+Artikolu 16 3

Artikolu 16 3

3.   L-ASE għandhom, permezz tal-Kumitat Konġunt, f’konsultazzjoni mal-ENISA, jiżviluppaw abbozzi ta’ standards tekniċi regolatorji komuni sabiex:

(a)

jispeċifikaw aktar l-elementi li għandhom jiġu inklużi fil-qafas tal-ġestjoni tar-riskju tal-ICT imsemmi fil-paragrafu 1, it-tieni subparagrafu, il-punt (a);

(b)

jispeċifikaw aktar l-elementi fir-rigward tas-sistemi, il-protokolli u l-għodod biex jimminimizzaw l-impatt tar-riskju tal-ICT imsemmi fil-paragrafu 1, it-tieni subparagrafu, il-punt (c), bil-ħsieb li jiżguraw is-sigurtà tan-netwerks, jabilitaw salvagwardji adegwati kontra l-intrużjonijiet u l-użu ħażin tad-data u jippreservaw id-disponibbiltà, l-awtentiċità, l-integrità u l-kunfidenzjalità tad-data;

(c)

jispeċifikaw aktar il-komponenti tal-pjanijiet tal-kontinwità tal-operat tal-ICT imsemmija fil-paragrafu 1, it-tieni subparagrafu, il-punt (f);

(d)

jispeċifikaw aktar ir-regoli dwar l-ittestjar tal-pjanijiet tal-kontinwità tal-operat u jiżguraw l-effettività tal-kontrolli msemmija fil-paragrafu 1, it-tieni subparagrafu, il-punt (g) u jiżguraw li tali ttestjar iqis debitament ix-xenarji li fihom il-kwalità tal-forniment ta’ funzjoni kritika jew importanti tiddeterjora għal livell mhux aċċettabbli jew tfalli;

(e)

jispeċifikaw aktar il-kontenut u l-format tar-rapport dwar ir-rieżami tal-qafas tal-ġestjoni tar-riskju tal-ICT imsemmi fil-paragrafu 2.

Meta jiżviluppaw dawk l-abbozzi ta’ standards tekniċi regolatorji, l-ASE għandhom iqisu d-daqs u l-profil ġenerali tar-riskju tal-entità finanzjarja, u n-natura, l-iskala u l-kumplessità tas-servizzi, l-attivitajiet u l-operazzjonijiet tagħha.

L-ASE għandhom jippreżentaw dawk l-abbozzi ta’ standards tekniċi regolatorji lill-Kummissjoni sas-17 ta’ Jannar 2024.

Il-Kummissjoni tingħata s-setgħa li tissupplimenta dan ir-Regolament billi tadotta l-istandards tekniċi regolatorji msemmija fl-ewwel subparagrafu f’konformità mal-Artikoli minn 10 sa 14 tar-Regolamenti (UE) Nru 1093/2010, (UE) Nru 1094/2010 u (UE) Nru 1095/2010.

1. Ħarsa ġenerali

,
Titlu Regolamentazzjoni

1.1 Referenzi

1.2 Rekwiżiti identifikati

1.3 Standards relatati

2. Rekwiżiti identifikati

Rekwiżiti
Sors Rekwiżit

3. Standards relatati

Standards
Sors Rekwiżit