+85. L- istituzzjonijiet għandhom jiżguraw li l - pjanijiet tagħhom jindirizzaw aspetti tal - …

85. L- istituzzjonijiet għandhom jiżguraw li l - pjanijiet tagħhom jindirizzaw aspetti tal - …

L- istituzzjonijiet għandhom jiżguraw li l - pjanijiet tagħhom jindirizzaw aspetti tal - ġestjoni tar - riskji tal - ESG li jħarsu ’l quddiem filwaqt li jkunu konsistenti ma’ rekwiżiti applikabbli oħra inklużi dawk relatati mad - diliġenza dovuta, ir - rappurtar dwar is - sostenibbiltà, u l - azzjonijiet strateġiċi biex tiġi żgurata l - kompatibbiltà tal - mudelli kummerċjali mat - tranżizzjoni lejn ekonomija sostenibbli. B’mod partikolari, il - pjanijiet għandhom jinkludu objettivi, azzjonijiet u miri fir - rigward tal - mudell tan - negozju u tal - istrateġija tal - istituzzjoni li jkunu konsistenti mal- pjanijiet divulgati skont l - Artikolu 19a jew l - Artikolu 29a tad - Direttiva 2013/34/UE, fejn applikabbli, u ma’ objettivi jew impenji relatati mal -ESG li l- istituzzjonijiet huma meħtieġa jissodisfaw permezz ta’ liġi jew regolament, kif ukoll dawk li huma jkunu stabbilixxew b’mod volontarju. Meta l - istituzzjonijiet jiddivulgaw pjanijiet f’konformità mal - Artikolu 19a, il - paragrafu 2(a)(iii) jew l - Artikolu 29a, il - paragrafu 2(a)(iii) tad - Direttiva 2013/34/UE, għandhom jikkunsidraw li jużaw mill - ġdid l - informazzjoni rilevanti diġà disponibbli bħala l - ewwel pass.

1. Ħarsa ġenerali

,
Titlu Regolamentazzjoni

1.1 Referenzi

1.2 Rekwiżiti identifikati

1.3 Standards relatati

2. Rekwiżiti identifikati

Rekwiżiti
Sors Rekwiżit

3. Standards relatati

Standards
Sors Rekwiżit
  • EBA - Published by the European Banking Authority at https://www.eba.europa.eu/