1. L-ASE, permezz tal-Kumitat Konġunt u f’konsultazzjoni mal-BĊE u mal-ENISA, għandhom iħejju rapport konġunt li jivvaluta l-fattibbiltà ta’ ċentralizzazzjoni ulterjuri tar-rapportar tal-inċidenti permezz tal-istabbiliment ta’ Ċentru uniku tal-UE għar-rapportar ta’ inċidenti kbar relatati mal-ICT minn entitajiet finanzjarji. Ir-rapport konġunt għandu jesplora modi kif jiġi ffaċilitat il-fluss tar-rapportar tal-inċidenti relatati mal-ICT, jitnaqqsu l-kostijiet assoċjati u jiġu sostnuti l-analiżijiet tematiċi bl-għan li tittejjeb il-konverġenza superviżorja.