjoni u tal - komunikazzjoni u s - sigurtà, inklużi, fejn rilevanti, il - mekkaniżmi ta’ kunsens applikati,
  • f. reġistru distribwit jew teknoloġiji simili rilevanti għall - attivitajiet ta’ negozju tagħhom;
  • g. kontabilità finanzjarja u rappurtar,
  • h. l - attivitajiet tal - funzjonijiet jew il - proċeduri tal - immaniġġjar tar - riskji, tal - konformità u tal - awditjar intern, inkluż l - istabbiliment ta’ dawk il - funzjonijiet jew proċeduri,
  • i. swieq finanzjarji lokali u transfruntiera rilevanti, inklużi pjattaformi ta’ negozjar rilevanti,
  • j. ħiliet u esperjenza maniġerjali,
  • k. il - kapaċità ta’ ppjanar b’mod strateġiku,
  • l. l - immaniġġjar ta’ gruppi u riskji relatati ma’ strutturi ta’ gruppi, meta l - emittent tal - ART jew tas - CASP huwa kumpanija omm tal - grupp.

6 Ara l - istandards tekniċi regolatorji dwar il - kunflitt ta’ interess

1.1 Referenzi

1.2 Rekwiżiti identifikati

1.3 Standards relatati

2. Rekwiżiti identifikati

Rekwiżiti
Sors Rekwiżit

3. Standards relatati

Standards
Sors Rekwiżit
  • EBA - Published by the European Banking Authority at https://www.eba.europa.eu/