|
+Status ta’ dawn il - Linji Gwida |
Status ta’ dawn il - Linji GwidaDan id - dokument fih Linji Gwida Konġunti maħruġa skont l - Artikolu 16 tar - Regolament (UE) Nru 1093/20101 ; l - Artikolu 16 tar - Regolament (UE) Nru 1094/20102 ; u l - Artikolu 16 tar - Regolament (UE) Nru 1095/20103 - “ir - Regolamenti dwar l - ASE”. F’konformità mal - Artikolu 16(3) tar - Regolamenti dwar l - ASE rispettivi, l - awtoritajiet kompetenti għandhom jagħmlu kull sforz biex jikkonformaw mal - Linji Gwida. Il - Linji Gwida Konġunti jistabbilixxu l - fehma tal - ASE dwar prattiki superviżorji xierqa fi ħdan is - Sistema Ewropea ta’ Superviżjoni Finanzjarja jew dwar kif id - dritt tal - Unjoni għandu jiġi applikat f’qasam partikolari. L - awtoritajiet kompetenti li għalihom japplikaw il - Linji Gwida Konġunti għandhom jikkonformaw billi jinkorporawhom fil - prattiki superviżorji tagħhom kif xieraq (eż. billi jemendaw il - qafas legali tagħhom jew il - proċessi superviżorji tagħhom), inkluż fejn il - Linji Gwida Konġunti huma diretti primarjament lejn l - istituzzjonijiet. 1 Regolament (UE) Nru 1093/2010 tal - Parlament Ewropew u tal - Kunsill tal -24 ta’ Novembru 2010 li jistabbilixxi Awtorità Superviżorja Ewropea (Awtorità Bankarja Ewropea) u li jemenda d - Deċiżjoni Nru 716/2009/KE u jħassar id - Deċiżjoni tal - Kummissjoni 2009/78/KE (ĠU L 331, 15.12.2010, p. 12). 2 Regolament (UE) Nru 1094/2010 tal - Parlament Ewropew u tal - Kunsill tal - 24 ta’ Novembru 2010 li jistabbilixxi Awtorità Superviżorja Ewropea (Awtorità Ewropea tal - Assigurazzjoni u l - Pensjonijiet tax - Xogħol), u li jemenda d - Deċiżjoni Nru 716/2009/KE u li jħassar id - Deċiżjoni tal - Kummissjoni 2009/79/KE ( ĠU L 331, 15.12.2010, p. 48-83 ). 3 Ir - Regolament (UE) Nru 1095/2010 tal - Parlament Ewropew u tal - Kunsill tal -24 ta’ Novembru 2010 li jistabbilixxi Awtorità Superviżorja Ewropea (Awtorità Ewropea tat - Titoli u s - Swieq) u li jemenda d - Deċiżjoni Nru 716/2009/KE u jħassar id - Deċiżjoni tal - Kummissjoni 2009/77/KE (ĠU L 331, 15.12.2010, p. 84 - 119). 1. Ħarsa ġenerali
1.1 Referenzi1.2 Rekwiżiti identifikati1.3 Standards relatati2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
|