+Suġġett u kamp ta’ applikazzjoni
---+5. Dawn il- linji gwida jispeċifikaw arranġamenti ta’ governanza robusti li l - istituzzjonijiet …
---+6. Dawn il- linji gwida jindirizzaw il - proċessi tal - ġestjoni tar - riskji tal - ESG tal - …
---+7. L- awtoritajiet kompetenti u l - istituzzjonijiet għandhom japplikaw dawn il -linji gwida …
|
Suġġett u kamp ta’ applikazzjoni
Suġġett u kamp ta’ applikazzjoni
1. Ħarsa ġenerali
| Titlu |
Regolamentazzjoni |
|
5. Dawn il- linji gwida jispeċifikaw arranġamenti ta’ governanza robusti li l - istituzzjonijiet …
|
Dawn il- linji gwida jispeċifikaw arranġamenti ta’ governanza robusti li l - istituzzjonijiet jeħtieġ li jkollhom fis - seħħ f’konformità mal - Artikolu 87a(1) u l - Artikolu 74 tad - Direttiva 2013/36/UE2 , u jkopru: - (a) standards minimi u metodoloġiji ta’ referenza biex jidentifikaw, ikejlu, jiġġestixxu u jimmonitorjaw ir - riskji ambjentali, soċjali u ta’ governanza (ESG), f’konformità mal - Artikolu 87a(5)a) ta’ dik id - Direttiva;
- (b) kriterji kwalitattivi u kwantitattivi biex jivvalutaw l - impatt tar - riskji tal - ESG fuq il - profil tar - riskju u s - solvenza tal - istituzzjonijiet fuq terminu qasir, medju u fit - tul, f’konformità mal - Artikolu 87a(5)c) ta’ dik id - Direttiva;
- (c) il- kontenut tal - pjanijiet li għandhom jitħejjew f’konformità mal - Artikolu 76(2) ta’ dik id - Direttiva mill - korp ta’ ġestjoni, li għandhom jinkludu skedi ta’ żmien speċifiċi u miri u stadji importanti kwantifikabbli intermedji, sabiex jimmonitorjaw u jindirizzaw ir - riskji finanzjarji li jirriżultaw minn fatturi tal - ESG, inkluż dawk li jirriżultaw mill - proċess ta’ aġġustament u minn xejriet ta’ tranżizzjoni lejn l - Istati Membri rilevanti u l - objettivi regolatorji tal - Unjoni fir - rigward tal - fatturi tal - ESG, b’mod partikolari l - objettiv li tinkiseb in - newtralità klimatika sal - 2050 kif stabbilit fir - Regolament (UE) 2021/1119, kif ukoll, fejn rilevanti għal istituzzjonijiet attivi internazzjonalment, objettivi legali u regolatorji ta’ pajjiżi terzi, f’konformità mal - Artikolu 87a(5)b) ta’ dik id - Direttiva.
2 Id- Direttiva 2013/36/UE tal - Parlament Ewropew u tal - Kunsill tas -26 ta’ Ġunju 2013 dwar l- aċċess għall - attività tal - istituzzjonijiet ta’ kreditu u s - superviżjoni prudenzjali tal - istituzzjonijiet ta’ kreditu u tad - ditti tal - investiment, li temenda d- Direttiva 2002/87/KE u li tħassar id - Direttivi 2006/48/KE u 2006/49/KE, (ĠU L 176, 27.6.2013, p. 338).
|
|
6. Dawn il- linji gwida jindirizzaw il - proċessi tal - ġestjoni tar - riskji tal - ESG tal - …
|
Dawn il- linji gwida jindirizzaw il - proċessi tal - ġestjoni tar - riskji tal - ESG tal - istituzzjonijiet bħala parti mill - qafas tal - ġestjoni tar - riskji usa’ tagħhom. Dawn japplikaw fir - rigward tal - istrateġiji, il- politiki, il - proċessi u s - sistemi robusti biex jidentifikaw, ikejlu, jiġġestixxu u jimmonitorjaw ir- riskji tal - ESG fuq terminu qasir, medju u fit - tul li l - istituzzjonijiet soġġetti għad - Direttiva 2013/36/UE għandu jkollhom bħala parti mill - arranġamenti ta’ governanza robusti tagħhom, inkluż il - qafas ta’ ġestjoni tar - riskji meħtieġ skont l - Artikolu 74(1) tad - Direttiva 2013/36/UE. Dawn il - linji gwida jikkomplementaw ukoll u jispeċifikaw aktar il -Linji Gwida tal -EBA dwar il- governanza interna3 u l - Linji Gwida tal -EBA dwar l- oriġinazzjoni u l - monitoraġġ tas - self4 fir - rigward tal - ġestjoni tar - riskji tal -ESG.
3 Il- Linji Gwida tal -EBA dwar il- governanza interna skont id - Direttiva 2013/36/UE (EBA/GL/2021/05) 4 Il- Linji Gwida tal -EBA dwar l- oriġinazzjoni u l - monitoraġġ tas - self (EBA/GL/2020/06)
|
|
7. L- awtoritajiet kompetenti u l - istituzzjonijiet għandhom japplikaw dawn il -linji gwida …
|
L- awtoritajiet kompetenti u l - istituzzjonijiet għandhom japplikaw dawn il -linji gwida f’konformità mal - livell ta’ applikazzjoni stabbilit fl - Artikolu 109 tad - Direttiva 2013/36/UE.
|
,
1.1 Referenzi
1.2 Rekwiżiti identifikati
1.3 Standards relatati
2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
- EBA - Published by the European Banking Authority at https://www.eba.europa.eu/
|