+Artikolu 2 Kamp ta’ applikazzjoni
---+Artikolu 2 1
---+Artikolu 2 2
---+Artikolu 2 3
---+Artikolu 2 4
|
Artikolu 2 Kamp ta’ applikazzjoni
-
1. Ħarsa ġenerali
| Titlu |
Regolamentazzjoni |
|
Artikolu 2 1
|
1. Mingħajr preġudizzju għall-paragrafi 3 u 4, dan ir-Regolament japplika għall-entitajiet li ġejjin:
|
(a)
|
istituzzjonijiet ta’ kreditu;
|
|
(b)
|
istituzzjonijiet ta’ pagament, inkluż istituzzjonijiet ta’ pagament eżentati skont id-Direttiva (UE) 2015/2366;
|
|
(c)
|
fornituri ta’ servizzi ta’ informazzjoni dwar il-kontijiet;
|
|
(d)
|
istituzzjonijiet tal-flus elettroniċi, inkluż istituzzjonijiet tal-flus elettroniċi eżentati skont id-Direttiva 2009/110/KE;
|
|
(e)
|
ditti ta’ investiment;
|
|
(f)
|
fornituri ta’ servizzi tal-kriptoassi kif awtorizzati skont ir-Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar is-swieq fil-kriptoassi, u r-Regolamenti emendatorji (UE) Nru 1093/2010 u (UE) Nru 1095/2010 u d-Direttivi 2013/36/UE u (UE) 2019/1937 (‘ir-Regolament dwar is-swieq fil-kriptoassi’) u l-emittenti tat-tokens irreferenzjati ma’ assi;
|
|
(g)
|
depożitorji ċentrali tat-titoli;
|
|
(h)
|
kontropartijiet ċentrali;
|
|
(j)
|
repożitorju tat-tranżazzjonijiet;
|
|
(k)
|
maniġers ta’ fondi ta’ investiment alternattivi;
|
|
(l)
|
kumpaniji maniġerjali;
|
|
(m)
|
fornituri ta’ servizzi ta’ rappurtar ta’ data;
|
|
(n)
|
impriżi tal-assigurazzjoni u tar-riassigurazzjoni;
|
|
(o)
|
intermedjarji tal-assigurazzjoni, intermedjarji tar-riassigurazzjoni u intermedjarji tal-assigurazzjoni anċillari;
|
|
(p)
|
istituzzjonijiet għall-provvista ta’ rtirar okkupazzjonali;
|
|
(q)
|
aġenziji ta’ klassifikazzjoni tal-kreditu;
|
|
(r)
|
amministraturi ta’ parametri referenzjarji ta’ importanza kritika;
|
|
(s)
|
fornituri ta’ servizzi ta’ finanzjament kollettiv;
|
|
(t)
|
repożitorji tat-titolizzazzjoni;
|
|
(u)
|
fornituri terzi ta’ servizzi tal-ICT.
|
|
|
Artikolu 2 2
|
2. Għall-finijiet ta’ dan ir-Regolament, l-entitajiet imsemmija fil-paragrafu 1, il-punti (a) sa (t), għandhom kollettivament jissejħu “entitajiet finanzjarji”.
|
|
Artikolu 2 3
|
3. Dan ir-Regolament ma japplikax għal:
|
(a)
|
maniġers ta’ fondi ta’ investiment alternattivi kif imsemmi fl-Artikolu 3(2) tad-Direttiva 2011/61/UE;
|
|
(b)
|
l-impriżi tal-assigurazzjoni u tar-riassigurazzjoni kif imsemmi fl-Artikolu 4 tad-Direttiva 2009/138/KE;
|
|
(c)
|
istituzzjonijiet għall-provvista ta’ rtirar okkupazzjonali li joperaw skemi ta’ pensjoni li flimkien ma għandhomx aktar minn 15-il membru b’kollox;
|
|
(d)
|
persuni fiżiċi jew ġuridiċi eżentati skont l-Artikoli 2 u 3 tad-Direttiva 2014/65/UE;
|
|
(e)
|
intermedjarji tal-assigurazzjoni, intermedjarji tar-riassigurazzjoni u intermedjarji tal-assigurazzjoni anċillari li huma intrapriżi mikro, jew intrapriżi żgħar jew ta’ daqs medju;
|
|
(f)
|
istituzzjonijiet ta’ kontijiet postali fil-forma giro kif imsemmija fl-Artikolu 2(5), il-punt (3), tad-Direttiva 2013/36/UE.
|
|
|
Artikolu 2 4
|
4. L-Istati Membri jistgħu jeskludu mill-kamp ta’ applikazzjoni ta’ dan ir-Regolament l-entitajiet imsemmija fl-Artikolu 2(5), il-punti (4) sa (23), tad-Direttiva 2013/36/UE li jinsabu fit-territorji rispettivi tagħhom. Fejn Stat Membru jagħmel użu minn tali għażla, huwa għandu jinforma lill-Kummissjoni b’dan kif ukoll bi kwalunkwe bidla sussegwenti għal dan. Il-Kummissjoni għandha tagħmel dik l-informazzjoni disponibbli għall-pubbliku fuq is-sit web tagħha jew mezzi oħra faċilment aċċessibbli.
|
,
1.1 Referenzi
1.2 Rekwiżiti identifikati
1.3 Standards relatati
2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
|