+5. Dawn il- linji gwida jispeċifikaw arranġamenti ta’ governanza robusti li l - istituzzjonijiet …
|
5. Dawn il- linji gwida jispeċifikaw arranġamenti ta’ governanza robusti li l - istituzzjonijiet …
Dawn il- linji gwida jispeċifikaw arranġamenti ta’ governanza robusti li l - istituzzjonijiet jeħtieġ li jkollhom fis - seħħ f’konformità mal - Artikolu 87a(1) u l - Artikolu 74 tad - Direttiva 2013/36/UE2 , u jkopru: - (a) standards minimi u metodoloġiji ta’ referenza biex jidentifikaw, ikejlu, jiġġestixxu u jimmonitorjaw ir - riskji ambjentali, soċjali u ta’ governanza (ESG), f’konformità mal - Artikolu 87a(5)a) ta’ dik id - Direttiva;
- (b) kriterji kwalitattivi u kwantitattivi biex jivvalutaw l - impatt tar - riskji tal - ESG fuq il - profil tar - riskju u s - solvenza tal - istituzzjonijiet fuq terminu qasir, medju u fit - tul, f’konformità mal - Artikolu 87a(5)c) ta’ dik id - Direttiva;
- (c) il- kontenut tal - pjanijiet li għandhom jitħejjew f’konformità mal - Artikolu 76(2) ta’ dik id - Direttiva mill - korp ta’ ġestjoni, li għandhom jinkludu skedi ta’ żmien speċifiċi u miri u stadji importanti kwantifikabbli intermedji, sabiex jimmonitorjaw u jindirizzaw ir - riskji finanzjarji li jirriżultaw minn fatturi tal - ESG, inkluż dawk li jirriżultaw mill - proċess ta’ aġġustament u minn xejriet ta’ tranżizzjoni lejn l - Istati Membri rilevanti u l - objettivi regolatorji tal - Unjoni fir - rigward tal - fatturi tal - ESG, b’mod partikolari l - objettiv li tinkiseb in - newtralità klimatika sal - 2050 kif stabbilit fir - Regolament (UE) 2021/1119, kif ukoll, fejn rilevanti għal istituzzjonijiet attivi internazzjonalment, objettivi legali u regolatorji ta’ pajjiżi terzi, f’konformità mal - Artikolu 87a(5)b) ta’ dik id - Direttiva.
2 Id- Direttiva 2013/36/UE tal - Parlament Ewropew u tal - Kunsill tas -26 ta’ Ġunju 2013 dwar l- aċċess għall - attività tal - istituzzjonijiet ta’ kreditu u s - superviżjoni prudenzjali tal - istituzzjonijiet ta’ kreditu u tad - ditti tal - investiment, li temenda d- Direttiva 2002/87/KE u li tħassar id - Direttivi 2006/48/KE u 2006/49/KE, (ĠU L 176, 27.6.2013, p. 338).
1. Ħarsa ġenerali
| Titlu |
Regolamentazzjoni |
,
1.1 Referenzi
1.2 Rekwiżiti identifikati
1.3 Standards relatati
2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
- EBA - Published by the European Banking Authority at https://www.eba.europa.eu/
|