+Artikolu 21 Ċentralizzazzjoni tar-rapportar ta’ inċidenti kbar relatati mal-ICT
---+Artikolu 21 1
---+Artikolu 21 2
---+Artikolu 21 3

Artikolu 21 Ċentralizzazzjoni tar-rapportar ta’ inċidenti kbar relatati mal-ICT

-

1. Ħarsa ġenerali

,
Titlu Regolamentazzjoni
Artikolu 21 1

1.   L-ASE, permezz tal-Kumitat Konġunt u f’konsultazzjoni mal-BĊE u mal-ENISA, għandhom iħejju rapport konġunt li jivvaluta l-fattibbiltà ta’ ċentralizzazzjoni ulterjuri tar-rapportar tal-inċidenti permezz tal-istabbiliment ta’ Ċentru uniku tal-UE għar-rapportar ta’ inċidenti kbar relatati mal-ICT minn entitajiet finanzjarji. Ir-rapport konġunt għandu jesplora modi kif jiġi ffaċilitat il-fluss tar-rapportar tal-inċidenti relatati mal-ICT, jitnaqqsu l-kostijiet assoċjati u jiġu sostnuti l-analiżijiet tematiċi bl-għan li tittejjeb il-konverġenza superviżorja.

Artikolu 21 2

2.   Ir-rapport konġunt imsemmi fil-paragrafu 1 għandu jinkludi mill-inqas l-elementi li ġejjin:

(a)

il-prerekwiżiti għall-istabbiliment ta’ Ċentru uniku tal-UE;

(b)

il-benefiċċji, il-limitazzjonijiet u r-riskji, inkluż ir-riskji assoċjati mal-konċentrazzjoni għolja ta’ informazzjoni sensittiva;

(c)

il-kapaċità neċessarja biex tiġi żgurata l-interoperabbiltà fir-rigward ta’ skemi ta’ rapportar rilevanti oħra;

(d)

l-elementi tal-immaniġġjar operazzjonali;

(e)

il-kundizzjonijiet tas-sħubija;

(f)

l-arranġamenti tekniċi għall-entitajiet finanzjarji u għall-awtoritajiet nazzjonali kompetenti biex jaċċessaw iċ-Ċentru uniku tal-UE;

(g)

valutazzjoni preliminari tal-kostijiet finanzjarji mġarrb bit-twaqqif tal-pjattaforma operazzjonali li tappoġġja ċ-Ċentru uniku tal-UE, inkluż l-għarfien espert meħtieġ.

Artikolu 21 3

3.   L-ASE għandhom jippreżentaw ir-rapport imsemmi fil-paragrafu 1 lill-Parlament Ewropew, lill-Kunsill u lill-Kummissjoni sas-17 ta’ Jannar 2025.

1.1 Referenzi

1.2 Rekwiżiti identifikati

1.3 Standards relatati

2. Rekwiżiti identifikati

Rekwiżiti
Sors Rekwiżit

3. Standards relatati

Standards
Sors Rekwiżit