+Artikolu 2 1

Artikolu 2 1

1.   Mingħajr preġudizzju għall-paragrafi 3 u 4, dan ir-Regolament japplika għall-entitajiet li ġejjin:

(a)

istituzzjonijiet ta’ kreditu;

(b)

istituzzjonijiet ta’ pagament, inkluż istituzzjonijiet ta’ pagament eżentati skont id-Direttiva (UE) 2015/2366;

(c)

fornituri ta’ servizzi ta’ informazzjoni dwar il-kontijiet;

(d)

istituzzjonijiet tal-flus elettroniċi, inkluż istituzzjonijiet tal-flus elettroniċi eżentati skont id-Direttiva 2009/110/KE;

(e)

ditti ta’ investiment;

(f)

fornituri ta’ servizzi tal-kriptoassi kif awtorizzati skont ir-Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar is-swieq fil-kriptoassi, u r-Regolamenti emendatorji (UE) Nru 1093/2010 u (UE) Nru 1095/2010 u d-Direttivi 2013/36/UE u (UE) 2019/1937 (‘ir-Regolament dwar is-swieq fil-kriptoassi’) u l-emittenti tat-tokens irreferenzjati ma’ assi;

(g)

depożitorji ċentrali tat-titoli;

(h)

kontropartijiet ċentrali;

(i)

ċentri ta’ negozjar;

(j)

repożitorju tat-tranżazzjonijiet;

(k)

maniġers ta’ fondi ta’ investiment alternattivi;

(l)

kumpaniji maniġerjali;

(m)

fornituri ta’ servizzi ta’ rappurtar ta’ data;

(n)

impriżi tal-assigurazzjoni u tar-riassigurazzjoni;

(o)

intermedjarji tal-assigurazzjoni, intermedjarji tar-riassigurazzjoni u intermedjarji tal-assigurazzjoni anċillari;

(p)

istituzzjonijiet għall-provvista ta’ rtirar okkupazzjonali;

(q)

aġenziji ta’ klassifikazzjoni tal-kreditu;

(r)

amministraturi ta’ parametri referenzjarji ta’ importanza kritika;

(s)

fornituri ta’ servizzi ta’ finanzjament kollettiv;

(t)

repożitorji tat-titolizzazzjoni;

(u)

fornituri terzi ta’ servizzi tal-ICT.

1. Ħarsa ġenerali

,
Titlu Regolamentazzjoni

1.1 Referenzi

1.2 Rekwiżiti identifikati

1.3 Standards relatati

2. Rekwiżiti identifikati

Rekwiżiti
Sors Rekwiżit

3. Standards relatati

Standards
Sors Rekwiżit