+Għal riskji fiżiċi:

Għal riskji fiżiċi:

L- istituzzjonijiet għandhom jikkunsidraw ir - riskji akuti li jirriżultaw miż - żieda fil - frekwenza u s - severità ta’ avvenimenti estremi tal - klima jew tat - temp (bħal mewġiet ta’ sħana, għargħar jew kontaminazzjoni minn sorsi tal - ilma) u riskji kroniċi li jirriżultaw minn bidliet fit - tul fix - xejriet klimatiċi u tat- temp (bħal temperaturi medji li qed jogħlew, żieda fil -livell tal- baħar jew tnaqqis fid - dakkir).

Kanali mikroekonomiċi:

  • • Il- profittabbiltà korporattiva hija affettwata minn tfixkil serju għan - negozju jew fil - katina tal - valur minħabba kundizzjonijiet ambjentali avversi ħafna, minn deterjorament gradwali minħabba l - kundizzjonijiet tax - xogħol, jew minn żieda fil - kostijiet (eż. kostijiet ta’ adattament, prezz tal - inputs ewlenin);
  • • L-introjtu tal- unitajiet domestiċi huwa affettwat minn tfixkil ambjentali, minn deterjorament gradwali tal- attivitajiet ekonomiċi, jew mill - impatt fuq is - saħħa;
  • • L- assi korporattivi jew il -proprjetajiet tal- unitajiet domestiċi ssirilhom ħsara minħabba kundizzjonijiet tat - temp avversi ħafna jew jiddeterjoraw gradwalment (eż. tnaqqis jew espansjoni tat - tafal);
  • • Il- kumpaniji u l - unitajiet domestiċi jġarrbu kostijiet ogħla ta’ manutenzjoni u adattament, jew saħansitra kostijiet ta’ rikostruzzjoni.

Kanali makroekonomiċi:

  • • Effetti sekondarji ta’ temp ħażin ħafna, inċidenti ta’ tniġġis, skarsezza tal - ilma u effetti oħra ta’ tisħin globali u degradazzjoni tal - ekosistema għall - ekonomija kollha ta’ ċerta żona ġeografika;
  • • Ċaqliq sinifikanti fil - prezzijiet minn xokkijiet fil - provvista li jirriżultaw fi pressjoni inflazzjonarja;
  • • Tnaqqis fil - produttività tal - forza tax - xogħol u impatti fuq is - saħħa;
  • • Interruzzjonijiet fil - katina tal - provvista u skarsezza tar - riżorsi;
  • • Migrazzjonijiet u spostamenti.

1. Ħarsa ġenerali

,
Titlu Regolamentazzjoni

1.1 Referenzi

1.2 Rekwiżiti identifikati

1.3 Standards relatati

2. Rekwiżiti identifikati

Rekwiżiti
Sors Rekwiżit

3. Standards relatati

Standards
Sors Rekwiżit
  • EBA - Published by the European Banking Authority at https://www.eba.europa.eu/